Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0669

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 669/2003 tat-8 ta’ April 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1035/2001 li jistabbilixxi l-iskema tad-dokumentazzjoni tal-qabda għad-Dissostichus spp.

ĠU L 97, 15.4.2003, pp. 1–5 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/669/oj

32003R0669

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 669/2003 tat-8 ta’ April 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1035/2001 li jistabbilixxi l-iskema tad-dokumentazzjoni tal-qabda għad-Dissostichus spp.

Official Journal L 097 , 15/04/2003 P. 0001 - 0005
CS.ES Chapter 11 Volume 46 P. 178 - 182
ET.ES Chapter 11 Volume 46 P. 178 - 182
HU.ES Chapter 11 Volume 46 P. 178 - 182
LT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 178 - 182
LV.ES Chapter 11 Volume 46 P. 178 - 182
MT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 178 - 182
PL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 178 - 182
SK.ES Chapter 11 Volume 46 P. 178 - 182
SL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 178 - 182


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 669/2003

tat-8 ta’ April 2003

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1035/2001 li jistabbilixxi l-iskema tad-dokumentazzjoni tal-qabda għad-Dissostichus spp.

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1035/2001 tat-22 ta’ Mejju li jistabbilixxi l-iskema tad-dokumentazzjoni tal-qabda għal Dissostichus spp [3] jimplimenta l-iskema tad-dokumentazzjoni tal-qabda adottata mill-Kummissjoni għall-Konservazzjoni tar-Riżorsi Ħajjin tal-Baħar Antartiku, hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa "CCAMLR", fit-18-il laqgħa annwali tiegħu f’Novembru 1999.

(2) Fl-20 laqgħa annwali tiegħu f’Novembru 2001 u fil-21 laqgħa annwali tiegħu f’Novembru 2002, is-CCAMLR adotta numru ta’ emendi għall-iskema biex, inter alia, jiġġieled kontra r-rappurtaġġ falz u jtejjeb il-kontroll ta’ l-esperti u introduċa proċedura biex li tittratta ma’ bejgħ jew rimi ta’ qabdiet maħtufa bil-liġi jew konfiskati.

(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1035/2001 għalhekk għandu jiġi emendat skond dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1035/2001 huwa permezz tal-preżenti emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 2 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"L-Artikolu 2

Ambitu

1. Dan ir-Regolament għandu jgħodd għal kull Dissostichus spp. li jaqaw taħt il-kodiċi TARIC 0302698800, 0303798810, 0303798890, 0304208810 u 0304208800:

(a) miġjubin fuq l-art jew trasbordati mill-bastimenti tas-sajd tal-Komunità; jew

(b) impurtati ġo, jew esportati jew riesportati mill-Komunità.

2. Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal qabdiet inferjuri ta’ Dissostichus spp. meħudin mid-dgħajjes tat-tkarkir li jkunu qed jistadu fl-ibħra fejn l-ebda pajjiż ma jista’ jimponi l-liġijiet tiegħu, barra miż-żona tas-CCAMLR.

Għall-iskop ta’ dan il-paragrafu, il-qabda inferjuri tad-Dissostichus spp. tfisser il-kwantità tad-Dissostichus spp. li tirrapreżenta mhux aktar minn 5 % tal-qabda totali ta’ l-ispeċi kollha u mhux aktar minn 50 tunnellata metrika għall-vjaġġ tas-sajd kollu bil-bastiment.

3. It-tieni subparagrafu jista’ jiġi emendat biex japplika l-miżuri tal-konservazzjoni tas-CCAMLR li jsiru obbligatorji għall-Komunità, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 25(3).";

2. L-Artikolu 9(1) għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

"1. Wara li jivverifika, permezz ta’ l-użu tar-rapporti tad-data miksuba permezz tas-sistema tal-kontroll tal-bastiment b’satellita awtomatizzata li hija protetta kontra t-tbagħbis (VMS), li ż-żona li fiha saret is-sajda u li l-qabda li għandha tkun miġjuba fuq l-art jew trasbordata kif irrappurtata mill-bastiment tagħha hija reġistrata b’mod preċiż u konsistenti ma’ l-awtorizzazzjoni tiegħhu biex tistad, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jagħti n-numra ta’ konferma lill-kaptan bil-mezz tal-komunikazzjoni elettroniku l-aktar mgħaġġel.

Il-kaptan għandu jdaħħal in-numru tal-konferma fuq id-dokument tal-qabda";

3. L-Artikolu 13 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"L-Artikolu 13

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jidentifikaw l-oriġini tad-Dissostichus spp. kollha impurtati ġo jew esportati mit-territorju tagħhom u biex jistabilixxu jekk id-Dissostichus spp. maqbuda miż-żona tas-CCAMLR kienux maqbuda f’manjiera konsistenti mal-miżuri tal-konservazzjoni tas-CCAMLR.

2. Jekk l-Istat Membru għandu raġunijiet biex jemmen li d-dħul fuq l-art u l-imporazzjoni tad-Dissostichus spp. iddikjarati li ġew maqbuda fl-ibħra fejn l-ebda pajjiż ma jista jimponi l-liġijiet tiegħu barra miż-żona tas-CCAMLR jikkonsistu fil-fatt f’Dissostichus spp. maqbuda fiż-żona tas-CCAMLR, l-Istat Membru għandu jitlob lill-Istat tal-bandiera biex jagħmel verifikazzjoni addizzjonali tad-dokument tal-qabda bl-użu ta’, inter alia, r-rapporti tad-data provvduti permezz tal-VMS awtomatizzat u mqabbad mas-satellita.

Jekk l-Istat tal-bandiera minkejja din it-talba jonqos milli juri li d-dokument tal-qabda kien ivverifikat bl-użu tad-data mill-VMS, id-dokument tal-qabda għandu jkun ikkonsidrat bħala null ab initio u l-importazzjoni u l-esportazzjoni tad-Dissostichus spp. għandha tiġi pprojbita.

3. L-Istati Membri għandhom, bla dewmien, jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’xi istanzi fejn ir-riżultati tal-verifikazzjoni addizzjonali msemmija fil-paragrafu 2 jindikaw li l-qabdiet ma kienux maqbuda f’manjiera konsistenti mal-miżuri tal-konservazzjoni tas-CCAMLR u mal-miżuri meħuda mill-Istati Membri f’dan ir-rigward.";

4. L-Artikolu 15 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"l-Artikolu 15

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-mizuri kollha neċessarji biex jiżguraw li kull ġarr bil-bastiment tad-Dissostichus spp. impurtat ġo jew esportat mit-territorju tagħhom huwa akkumpanjat mid-dokument jew dokumenti magħmula validi bl-esportazzjoni jew bir-riesportazzjoni li jikkorrispondu għall-kwantità totali tad-Dissostichus spp. li jkunu jinsabu fil-ġarr bil-bastiment.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet doganali tagħhom jew aġenti uffiċjali kompetenti oħra jitolbu u jeżaminaw id-dokumentazzjoni ta’ kull ġarr bil-bastiment tad-Dissostichus spp. impurtat ġo jew esportat mit-territorju tagħhom biex jivverifikaw li tinkludi d-dokument jew id-dokumenti tal-qabda li huma magħmula validi bl-esportazzjoni jew bir-riesportazzjoni li jikkorrispondu għall-kwantità totali tad-Dissostichus spp. li jkunu jinsabu fil-ġarr bil-bastiment. Dawn l-awtoritajiet jew l-aġenti jistgħu wkoll jeżaminaw il-kontenut ta’ kull ġarr bil-bastiment biex jivverifikaw l-informazzjoni li tkun tinsab fid-dokument jew dokumenti tal-qabda.

3. L-Istati Membri għandhom jinfumaw lill-Kummissjoni b’kull istanza fejn ir-riżultati tal-verifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 jindikaw li l-ħtiġijiet tad-dokumentazzjoni stabbiliti f’dan ir-Regolament ma ġewx rispettati.

4. Id-Dokument tal-qabda tad-Dissostichus spp. magħmul validu bl-esportazzjoni huwa wieħed li:

(a) jinkludi l-informazzjoni kollha speċifikata fl-Anness I u il-firem kollha neċessarji; u

(b) jinkludi ċ-ċertifikat iffirmat jew immarkat bil-boll mill-aġent uffiċjali ta’ l-Istat esportatur, li jafferma l-akkuratezza ta’ l-informazzjoni li tkun tinsab fid-dokument.";

5. L-Artikolu 17 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"l-Artikolu 17

L-importazzjoni u l-esportazzjoni tad-Dissostichus spp. huma pprojbiti jekk il-lott konċernat m’huwiex akkumpanjat bid-dokument tal-qabda.";

6. L-Artikolu 20 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"L-Artikolu 20

1. L-Istat Membru tal-bandiera għandhu jgħaddi immedjatament lis-Segretarjat tas-CCAMLR, bil-mezz tal-komunikazzjoni l-aktar mgħaġġel disponibbli, u b’kopja lill-Kummissjoni, il-kopji msemmija fl-Artikoli 10 u 12.

2. L-Istati Membri għandhom immedjatament jittrasmettu lis-Segretarjat, bil-mezz tal-komunikazzjoni l-aktar mgħaġġel disponibbli, u b’kopja lill-Kummissjoni, kopja tad-dokumenti tal-qabda magħmula validi bl-esportazzjoni jew bir-riesportazzjoni kif ukoll tad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 22a.";

7. L-Artikolu 22 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"l-Artikolu 22

Sal-15 ta’ Marzu, il-15 ta’ Ġunju, il-15 ta’ Settembru u l-15 ta’ Diċembru ta’ kull sena l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni d-data meħuda mid-dokumenti tal-qabda fuq l-oriġini, id-destinazzjoni u l-kwantità tad-Dissostichus spp. impurtat ġo jew esportat mit-territorju tagħhom.

Kull sena l-Kummissjoni għandha tgħaddi d-data dwar l-oriġini u l-kwantità lis-Segretarjat tas-CCAMLR.";

8. "Il-Kapitolu VIa

Il-Bejgħ tal-ħut maqbud bil-liġi jew konfiskat

Artikolu 22a

Jekk l-Istat Membru għandu raġuni biex ibiegħ jew jarmi d-Dissostichus spp. ikkonfiskat, għandu joħroġ id-dokument tal-qabda magħmul validu b’mod speċjali. Dan id-dokument tal-qabda għandu jinkludi dikjarazzjoni li tispeċifika r-raġunijiet għal dik il-validità u li tiddeskrivi iċ-ċirkostanzi li fihom il-ħut maqbud bil-liġi jew ikkonfiskat sejjer għall-kummerċ. Sal-punt prattikabbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ebda benefiċċju finanzjarju mill-bejgħ jew rimi ta’ dan il-ħut ma’ jirriżulta lill-dawk li kkommettew l-attivitajiet tas-sajd illegali."

;

9. fl-Artikolu 24, l-ewwel subparagrafu għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:"Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 8(2)(d), l-Artikolu 9, l-Artikolu 10(3), l-Artikolu 11, l-Artikolu 12(3), l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 15 għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2).";

10. L-Anness II għandhu jiġi mibdul bl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fit-8 ta’ April 2003.

F’isem il-Kunsill

Il-President

G. Drys

[1] ĠU C 291 E, 26.11.2002, p. 217.

[2] L-Opinjoni mgħotija fit-12 ta’ Frar 2003 (għada mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 145, 31.05.2001, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

L-ANNESS II

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top