EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0943

2005/943/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 21 ta’ Diċembru 2005 li temenda d-Deċiżjoni 93/195/KEE dwar is-saħħa ta’ l-annimali u l-kundizzjonijiet tagħhom u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja tagħhom għad-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u okkażjonijiet kulturali wara esportazzjoni temporanja (innotifikata taħt dokument numru C(2005) 5496) Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 342, 24.12.2005, p. 94–95 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 349M, 12.12.2006, p. 723–724 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2018; Impliċitament imħassar minn 32018R0659

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/943/oj

12.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

723


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Diċembru 2005

li temenda d-Deċiżjoni 93/195/KEE dwar is-saħħa ta’ l-annimali u l-kundizzjonijiet tagħhom u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja tagħhom għad-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u okkażjonijiet kulturali wara esportazzjoni temporanja

(innotifikata taħt dokument numru C(2005) 5496)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ equidae (razza taż-żwiemel) (1), partikolarment l-Artikolu 19(ii) tagħha,

Billi:

(1)

Skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE (2), id-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel reġistrati għat-tlielaq, għall-kompetizzjoni u l-avvenimenti kulturali wara l-esportazzjoni temporanja huwa ristrett għaż-żwiemel li jkunu nżammu f’ pajjiż terz għal inqas minn 30 ġurnata.

(2)

Skond dik id-Deċiżjoni, madankollu, iż-żwiemel li kienu ħadu sehem fil-United Arab Emirates Endurance World Cup u li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f’ dik id-Deċiżjoni huma awtorizzati li jerġgħu jidħlu fit-territorju Komunitarju wara l-esportazzjoni temporanja ta’ inqas minn 60 ġurnata.

(3)

Sabiex ikun iktar faċli għaż-żwiemel li joriġinaw mill-Komunità biex jieħdu sehem f’dawk il-kompetizzjonijiet, regola speċjali għandha tapplika għall-kompetizzjonijiet kollha ta’ l-Endurance World Cup li jkunu saru skond ir-regoli, inkluża s-superviżjoni veterinarja, tal-Federation Equestre International (FEI), irrispettivament minn liema pajjiż minn fost dawk approvati skond id-Direttiva 90/426/KEE issir fih il-kompetizzjoni.

(4)

Id-Deciżjoni Nru 93/195/KEE għandha, għalhekk, tiġi emendata kif jixraq.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Deciżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 93/195/KEE hija emendata kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 1, is-seba’ inċiz huwa mibdul b’ dan li ġej:

“—

ħadu sehem fl-Endurance World Cup, irrispettivament minn liema pajjiż minn fost dawk approvati skond id-Direttiva 90/426/KEE issir fih il-kompetizzjoni, u li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f’ċertifikat tas-saħħa skond il-mudell li jidher fl-Anness VII ta’ din id-Deċiżjoni.”

2.

L-Anness VII huwa sostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-27/XII/2005.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar il-21 ta’ Diċembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 42. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/68/KE (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 320). Verżjoni kkoreġuta ĠU L 226, 25.6.2004, p. 128.

(2)  ĠU L 86, 6.4.1993, p. 1. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2005/771/KE (ĠU L 291, 5.11.2005, p. 38).


ANNESS

“ANNESS VII

Image

Test ta 'immaġni

Top