Dokument je izvleček s spletišča EUR-Lex.
Dokument 32005D0924
2005/924/EC: Commission Decision of 21 December 2005 on the list of the beneficiary countries which qualify for the special incentive arrangement for sustainable development and good governance, provided for by Article 26(e) of Council Regulation (EC) No 980/2005 applying a scheme of generalised tariff preferences
2005/924/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 21 ta’ Diċembru 2005 dwar il-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji li jikkwalifikaw għall-arranġament ta’ inċentiv speċjali għall-iżvilupp sostenibbli u tmexxija tajba, stipulat mill-Artikolu 26(e) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 li japplika skema ta' preferenzi ta' tariffi ġeneralizzati
2005/924/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 21 ta’ Diċembru 2005 dwar il-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji li jikkwalifikaw għall-arranġament ta’ inċentiv speċjali għall-iżvilupp sostenibbli u tmexxija tajba, stipulat mill-Artikolu 26(e) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 li japplika skema ta' preferenzi ta' tariffi ġeneralizzati
ĠU L 337, 22.12.2005, str. 50–50
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 306M, 15.11.2008, str. 418–418
(MT)
Ne velja več, Datum konca veljavnosti: 31/12/2008: Ta akt je bil spremenjen. Trenutna prečiščena različica:
01/03/2008
|
15.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
418 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-21 ta’ Diċembru 2005
dwar il-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji li jikkwalifikaw għall-arranġament ta’ inċentiv speċjali għall-iżvilupp sostenibbli u tmexxija tajba, stipulat mill-Artikolu 26(e) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 li japplika skema ta' preferenzi ta' tariffi ġeneralizzati
(2005/924/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 tas-27 ta’ Ġunju 2005 li japplika skema ta’ preferenzi ta’ tariffi ġeneralizzati (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 11 u 26 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 jistipula l-għoti ta’ arranġament ta’ inċentiv speċjali għal pajjiżi li qed jiżviluppaw u li jissodisfaw ċerti rekwiżiti għall-iżvilupp sostenibbli u tmexxija tajba. |
|
(2) |
Kull pajjiż li qed jiżviluppa li jixtieq jibbenefika minn dan l-arranġament ta’ inċentiv speċjali bagħat it-talba tiegħu bil-miktub sal-31 ta' Ottubru 2005, flimkien mat-tagħrif komprensiv dwar ir-ratifika tal-konvenzjonijiet rilevanti, il-leġiżlazzjoni u l-miżuri li jimplimentaw b’mod effettiv id-dispożizzjonijiet tal-konvenzjonijiet u l-impenn tiegħu li jaċċetta u jikkonforma bis-sħiħ mal-mekkaniżmu ta' sorveljanza u reviżjoni mbassra fil-konvenzjonijiet rilevanti u strumenti relatati. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni eżaminat dawn it-talbiet, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 980/2005, u stabbiliet il-lista finali ta' pajjiżi benefiċjarji li jissodisfaw il-kriterji rilevanti. Skond dan, l-arranġament ta' inċentiv speċjali għandu jingħata lil dawn il-pajjiżi bejn l-1 ta' Jannar 2006 u l-31 ta' Diċembru 2008. |
|
(4) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Preferenzi Ġeneralizzati, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu waħdieni
Il-pajjiżi li qed jiżviluppaw li ġejjin għandhom jibbenefikaw mill-arranġament ta’ inċentiv speċjali għall-iżvilupp sostenibbli u tmexxija tajba stipulat fir-Regolament (KE) Nru 980/2005 mill-1 ta’ Jannar 2006 għall-31 ta’ Diċembru 2008:
|
(BO) |
Il-Bolivja |
|
(CO) |
Il-Kolumbja |
|
(CR) |
Il-Kosta Rika |
|
(EC) |
L-Ekwador |
|
(GE) |
Il-Ġeorġja |
|
(GT) |
Il-Gwatemala |
|
(HN) |
Il-Ħonduras |
|
(LK) |
Is-Sri Lanka |
|
(MD) |
Ir-Repubblika tal-Moldova |
|
(MN) |
Il-Mongolja |
|
(NI) |
In-Nikaragwa |
|
(PA) |
Il-Panama |
|
(PE) |
Il-Peru |
|
(SV) |
El Salvador |
|
(VE) |
Il-Venezwela |
Magħmula fi Brussell, 21 ta’ Diċembru 2005.
Għall-Kummissjoni
Peter MANDELSON
Membru tal-Kummissjoni