Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R2250

2250/2004/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2250/2004 tas- 27 ta' Diċembru 2004 li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 429/90, (KE) Nru 2571/97, (KE) Nru 174/1999, (KE) Nru 2771/1999, (KE) Nru 2799/1999, (KE) Nru 214/2001, (KE) Nru 580/2004, (KE) Nru 581/2004 u (KE) Nru 582/2004 rigward il-limiti taż-żmien għas-sottomissjoni tal-offerti u għall-komunikazzjoni lill-Kummissjoni

ĠU L 381, 28.12.2004, pp. 25–28 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 330M, 9.12.2008, pp. 144–147 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/2250/oj

9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

144


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2250/2004

tas-27 ta' Diċembru 2004

li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 429/90, (KE) Nru 2571/97, (KE) Nru 174/1999, (KE) Nru 2771/1999, (KE) Nru 2799/1999, (KE) Nru 214/2001, (KE) Nru 580/2004, (KE) Nru 581/2004 u (KE) Nru 582/2004 rigward il-limiti taż-żmien għas-sottomissjoni tal-offerti u għall-komunikazzjoni lill-Kummissjoni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u b'mod partikolari fl-Artikolu 10, 15 u 31 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti li ġejjin jistabbilixxu dispożizzjonijiet fuq il-proċeduri għas-sejħiet tal-offerti dwar limiti taż-żmien għall-proponenti li qed jippreżentaw l-offerti tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti u għall-Istati Membri biex jikkomunikaw l-offerti lill-Kummissjoni.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 429/1990 tal-20 ta' Frar 1990 dwar l-għoti bi stedina għal offerta ta’ għajnuna għall-butir konċentrat maħsub għall-konsum dirett fil-Komunità (2),

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2571/97 tal-15 ta' Diċembru 1997 dwar il-bejgħ ta’ butir bi prezzijiet imnaqqsa u l-konċessjoni ta’ għajnuna għall-krema, il-butir u l-butir ikkonċentrat sabiex jintużaw fil-fabbrikazzjoni tal-prodotti tal-pastiċċiera, il-ġelat u oġġetti oħra ta’ ikel (3),

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2771/1999 tas-16 ta' Diċembru 1999 jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward ta’ intervent fis-suq tal-butir u l-krema (4),

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2799/1999 tas-17 ta’ Diċembru 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament (KE) Nru 1255/1999 rigward il-konċessjoni ta’ għajnuna għall-ħalib xkumat u t-trab tal-ħalib xkumat intiż għall-għalf ta’ l-annimali u l-bejgħ ta’ dan it-trab tal-ħalib xkumat (5),

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 214/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward interventi fis-suq tat-trab tal-ħalib xkumat (6),

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 580/2004 tas-26 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċedura għall-offerti li tikkonċerna r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti (7),

Ir-Regolament tal-Kummissjoni(KE) Nru 581/2004 tas-26 ta’ Marzu 2004 li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna ċerti tipi ta’ butir (8), u

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 582/2004 tas-26 ta’ Marzu 2004 li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna t-trab tal-ħalib xkumat (9).

(2)

Sabiex ikun żgurat tħaddim bla xkiel tas-sistemi ta' offerta, b'mod partikolari biex l-awtoritajiet kompetenti relevanti u s-servizzi tal-Kummissjoni jkollhom biżżejjed żmien biex jipproċessaw l-informazzjoni relevanti dwar kull offerta, ikun xieraq li jiġu estiżi l-iskandenzi għall-operaturi biex jippreżentaw l-offerti u għall-awtoritajiet kompetenti biex jikkomunikaw l-informazzjoni lill-Kummissjoni.

(3)

Sabiex jitnaqqsu r-riskji ta' spekulazzjoni maħluqa bl-antiċipazzjoni tas-sottomissjoni tal-offerti rigward il-proċedura għas-sejħiet tal-offerti skont ir-Regolamenti (KE) Nru 581/2004 u (KE) Nru 582/2004, l-iffissar minn qabel tar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 174/1999 tas-26 ta' Jannar 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 dwar liċenzji ta’ esportazzjoni u rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fil-każ ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib (10) m'għandux ikun aktar possibbli wara d-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti.

(4)

Ir-Regolamenti (KEE) Nru 429/90, (KE) Nru 2571/97, (KE) Nru 174/1999, (KE) Nru 2771/1999, (KE) Nru 2799/1999, (KE) Nru 214/2001, (KE) Nru 580/2004, (KE) Nru 581/2004 u (KE) Nru 582/2004 għandhom għalhekk ikunu emendati skont dan.

(5)

[Il-miżuri provduti għal dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħalib u Prodotti tal-Ħalib,]

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 429/90 hu emendat b'dan li jmiss:

(1)

Il-paragrafu 2 hu mibdul b'dan li ġej:

“2.   Il-limitu taż-żmien għas-sottomissjoni tal-offerti b'risposta għas-sejħa individwali għall-offerta għandu jkun il-11:00 (ħin ta' Brussell) fit-tieni u r-raba Tlieta tax-xahar ħlief għat-tieni Tlieta ta' Awwissu u r-raba' Tlieta ta' Diċembru. Jekk it-Tlieta jkun vaganza pubblika l-limitu taż-żmien għandu jkun il-11:00 (ħin ta' Brussell) tal-jum tax-xogħol ta' qabel.”

(2)

Il-paragrafu 4 li jmiss hu miżjud:

“4.   Fid-data tal-għeluq imsemmija fl-Artikolu 3(2), l-Istati Membri għandhom jinfurmaw il-Kummissjoni bil-kwantitajiet u prezzijiet offerti mill-proponenti.

Jekk ma tkun ġiet sottomessa l-ebda offerta l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dan lill-Kummissjoni fi ħdan l-istess skandenza.”

Artikolu 2

L-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2571/97 hu emendat kif ġej:

(1)

Il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Il-limitu taż-żmien għas-sottomissjoni tal-offerti b'risposta għas-sejħiet individwali għall-offerta għandu jkun il-11:00 (ħin ta' Brussell) fit-tieni u r-raba Tlieta tax-xahar, ħlief għat-tieni Tlieta ta' Awwissu u r-raba' Tlieta ta' Diċembru. Jekk it-Tlieta jkun vaganza pubblika l-limitu taż-żmien għandu jkun il-11:00 (ħin ta' Brussell) tal-jum tax-xogħol ta' qabel.”

(2)

Il-paragrafu 3 li jmiss hu miżjud:

“3.   Fid-data tal-għeluq imsemmija fl-Artikolu 14(2), l-Istati Membri għandhom jinfurmaw il-Kummissjoni bil-kwantitajiet u prezzijiet offerti mill-proponenti.

Jekk ma tkun ġiet sottomessa l-ebda offerta l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dan lill-Kummissjoni fi ħdan l-istess skandenza jekk il-butir hu disponibbli għall-bejgħ fl-Istati Membri kkonċernati.”

Artikolu 3

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 174/1999, it-tielet paragrafu hu mibdul b' dan li jmiss:

“3.   Applikazzjonijiet tal-liċenzja għall-prodotti kollha msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 (*1) li, fi ħdan is-sinjifikat tal-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 (*2), kienu ppreżentati l-Erbgħa u l-Ħamis ta' wara t-tmiem ta' kull perjodu tal-offerta msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 581/2004 (*3) u fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (EC) Nru 582/2004 (*4) għandhom ikunu kkunsidrati bħala li ġew sottomessi fil-jum tax-xogħol ta' wara dak il-Ħamis.

(*1)   ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48."

(*2)   ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1."

(*3)   ĠU L 90, 27.3.2004, p. 64."

(*4)   ĠU L 90, 27.3.2004, p. 67.” "

Artikolu 4

Ir-Regolament (KE) Nru 2771/1999 hu emendat b' dan li ġej:

(1)

Fl-Artikolu 16, il-paragrafu 3 hu mibdul b'dan li ġej:

“3.   Il-limitu taż-żmien għas-sottomissjoni tal-offerti b'risposta għas-sejħa individwali għall-offerta għandu jkun il-11:00 (ħin ta' Brussell) fit-tieni u r-raba Tlieta tax-xahar ħlief għat-tieni Tlieta ta' Awwissu. Jekk it-Tlieta jkun vaganza pubblika l-limitu taż-żmien għandu jkun il-11:00 (ħin ta' Brussell) tal-jum tax-xogħol ta' qabel.”

(2)

L-Artikolu 17b, il-paragrafu 1 hu mibdul b'dan li ġej:

“1.   Fid-data tal-għeluq imsemmija fl-Artikolu 16(3), l-Istati Membri għandhom jinfurmaw il-Kummissjoni bil-kwantitajiet u prezzijiet offerti mill-proponenti.

Jekk ma tkun ġiet sottomessa l-ebda offerta l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dan lill-Kummissjoni fi ħdan dik il-ġurnata stess.”

(3)

Fl-Artikolu 22, il-paragrafu 2 hu mibdul b'dan li ġej:

“2.   Il-limitu taż-żmien għas-sottomissjoni tal-offerti b'risposta għas-sejħa individwali għall-offerta għandu jkun il-11:00 (ħin ta' Brussell) fit-tieni u r-raba Tlieta tax-xahar ħlief għat-tieni Tlieta ta' Awwissu u r-raba' Tlieta ta' Diċembru. Jekk it-Tlieta jkun vaganza pubblika l-limitu taż-żmien għandu jkun il-11:00 (ħin ta' Brussell) tal-jum tax-xogħol ta' qabel.”

(4)

Fl-Artikolu 24a, il-paragrafu 1 hu mibdul b'dan li ġej:

“1.   Fid-data tal-għeluq imsemmija fl-Artikolu 22(2), l-Istati Membri għandhom jinfurmaw il-Kummissjoni bil-kwantitajiet u prezzijiet offerti mill-proponenti u l-kwantità ta' butir offrut għal-bejgħ.

Jekk ma tkun ġiet sottomessa l-ebda offerta l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dan lill-Kummissjoni fi ħdan dik l-istess ġurnata jekk il-butir hu disponibbli għall-bejgħ fl-Istati Membri kkonċernati.”

Artikolu 5

Ir-Regolament (KE) Nru 2799/1999 hu emendat b'dan li jmiss:

(1)

Fl-Artikolu 27, il-paragrafu 2 hu mibdul b'dan li jmiss:

“2.   Il-limitu taż-żmien għas-sottomissjoni tal-offerti b'risposta għas-sejħa individwali għall-offerta għandu jkun il-11:00 (ħin ta' Brussell) fit-tieni u r-raba Tlieta tax-xahar bl-eċċezzjoni tat-tieni Tlieta ta' Awwissu u r-raba' Tlieta ta' Diċembru. Jekk it-Tlieta jkun vaganza pubblika l-limitu taż-żmien għandu jkun il-11:00 (ħin ta' Brussell) tal-jum tax-xogħol ta' qabel.”

(2)

Fl-Artikolu 30(1), il-paragrafu li jmiss hu miżjud:

“Jekk ma jkunu ġew sottomessi l-ebda offerti l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dan lill-Kummissjoni fi ħdan l-istess skadenza jekk trab tal-ħalib mingħajr xkuma hu disponibbli għall-bejgħ fl-Istat Membru kkonċernat.”

Artikolu 6

Ir-Regolament (KE) Nru 214/2001 hu emendat b'dan li jmiss:

(1)

Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 2 hu mibdul b'dan li jmiss:

“2.   Il-limitu taż-żmien għas-sottomissjoni tal-offerti b'risposta għas-sejħa individwali għall-offerta għandu jkun il-11:00 (ħin ta' Brussell) fit-tieni u r-raba Tlieta tax-xahar bl-eċċezzjoni tat-tieni Tlieta ta' Awwissu. Jekk it-Tlieta jkun vaganza pubblika l-limitu taż-żmien għandu jkun il-11:00 (ħin ta' Brussell) tal-jum tax-xogħol ta' qabel.”

(2)

Fl-Artikolu 17, il-paragrafu 1 hu mibdul b'dan li ġej:

“1.   Fid-data tal-għeluq imsemmija fl-Artikolu 14(2), l-Istati Memebri għandhom jinfurmaw il-Kummissjoni bil-kwantitajiet u prezzijiet offerti mill-proponenti.

Jekk ma tkun ġiet sottomessa l-ebda offerta l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dan lill-Kummissjoni fi ħdan dik l-istess skandenza.”

(3)

Fl-Artikolu 22, il-paragrafu 2 hu mibdul b'dan li jmiss:

“2.   Il-limitu taż-żmien għas-sottomissjoni tal-offerti b'risposta għas-sejħa individwali għall-offerta għandu jkun il-11:00 (ħin ta' Brussell) fit-tieni u r-raba Tlieta tax-xahar bl-eċċezzjoni tat-tieni Tlieta ta' Awwissu u r-raba' Tlieta ta' Diċembru. Jekk it-Tlieta jkun vaganza pubblika l-limitu taż-żmien għandu jkun il-11:00 (ħin ta' Brussell) tal-jum tax-xogħol ta' qabel.”

(4)

Fl-Artikolu 24a, it-tielet subparagrafu hu mibdul b'dan li jmiss:

“Jekk ma tkun ġiet sottomessa l-ebda offerti l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dan lill-Kummissjoni fi ħdan l-istess dewmien jekk trab tal-ħalib mingħajr xkuma hu disponibbli għall-bejgħ fl-Istat Membru kkonċernat.”

Artikolu 7

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KEC) Nru 580/2004 hu mibdul b'dan li jmiss:

“L-offerti validi kollha għandhom ikunu kkomunikati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri fil-forma speċifikata mill-Anness, mingħajr ma l-offerti jissemmew bisimhom, fi żmien tliet sigħat tat-tmiem ta' kull perjodu tal-offerta.”

Artikolu 8

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 581/2004, paragrafu 2 hu emendat b'dan li jmiss:

“2.   Kull perjodu tal-offerta għandu jibda fis-13:00 (ħin ta' Brussell) fl-ewwel u t-tielet Tlieta tax-xahar ħlief għall-ewwel Tlieta f'Awwissu u t-tielet Tlieta f'Diċembru. Jekk it-Tlieta jkun vaganza pubblika l-limitu taż-żmien għandu jkun is-is-13:00(ħin ta' Brussell) tal-jum tax-xogħol ta' qabel.

Kull perjodu tal-offerta għandu jispiċċa fis-13:00 (ħin ta' Brussell) fit-tieni u r-raba Tlieta tax-xahar, bl-eċċezzjoni tat-tieni Tlieta f'Awwissu u r-raba' Tlieta f'Diċembru. Jekk it-Tlieta jkun vaganza pubblika l-perjodu għandu jispiċċa fis-13:00 (ħin ta' Brussell) tal-jum tax-xogħol ta' qabel.”

Artikolu 9

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 582/2004, paragrafu 2 hu mibdul b'dan li jmiss:

“2.   Kull perjodu tal-offerta għandu jibda fis-13:00 (ħin ta' Brussell) fl-ewwel u t-tielet Tlieta tax-xahar ħlief għall-ewwel Tlieta f'Awwissu u t-tielet Tlieta f'Diċembru. Jekk it-Tlieta jkun vaganza pubblika l-limitu taż-żmien għandu jkun is-13:00 (ħin ta' Brussell) tal-jum tax-xogħol ta' qabel.

Kull perjodu tal-offerta għandu jispiċċa fis-13:00 (ħin ta' Brussell) fit-tieni u r-raba Tlieta tax-xahar, ħlief għat-tieni Tlieta f'Awwissu u r-raba' Tlieta f'Diċembru. Jekk it-Tlieta jkun vaganza pubblika l-perjodu għandu jispiċċa fis-13:00 (ħin ta' Brussell) tal-jum tax-xogħol ta' qabel.”

Artikolu 10

Ir-Regolament għandu jidhol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara dak tal-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2005.

Dan ir-regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' Diċembru 2004.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament l-aħħar emendat bir-Regoalment tal-Kummissjoni (KE) Nru 186/2004 (ĠU L 29, 3.2.2004, p. 6).

(2)   ĠU L 45, 21.2.1990, p. 8. Ir-Regolament l-aħħar emendat bir-Regoalment (KE) Nru 921/2004 (ĠU L 163, 30.4.2004, p. 94).

(3)   ĠU L 350, 20.12.1997, p. 3. Ir-Regolament l-aħħar emendat bir-Regoalment (KE) Nru 921/2004 (ĠU L 163, 30.4.2004, p. 94).

(4)   ĠU L 333, 24.12.1999, p. 11. Ir-Regolament l-aħħar emendat bir-Regoalment (KE) Nru 1448/2004 (ĠU L 267, 14.8.2004, p. 30).

(5)   ĠU L 340, 31.12.1999, p. 3. Regolament l-aħħar emendat mir-Regoalment (KE) Nru 1338/2004 (ĠU L 249, 23.7.2004, p. 3).

(6)   ĠU L 37, 7.2.2001, p. 100. Regolament l-aħħar emendat mir-Regoalment (KE) Nru 1838/2004 (ĠU L 322, 23.10.2004, p. 3).

(7)   ĠU L 90, 27.3.2004, p. 58.

(8)   ĠU L 90, 27.3.2004, p. 64.

(9)   ĠU L 90, 27.3.2004, p. 67.

(10)   ĠU L 20, 27.1.1999, p. 8. Regolament l-aħħar emendat mir-Regoalment (KE) Nru 1846/2004 (ĠU L 322, 23.10.2004, p. 16).


Top