EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R2217

2217/2004/KE: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2217/2004 tat- 22 ta’ Diċembru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u r-Regolament (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib

ĠU L 375, 23.12.2004, p. 1–3 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 71–73 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R0073

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/2217/oj

31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

71


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2217/2004

tat-22 ta’ Diċembru 2004

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u r-Regolament (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 37(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Minħabba l-pożizzjoni ġeografika tal-Kleinwalsertal (Komunità ta' Mittelberg) u l-Komunità ta' Jungholz, li jinsabu fit-territorju Awstrijak u huma aċċessibbli biss bit-triq mill-Ġermanja, il-ħalib tal-produtturi tagħhom ġie kkunsinnat lil xerrejja Ġermaniżi.

(2)

Peress li r-Regolament (KEE) Nru 804/68 tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (2), kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 856/84 (3), introduċa s-sistema Komunitarja ta' kwoti tal-ħalib, il-ħalib imqiegħed fis-suq minn dawn il-produtturi ttieħed f’konsiderazzjoni fl-istabbiliment tal-kwantitajiet ta' referenza tal-ħalib Ġermaniż.

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (4) introduċa pagament dirett għas-settur tal-ħalib b'bidu mis-sena kalendarja 2004. Dawn il-pagamenti huma bbażati fuq il-kwantitajiet ta' referenza individwali tal-produtturi kkonċernati li huma amministrati mill-Ġermanja filwaqt li, skond dak ir-Regolament, il-ħlas tal-premium għall-prodotti tal-ħalib għandu jitwettaq mill-awtoritajiet Awstrijaċi fil-limitu tal-kwantità ta' referenza nazzjonali tagħhom għall-perijodu ta' 12-il xahar ta' 1999/2000 stabbilit fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3950/92 tat-28 ta' Settembru 1992 li jistabbilixxi dazju addizzjonali fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (5) u limitu baġitarju massimu previst fl-Artikolu 96(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Kemm il-kwantità ta' referenza kif ukoll il-limitu massimu ġew ikkalkolati għall-Awstrija mingħajr ma ttieħed kont tal-kwantitajiet ta' referenza individwali għall-Kleinwalsertal (Komunità ta' Mittelberg) u l-Komunità ta' Jungholz.

(4)

L-Artikolu 47(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jipprevedi l-inklużjoni ta' pagamenti għall-ħalib fl-iskema ta' pagament uniku prevista f'dak ir-Regolament fl-2007. Madankollu, l-Artikolu 62 ta' l-istess Regolament jawtorizza lill-Istati Membri biex jantiċipaw l-inklużjoni ta' tali pagamenti mill-2005. L-inklużjoni tal-premium għall-prodotti tal-ħalib huwa previst fil-Ġermanja mill-2005, filwaqt li fl-Awstrija dan ser iseħħ fi stadju aktar tard.

(5)

Biex tkun tista' ssir amministrazzjoni prattika u korretta tal-premium tal-ħalib u l-inklużjoni tiegħu fl-Iskema ta' Pagament Uniku, ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jiġi emendat b'mod tali li, għall-Ġermanja u l-Awstrija, il-kwantitajiet ta' referenza u l-limitu baġitarju massimu, imsemmija fl-Artikolu 95(4) u 96(2), jieħdu konsiderazzjoni tal -kwantitajiet ta' referenza għall-ħalib tal-produtturi tar-reġjuni kkonċernati. Konsegwentement, jixraq ukoll li jiġi modifikat l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1788/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib sabiex il-kwantitajiet ta' referenza tal-produtturi kkonċernati jiġu konvertiti fi kwantitajiet ta' referenza Awstrijaċi mis-sena tal-kwota tal-ħalib 2004/05.

(6)

Għall-pagamenti dovuti fl-2004, meta jitqies li d-data għall-applikazzjoni diġà skadiet, huwa madankollu xieraq li tiġi prevista deroga għall-Artikolu 2(b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li tippermetti lill-Ġermanja tħallas il-premium lill-bdiewa li jinsabu fil-Kleinwalsertal Awstrijaka (Komunità ta' Mittelberg) u l-Komunità ta' Jungholz,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 huwa b'dan emendat kif ġej:

1)

Fl-Artikolu 95(4), għandu jiżdied it-tieni subparagrafu li ġej:

“Madankollu, għall-Ġermanja u l-Awstrija l-limitu massimu stabbilit abbażi tal-kwantitajiet ta' referenza għall-perijodu ta' 12-il xahar ta' 1999/2000, għandu jkun, rispettivament, 27 863 827,288 u 2 750 389,712 tunnellati.”

2)

L-Artikolu 96(2) huwa b'dan emendat kif ġej:

(a)

il-linja għall-Ġermanja għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

“Il-Ġermanja

101,99

204,52

306,78 ”;

(b)

il-linja għall-Awstrija għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

“L-Awstrija

10,06

20,19

30,28 ”.

Artikolu 2

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1788/2003 huwa emendat skond l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

B'deroga mill-Artikolu 2(b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-Ġermanja għandha tħallas il-premium għall-prodotti tal-ħalib u pagamenti addizzjonali għall-2004 lill-bdiewa li jinsabu fil-Kleinwalsertal Awstrijaka (Komunità ta' Mittelberg) u l-Komunità ta' Jungholz.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika kif ġej:

(a)

L-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2005;

(b)

L-Artikolu 2 għandu japplika mill-1 ta' April 2004;

(c)

L-Artikolu 3 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Diċembru 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

C. VEERMAN


(1)  Opinjoni ta' l-14.12.2004 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 148, 28.6.1968, p. 13. Ir-Regolament revokat bir-Regolament (KE) Nru 1255/1999 (ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48).

(3)  ĠU L 90, 1.4.1984, p. 10.

(4)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru. 864/2004 (ĠU L 161, 30.4.2004, p. 48).

(5)  ĠU L 405, 31.12.1992, p. 1. Ir-Regolament revokat bir-Regolament (KE) Nru 1788/2003 (ĠU L 270, 21.10.2003, p. 123) u l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 739/2004 (ĠU L 116, 22.4.2004, p. 7).


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1788/2003 huwa b'dan emendat kif ġej:

(1)

Il-punt (a) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-linja għall-Ġermanja għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

“Il-Ġermanja

27 863 827,288 ”;

(b)

il-linja għall-Awstrija għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

“L-Awstrija

2 750 389,712 ”.

(2)

Il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-linja għall-Ġermanja għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

“Il-Ġermanja

27 863 827,288 ”;

(b)

il-linja għall-Awstrija għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

“L-Awstrija

2 750 389,712 ”.

(3)

Il-punt (ċ) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-linja għall-Ġermanja għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

“Il-Ġermanja

28 003 146,424 ”;

(b)

il-linja għall-Awstrija għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

“L-Awstrija

2 764 141,661 ”.

(4)

Il-punt (d) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-linja għall-Ġermanja għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

“Il-Ġermanja

28 142 465,561 ”;

(b)

il-linja għall-Awstrija għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

“L-Awstrija

2 777 893,609 ”.

(5)

Il-punt (e) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-linja għall-Ġermanja għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

“Il-Ġermanja

28 281 784,697 ”;

(b)

il-linja għall-Awstrija għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

“L-Awstrija

2 791 645,558 ”.


Top