EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0946

2005/946/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 23 ta’ Diċembru 2005 li temenda d-Deċiżjoni 2003/526/KE fir-rigward tal-miżuri għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Ġermanja u fis-Slovakkja (innotifikata taħt dokument numru C(2005) 56311) Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 342, 24.12.2005, p. 100–102 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 349M, 12.12.2006, p. 726–728 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/946/oj

12.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

726


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta’ Diċembru 2005

li temenda d-Deċiżjoni 2003/526/KE fir-rigward tal-miżuri għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Ġermanja u fis-Slovakkja

(innotifikata taħt dokument numru C(2005) 56311)

(Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/946/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsindrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju f’ċerti prodotti u annimali ħajjin bil-ħsieb tal-kompletar tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Bħala tweġiba għat-tifqigħat tad-deni klassiku tal-ħnieżer f'ċerti Stati Membri, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/526/KE tat-18 ta' Lulju 2003 dwar il-miżuri ta' ħarsien li għandhom x'jaqsmu mad-deni klassiku tal-ħnieżer f'ċerti Stati Membri (2) ġiet adottata. Dik id-Deċiżjoni tistabbilixxi ċerti miżuri oħra ta' kontroll tal-marda li għandhom x'jaqsmu mad-deni klassiku tal-ħnieżer.

(2)

Il-Ġermanja għarrfet lill-Kummissjoni bl-evoluzzjoni ta' dan l-aħħar ta' dik il-marda fil-ħnieżer slavaġ fl-istat federali tat-Tramuntana ta’ Rhine-Westphalia. Fid-dawl ta’ l-informazzjoni epidemjoloġika disponibbli, iż-żoni tal-Ġermanja fejn miżuri ta’ kontroll tal-marda japplikaw għandhom jiġu emendati biex jinkludu ċerti żoni fit-Tramuntana ta’ Rhine-Westphalia u Rhineland-Palatinate

(3)

Is-sitwazzjoni tal-marda fis-Slovakkja tjiebet b' mod sinifikanti fid-Distrett Veterinarju u ta' l-Amministrazzjoni ta' l-Ikel fi Trnava (li jinkludi d-distretti ta’ Trnava, Piešťany u Hlohovec) kif ukoll Banská Bystrica (inklużi d-distretti ta’ Banská Bystrica u Brezno). Għalhekk il-miżuri stipolati fid-Deċiżjoni 2003/526/KE li jikkonċernaw dawk iż-żoni m’ għandhomx japplikaw iktar.

(4)

Id-Deċiżjoni 2003/526/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif suppost.

(5)

Il-miżuri li hemm f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 2003/526/KE qed jinbidel bl-Anness li jinsab ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar it-23 ta’ Diċembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).

(2)  ĠU L 183, 22.7.2003, p. 46. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 2005/339/KE (ĠU L 108, 29.4.2005, p. 87).


ANNESS

“ANNESS

PARTI I

Żoni tal-Ġermanja u ta’ Franza imsemmija fl-Artikoli 2, 3, 5, 6, 7 u 8

1.   Il-Ġermanja

A.

Fl-istat federali ta’ Rhineland-Palatinate:

a)

il-Kreise: Bad Dürkheim, Donnersbergkreis u Südliche Weinstraße;

b)

il-Bliet ta’: Speyer, Landau, Neustadt an der Weinstraße, Pirmasens u Kaiserslautern;

c)

fil-Kreis Alzey-Worms: il-lokalitajiet ta’ Stein-Bockenheim, Wonsheim, Siefersheim, Wöllstein, Gumbsheim, Eckelsheim, Wendelsheim, Nieder-Wiesen, Nack, Erbes-Büdesheim, Flonheim, Bornheim, Lonsheim, Bermershein vor der Höhe, Albig, Bechenheim, Offenheim, Mauchenheim, Freimersheim, Wahlheim, Kettenheim, Esselborn, Dintesheim, Flomborn, Eppelsheim, Ober-Flörsheim, Hangen-Weisheim, Gundersheim, Bermersheim, Gundheim, Framersheim, Gau-Heppenheim, Monsheim u Alzey;

d)

fil-Kreis Bad Kreuznach: il-lokalitajiet ta’ Becherbach, Reiffelbach, Schmittweiler, Callbach, Meisenheim, Breitenheim, Rehborn, Lettweiler, Abtweiler, Raumbach, Bad Sobernheim, Odernheim a. Glan, Staudernheim, Oberhausen a. d. Nahe, Duchroth, Hallgarten, Feilbingert, Hochstätten, Niederhausen, Norheim, Bad Münster a. Stein-Ebernburg, Altenbamberg, Traisen, Fürfeld, Tiefenthal, Neu-Bamberg, Frei-Laubersheim, Hackenheim, Volxheim, Pleitersheim, Pfaffen-Schwabenheim, Biebelsheim, Guldental, Bretzenheim, Langenlonsheim, Laubenheim, Dorsheim, Rümmelsheim, Windesheim, Stromberg, Waldlaubersheim, Warmsroth, Schweppenhausen, Eckenroth, Roth, Boos, Hüffelsheim, Schloßböckelheim, Rüdesheim, Weinsheim, Oberstreit, Waldböckelheim, Mandel, Hargesheim, Roxheim, Gutenberg u Bad Kreuznach;

e)

fil-Kreis Germersheim: il-muniċipalitajiet ta' Lingenfeld, Bellheim u Germersheim;

f)

fil-Kreis Kaiserslautern: il-muniċipalitajiet ta’ Weilerbach, Otterbach, Otterberg, Enkenbach-Alsenborn, Hochspeyer, Kaiserslautern-Süd, Landstuhl u Bruchmühlbach-Miesau il-lokalitajiet ta’ Ramstein-Miesenbach, Hütschenhausen, Steinwenden u Kottweiler-Schwanden;

g)

fil-Kreis Kusel: il-lokalitajiet ta’ Odenbach, Adenbach, Cronenberg, Ginsweiler, Hohenöllen, Lohnweiler, Heinzenhausen, Nussbach, Reipoltskirchen, Hefersweiler, Relsberg, Einöllen, Oberweiler-Tiefenbach, Wolfstein, Kreimbach-Kaulbach, Rutsweiler a.d. Lauter, Rothselberg, Jettenbach u Bosenbach;

h)

fir-Rhein-Pfalz-Kreis: il-muniċipalitajiet ta’ Dudenhofen, Waldsee, Böhl-Iggelheim, Schifferstadt, Römerberg u Altrip;

i)

fil-Kreis Südwestpfalz: il-muniċipalitajiet ta’ Waldfischbach-Burgalben, Rodalben, Hauenstein, Dahner-Felsenland, Pirmasens-Land u Thaleischweiler-Fröschen, il-lokalitajiet Schmitshausen, Herschberg, Schauerberg, Weselberg, Obernheim-Kirchenarnbach, Hettenhausen, Saalstadt, Wallhalben u Knopp-Labach;

j)

fil-Kreis Ahrweiler: il-muniċipalitajiet ta’ Adenau und Ahrweiler;

k)

fil-Kreis Daun: il-muniċipalitajiet ta’ Nohn und Üxheim.

B.

Fl-istat federali tat-Tramuntana ta’ Rhine-Westphalia:

fil-Kreis Euskirchen: il-belt ta’ Bad Münstereifel, il-muniċipaltà ta’ Blankenheim (il-lokalitajiet ta’ Lindweiler, Lommersdorf u Rohr), il-belt ta’ Euskirchen (il-lokalitajiet ta’ Billig, Euenheim, Flamersheim, Kirchheim, Kreuzweingarten, Niederkastenholz, Rheder, Schweinheim, Stotzheim u Wißkirchen), il-belt ta’ Mechernich (il-lokalitajiet ta’ Antweiler, Harzheim, Holzheim, Lessenich, Rissdorf, Wachendorf u Weiler am Berge), il-muniċipaltà ta’ Nettersheim (il-lokalitajiet ta’ Bouderath, Buir, Egelgau, Frohngau, Holzmühlheim, Pesch, Roderath u Tondorf).

2.   Franza:

It-territorju tad-Dipartiment ta' Bas-Rhin u l-Moselle li jinsab fil-Punent tar-Rhine u l-kanal Rhine Marne, fit-Tramuntana tal-awtostrada A 4, fil-Lvant tax-xmara Sarre u fin-nofsinhar tal-fruntiera mal-Ġermanja u l-muniċipalitajiet ta' Holtzheim, Lingolsheim u Eckbolsheim.

PARTI II

Żoni tas-Slovakkja msemmija fl-Artikoli 2, 3, 5, 7 u 8

It-territorju tad-Distrett Veterinarju u ta’ l-Amministrazzjoni ta’ l-Ikel (DVFA) ta’ Trenčín (inklużi id-distretti ta’ Trenčín u Bánovce nad Bebravou), Prievidza (inklużi d-distretti ta’ Prievidza u Partizánske), Púchov (inkluż id-distrett ta’ Ilava biss), Žiar nad Hronom (inkluż id-distretti ta’ Žiar nad Hronom, Žarnovica u Banská Štiavnica), Zvolen (inklużi d-distretti ta’ Zvolen, Krupina u Detva), Lučenec (inklużi d-distretti ta’ Lučenec u Poltár) u Veľký Krtíš.”


Top