Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0917

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 917/2004 tad-29 ta' April 2004 Dwar ir-regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 797/2004 rigward il-miżuri għat-tittjib tal-kondizzjonijiet ġenerali għall-produzzjoni u l-marketing ta' prodotti ta' l-apikoltura.

ĠU L 163, 30.4.2004, p. 83–87 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/08/2015; Imħassar b' 32015R1366

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/917/oj

32004R0917



Official Journal L 163 , 30/04/2004 P. 0083 - 0087


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 917/2004

tad-29 ta' April 2004

Dwar ir-regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 797/2004 rigward il-miżuri għat-tittjib tal-kondizzjonijiet ġenerali għall-produzzjoni u l-marketing ta' prodotti ta' l-apikoltura.

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill 797/20049 [1], u partikolarment l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 797/2004 jieħu post ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1221/97 [2] jistabbilixxi miżuri għall-iskop li jtejjeb il-kondizzjonijiet li permezz tagħhom il-prodotti min-naħam huma prodotti u marketed. Fl-interess taċ-ċarezza, għandu għalhekk ikun imħassar ir-Rgolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2300/97 tal-20 ta' Novembru 1997 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1221/97 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-applikazzjoni tal-miżuri għat-titjib tal-produzzjoni u l-marketing tal-għasel [3] u għandu jkun mibdul b'Regolament ġdid.

(2) L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 797/2004 jistqarr li l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu programmi ta' apikoltura. Huwa meħtieġ li jkunu speċifikati l-elementi ta' dawn il-programmi li huma meħtieġa li jkunu jinkludu, u l-limitu ta' żmien għat-trasmissjoni lejn il-Kummissjoni.

(3) Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità lejn il-programmi nazzjonali għandha tkun ristretta, b'referenza għal kull sehem tal-Istat Membru dwar in-numru totali ta' doqqajs fil-Komunità.

(4) L-Istati membri għandhom iwettqu monitoraġġ tal-programmi implementati bis-saħħa ta' dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri ta' monitoraġġ għandhom ikunu notifikati lill-Kummissjoni.

(5) Konsistenza bejn il-miżuri tal-programmi ta' l-apikoltura u miżuri oħrajn permezz ta' diversi strateġiji tal-Komunità għandha tkun assigurata matul l-implementazzjoni tal-programmi. Partikolarment, kwalunkwe kumpens żejjed minnhabba il-għaqda ta' l-għajnuna u xi inkonsistenza oħra fid-definizzjoni tal-miżuri għandu jkun evitat.

(6) Sabiex tkun imħollija ċerta flessibiltà fl-implementazzjoni tal-programmi, il-limiti finanzjari notifikati għal tali miżuri jistgħu ivarjaw b'ċertu persentaġġ mingħajr, b'dana kollu, ma jeċċedu l-limitu massimu globali għall-programm anwali. Jekk ikun hemm użu tal-flessibiltà permissibbli fl-implementazzjoni tal-programm, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandhiex teċċedi l-limitu ta' 50 % tal-ispiża attwali kif involuta mill-Istat Membru ikkonċernat.

(7) Sabiex titħalla aktar flessibiltà fl-implementazzjoni tal-programm, il-miżuri tal-programmi jistgħu ikunu adattati matul l-implementazzjoni tal-programm, b'dana kollu azzjonijietmodifikati għandhom ikunu l-istess miżuri li hemm dispożizzjoni dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 797/2004.

(8) Regoli għandhom ikunu adottati sabiex ikunu stabbiliti r-rati li għandhom ikunu applikati għall-finanzjament tal-programmi nazzjonali.

(9) Ir-regoli li jikkonċernaw il-kontenut tiegħu għandhom ikunu stabbiliti sabiex jassiguraw li l-istudji referuti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 797/2004 ikunu mwettqa u aġġornati b'mod konsistenti.

(10) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma l-opinjoni tal-Kumitat għall-Bajd u l-Laħam tat-Tjur,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-programmi nazzjonali referuti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 797/2004 (minn hawn il-quddiem referut bħala "il-programmi ta' l-apikoltura") għandhom:

(a) jiddeskrivu s-sitwazzjoni tas-settur billi jagħmluha possibbli billi jkunu aġġornati regolarment id-dettalji strutturali fl-istudju referut fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 797/2004;

(b) jistqarri l-għanijiet tagħhom;

(ċ) jagħtu deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri involuti, bin-nefa ta' l-unità, meta san ikun xieraq;

(d) jistqarru n-nefqa kif ikkalkolata u l-pjan tal-finanzjament, imqassma ta' kull sena fuq il-livell nazzjonali u reġjonali;

(e) jirreferu għal-liġijiet, ir-regolament u d-dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli;

(f) elenkaw l-organizzazzjonijiet rapreżentattivi u l-koperattivi tat-trobbija tan-naħal li jkunu ikkolabboraw fit-tħejjija tal-programmi ta' l-apikoltura;

(g) jistabbilixxu arranġamenti tal-monitoraġġ u tal-istudju għall-programm ta' l-apikoltura.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jinnotifkaw il-programm tagħhom ta' l-apikoltura lejn il-Kummissjoni qabel il-15 ta' April ta' l-ewwel sena tal-perijodu ta' tlett snin applikati mill-programm.

B'dana kollu, għall-2004, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-programmi tagħhom ta' l-apikoltura sal-15 ta' Mejju l-aktar tard.

2. L-eżerċizzji annwali tal-programmi ta' l-apikoltura huma stabbiliti mis-16 ta' Ottubru ta' kull sena sal-15 ta' Ottubru tas-sena ta' wara.

3. Il-miżuri tal-programm ta' l-apikoltura, stbbiliti għall-kull sena tal-perijodu ta' tlett snin, għandhom ikunu kompletament eżegwiti qabel il-31 ta' Awissu tas-sena ta' wara. Il-pagamenti għandhom isiru matul l-eżeċizzju.

Artikolu 3

Il-programmi tal-Komunità dwar il-finanzjament parzjali ta' l-apikoltura għandhom ikunu ristretti għal kull Stat Membru għall-ammont li jokkorispondi għas-sehem totali tiegħu ta' doqqajs fil-Komunità. Kif mistqarr fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

B'dana kollu, jekk Stat membru wieħed jew aktar ma jkunx(ikunux) innotifika l-programm tiegħu ta' l-apikoltura sal-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 2 91), jew ma jkunx uża l-ammont kollu tal-finanzjament parzjali referut fl-ewwel paragrafu, l-ishma tal-istati membri l-oħrajn jistgħu ikunu miżjuda fi proporzjoni tas-sehem tagħhom.

Artikolu 4

L-Istati membri għandhom iwassli lill-Kummisjoni, flimkien mal-programmi tagħhom ta' l-apikoltura, dokumenti li jispeċifikaw kif isir il-monitoraġġ tal-programmi tagħhom.

Il-verifiki tal-monitoraġġ gġandhom ikunu iddisinjati sabiex jivverifikat il-konformità mat-termini li permezz tagħhom l-għajnuna tkun mogħtija skond il-programmi nazzjonali. Dawn għandhom jikkonsistu kemm minn verifiki amministrattiv u wkoll fuq il-post.

Prova suffiċjenti ta' dawn il-kontrolli għandha tkun disponibbli mingħand l-aġenziji tal-pagamenti.

Artikolu 5

1. L-Istati membri għandhom jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni il-lista tal-miżuri dwar l-apikoltura li huma nklużi fil-programmi operazzjonali nazzjonali permezz ta' l-Objettivi 1 u 2 stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 [4], qabel id-data referuta fl-Artikolu 2(1).

2. L-istess miżura ma tistax tkun is-suġġett ta' pagamenti simultanji permezz tar-Regolament (KE) Nru 797/2004 u permezz ta' xi skema oħra ta' għajnuna tal-komunià, partikolarment f'dak li jirrigwardja r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 [5].

Artikolu 6

Il-limiti finanzjarji għal kull miżura jistgħu ikunu miżjuda jew imnaqqsa b'massimu ta' 20 % basti li l-limitu massimu totali għall-programmi annwali ma jkunx misbuq u l-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-finanzjament tal-programm ta' l-apikoltura ma jkunx jeċċedi 50 % tal-ispiża kif merfugħa mill-Istat membru ikkonċernat.

Artikolu 7

Il-miżuri tal-programmi ta' l-apikoltura jistgħu ikunu adattati matul l-eżerċizju annwali, b'dana kollu dawn għandhom ikunu b'konformità ma l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 797/2004 u għandhom ikunu approvati skond l-Artikolu 5 ta' l-istess Regolament.

Artikolu 8

Ir-rata tal-kambju li għandha tkun applikata għall-ammont referut fl-Artikolu 3 għandha tkun ir-rata fis-seħħ fl-1 ta' Mejju tas-sena li fiha l-programm ikun notifikat.

Artikolu 9

L-istudji referuti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1221/97 għandhom jirreferu għall-unti indikati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 10

Ir-Regolament (KE) Nru 2300/97 huwa mħassar.

Referenzi għar-Regolament imħassar għandhom ikunu meqjusa bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw bi qbil mat-tabella ta' korrelazzjoni kif elenkata fl-Anness III.

Artikolu 11

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' April 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 125, 28.04.04, p. 1.

[2] ĠU L 173, 01.07.97, p. 1.

[3] ĠU L 319, 21.11.97, p.1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1387/2003, (ĠU L 196, tat-2.8.2003, p. 22).

[4] ĠU L 161, tas-26.06.99, p. 1.

[5] ĠU L 160, tas-26.06.99, p. 80.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Stat Membru | Ċensiment tan-naħal Numru ta' doqqajs |

BE | 100000 |

DK | 155000 |

DE | 893000 |

EL | 1380000 |

ES | 2397840 |

FR | 1150000 |

IE | 20000 |

IT | 1100000 |

LU | 10213 |

NL | 80000 |

AT | 336139 |

PT | 590000 |

FI | 47000 |

SE | 145000 |

UK | 274000 |

Total | 8678192 |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

Tabella tal-korrelazzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 2300/97 | Dan ir-Regolament |

L-Artikolu 1 | L-Artikolu 1 |

L-Artikolu 2(1) | L-Artikolu 2(1) |

| L-Artikolu 2(2) |

L-Artikolu 2(2) | L-Artikolu 2(3) |

L-Artikolu 3 | L-Artikolu 3 |

L-Artikolu 4(1) | L-Artikolu 4, subparagrafi 1 u 2 |

L-Artikolu 4(2) | L-Artikolu 5(1) |

L-Artikolu 4(3) | L-Artikolu 5(2) |

L-Artikolu 4bis | L-Artikolu 6 |

| L-Artikolu 7 |

L-Artikolu 5 | L-Artikolu 8 |

L-Artikolu 6 | L-Artikolu 9 |

| L-Artikolu 10 |

L-Artikolu 7 | L-Artikolu 11 |

L-Anness I | L-Anness I |

L-Anness II | L-Anness II |

– | L-Anness III |

--------------------------------------------------

Top