Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0908

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (EC) Nru 908/2004 tad-29 ta' April 2004 li jadatta diversi regolamenti li jikkonċernaw l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, l-Latvja, l-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja ma l-Unjoni Ewropea.

ĠU L 163, 30.4.2004, p. 56–60 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R0436 u 32009R0607

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/908/oj

32004R0908



Official Journal L 163 , 30/04/2004 P. 0056 - 0060


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (EC) Nru 908/2004

tad-29 ta' April 2004

li jadatta diversi regolamenti li jikkonċernaw l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, l-Latvja, l-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja ma l-Unjoni Ewropea.

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li ikkonsidrat it-Trattat ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, l-Latvja, l-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja, u partikolarment l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li ikkonsidrat l-Att ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, l-Latvja, l-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja, u partikolarment l-Artikolu 57(2) tiegħu,

Billi:

(1) Ċerti amendi tekniċi huma meħtieġa f'diversi Regolamenti tal-Kummissjoni li jikkonċernaw l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid sabiex jitwettqu l-adattazzjonijiet meħtieġa minħabba l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, l-Latvja, l-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja (minn hawn il-quddiem referuti bħala "l-Istati Membru l-ġodda") ma l-Unjoni Ewropea.

(2) L-Artikolu 52(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1623/2000 tal-25 ta' Lulju 2000 jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1000 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid f'dak li jirrigwardja l-mekkaniżmi tas-suq [1], jistabbixxi l-perijodi ta' referenza għall-Istati Membri produtturi. Tali perijodu ta' referenza għandu jkun determinat għall-Istati Membru l-ġodda.

(3) L-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2001 ta' l-24 ta' April 2001 jistabbilixxi regoli għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 f'dak li jirrigwardja l-kummerċ ma pajjiżi terzi fil-prodotti tas-settur ta' l-inbid [2] li jkun fihom ċerti kitbiet fil-lingwi kollha tal-Istati Membri. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jinkludu l-verżjonijiet lingwistiċi tal-Istati Membri l-ġodda.

(4) L-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 883/2001 u l-Annessi I u IV tiegħu fih referenzi għal uħud mill-Istati Membri l-ġodda bħala pajjiżi terzi. Dawk ir-referenzi għandhom ikunu mħassra.

(5) L-Artikolu 8(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2001 ta' l-24 ta' April 2001 jistabbilixxi regoli dettaljati ta' l-applikazzjoni li jikkonċernaw id-dokumenti li jakkumpanjaw il-karreġġjata ta' prodotti ta' l-inbid u r-reġistri li għandhom jinżammu fis-settur ta' l-inbid [3] jinkludu kitba fil-lingwi kollha tal-Istati Membri l-ġodda. Dik id-dispożizzjoni għandha tinkludi l-verżjonijiet lingwistiċi tal-Istati Membri l-ġodda.

(6) L-Artikolu 16(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2003 tad-29 ta' April 2002 jistabbilixxi ċerti regoli għall applikar tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 f'dak li jirrigwardja d-deskrizzjoni, d-denominazzjonijiet, il-preżentazzjoni u l-protezzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur ta' l-inbid [4] jinkludi ċerti kitbiet fil-lingwi kollha tal-Istati Membri l-ġodda. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jinkludu l-verżjonijiet lingwistiċi tal-Istati Membri l-ġodda.

(7) L-Anness VIII ta' dak ir-Regolament jinkludi referenza għall-Ungerija bħala pajjiż terz. Dik ir-referenza għandha tkun imħassra.

(8) Ir-Regolamenti (KE) Nru 1623/2000, Nru 883/2001, Nru 884/2001 u Nru 753/2002 għandhom għalhekk ikunu emendati kif xieraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

"— 1997/98 sa 2002/03 fir-Repubblika Ċeka, Ċipru, l-Ungerija, Malta, s-Slovenja u l-Islovakkja."

Artikolu 2

Regolament (EC) Nru 883/2001 huwa b'hekk emendat kif ġej:

1. Fl-Artikolu 2(1), it-tieni sub-paragrafu huwa mibdul b'dan li ġej:

"Kaxxa 20 tal-liċenzi tal-importazzjono u l-liċenzi ta' l-esportazzjoni għandha jkun fiha waħda minn dawn il-kitbiet:

- "

"

- "

"

- "

"

- "

"

- "

"

- "

"

- "

"

- "

"

- "

"

- "

"

- "

"

- "

"

- "

"

- "

"

- "

"

- "

"

- "

"

- "

"

- "

"

- "

"

2. Fl-Artikolu 1, it-tieni sub-paragrafu huwa mibdul b'dan li ġej:

"Mill-anqas waħda minn dawn il-kitbiet għandhom ssir fil-kaxxa 22 tal-liċenzi:

- Restitución válida para… (cantidad por la que se haya expedido el certificado) como máximo

- Náhrada platná nejvýše pro … (mnoství, na ně byla vydána licence)

- Restitutionen omfatter hoejst… (den maengde, licensen er udstedt for)

- Erstattung gültig für höchstens… (Menge, für die die Lizenz erteilt wurde)

- Toetus ei kehti rohkem kui… (kogus millele litsents on väljastatud)

- Επιστροφή που ισχύει για… (ποσότητα για την οποία εκδίδεται το πιστοποιητικό) κατ' ανώτατο όριο

- Refund valid for not more than … (quantity for which licence is issued)

- Restitution valable pour … (quantité pour laquelle le certificat est délivré) au maximum

- Restituzione valida al massimo per… (quantitativo per il quale è rilasciato il titolo)

- Atmaksa ir spēkā par ne vairāk kā… (daudzums, par ko izdota licence)

- Grąinamoji išmoka mokama ne daugiau kaip u … (nurodomas kiekis, kuriam išduota licencija)

- Legfeljebb …-re (az a mennyiség, amelyre az engedélyt kiadták) érvényes visszatérítés

- Valur mrodd lura ta' mhux aktar minn … (ammont maħrug fil. licenzja)

- Restitutie voor ten hoogste… (hoeveelheid waarvoor het certificaat is afgegeven)

- Refundacji udziela się na nie więcej niż … (ilość, na którą wydano licencję)

- Restituição válida para … (quantidade em relação à qual é emitido o certificado), no máximo

- Náhrada platná pre nie viac ako … (mnostvo, na ktoré je licencia vydaná)

- Nadomestilo velja za največ … (količina za katero je izdano dovoljenje)

- Vientituki voimassa enintään… (määrä, jolle todistus on annettu) osalta

- Bidrag som gäller för högst… (kvantitet foer vilken licensen skall utfärdas)."

3. L-Artikolu 33 huwa emendat kif ġej:

(a) fil-paragrafu 1, il-punt (a) huwa mħassar;

(b) "Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1(b), (c) u (d), l-aġenzija uffiċjali tal-pajjiż ta' l-oriġini awtorizzata li tħejji d-document V I 1 kif refernut f'dan ir-Regolament għandha tikteb dan li ġej fil-kaxxa 15 ta' dak id-dokument;"

4. L-Anness I huwa mibdul bit-test kif mhuri fl-Anness I ta' dan ir-Regolament

5. L-Anness IV huwa emendat bi qbil ma l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

"L-uffiċju doganali fil-punt tal-ħruġ mit-territorju doganali tal-Komunità għandu jikteb waħda mill-kitbiet li ġejjin fuq il-kopji ta' dak l-aħħar dolument imsemmi u jittimbrah bħala awtentiku:

"EXPORTADO", "VYVEZENO", "UDFØRSEL", "AUSGEFÜHRT", "EKSPORDITUD", "ΕΞΑΧΘΕΝ", "EXPORTED", "EXPORTÉ", "ESPORTATO", "EKSPORTETS", "EKSPORTUOTA", "EXPORTÁLVA", "EXPORTAT", "UITGEVOERD", "WYWIEZIONO", "VYVEZENÉ", "IZVOENO", "VIETY", "EXPORTERA", "ESPORTAT"

Għandu jagħti l-kopji ittimbrati li jkun fikom dik il-kitba lill-esportatur jew lir-rapreżentant tiegħu. Dan ta' l-aħħar għandu jassigura li waħda mill-kopji takkumpanja l-karreġjata tal-prodott esportat."

Artikolu 4

Regolament (EC) Nru 753/2002 huwa b'hekk emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 16(1) huwa mibdul b'dan li ġej:

"1. Għall-iskopijiet tat-tieni inċiż ta' l-Anness VII(b)(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, it-termini li ġejjin jistgħu jkunu wżati biss fuq it-tikketti ta' l-inbejjed tal-mejda, inbejjed tal-mejda b'indikazzjoni ġeografika u nbejjed ta' kwalità psr, bl-eċċezzjoni ta' l-imbejjed likuri ta' kwalità psr u l-inbejjed ta' kwalità semi-frizzanti psr li huma koperti bl-Artikolu 39(1)(b):

(a) "seco", "suché", "tør", "trocken", "kuiv", "ξηρός", "dry", "sec", "secco", "asciuttto", "sausais", "sausas", "száraz", "droog", "wytrawne", "suho", "kuiva" or "torrt", Bil-kondizzjoni li l-ibid ikkonċernat ikollu kontenut residwu ta' zokkor li ma jeċċedix:

(i) 4 grammi kull litru; jew

(ii) 9 grammi kull litru, basta li l-aċidità totali espressa bħala grammi ta' aċidu tartariku kull litru ma tkunx aktar minn 2 grammi anqas mill-kontenut residwu taz-zokkor;

(b) "semiseco", "polosuché", "halvtør", "halbtrocken", "poolkuiv", "ημίξηρος", "medium dry", "demi-sec", "abboccato", "pussausais", "pusiau sausas", "félszáraz", "halfdroog", "pówytrawne", "meio seco", "adamado", "polsuho", "puolikuiva" or "halvtorrt", Bil-kondizzjoni li l-inbid ikkonċernat ikollu kontenut residwu ta' zokkor li jisboq il-minimu stabbilit fi (a) imma li ma jeċċedix:

(i) 12 grammi kull litru; jew

(ii) 18 il-gramma kull litru, meta l-aċidità minima totali tkun ġiet stabbilita mill-Istat Membru permezz tal-paragrafu 2;

(ċ) "semidulce", "polosladké", "halvsød", "lieblich", "poolmagus", "ημίγλυκος", "medium", "medium sweet", "moelleux", "amabile", "pussaldais", "pusiau saldus", "félédes", "halfzoet", "pósodkie", "meio doce", "polsladko", "puolimakea", or "halvsött", Bil-kondizzjoni li l-inbid ikkonċernat ikollu kontenut residwu ta' zokkor għola mill-massimu stabbit fi (a) imma li ma jkunx aktar minn 45 grammi kull litru;

(d) "dulce", "sladké", "sød", "süss", "magus", "γλυκός", "sweet", "doux", "dolce", "saldais", "saldus", "édes", "elu", "zoet", "sodkie", "doce", "sladko", "makea" or "sött", Bil-kondizzjoni li l-inbid ikkonċernat ikollu kontenut residwu ta' zokkor ta' mill-anqas 45 grammu kull litru."

2. Fl-Anness VIII, il-punt 2 huwa mħassar.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ bla hsara għal, u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, l-Latvja, l-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, s-Slovenja u l-Islovakkja.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' April 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 194, tal-31.7.2000, p.45. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1710/2003, (ĠU L 243, tas-27.9.2003, p. 98).

[2] ĠU L 128, ta’ l-10.5.2001, p.1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2338/2003, (ĠU L 346, tal-31.12.2003, p. 28).

[3] ĠU L 128, ta’ l-10.5.2001, p.32. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1782/2002, (ĠU L 270, tat-8.10.2002, p. 4).

[4] ĠU L 118, 04.05.02, p.1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 316/2004, (ĠU L 55, 24.02.04, p. 16).

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

"

L-ANNESS I

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 883/2001, it-test li jinsab taħt l-intestaturi

"żona 3"

u

"żona 4"

huwa mibdul b'dan li ġej:

"ŻONA 3: L-EWROPA TAL-VANT U L-PAJJIŻI TAL-COMMONWEALTH TA' STATI INDEPENDENTI

L-Albanija, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarus, il-Ġorġja, il-Każakstan, il-Kirġiżstan, il-Moldovja, ir-Russja, it-Taġikistan, it-Turkmenistan, l-Ukrajna, l-Użerbekistan.

ŻONA 4: L-EWROPA TAL-PUNENT

L-Andorra, Ceuta u Melilla, Ġibiltà, il-Gżejjer Faeroe, l-Islanda, Liechtenstein, in-Norveġja, San Marino, il-Belt tal-Vatikan."

--------------------------------------------------

Top