Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003L0001

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/1/KE tas -6 ta’ Jannar 2003 li tadatta għall-progress tekniku l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)Test b’rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 5, 10.1.2003, p. 14–15 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/07/2013

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/1/oj

    32003L0001



    Official Journal L 005 , 10/01/2003 P. 0014 - 0015


    Direttiva tal-Kummissjoni 2003/1/KE

    tas -6 ta' Jannar 2003

    li tadatta għall-progress tekniku l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkonsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/34/KE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

    Wara li ikkonsultat il-Kumitat Xjentifiku dwar Prodotti Kosmetiċi u Prodotti mhux għall-ikel intiżi għall-konsumaturi,

    Billi:

    (1) In-numru ta' referenza 419 ta' l-Anness II tad-Direttiva 76/768/KEE li fiha lista ta' sustanzi li ma għandhomx ikunu fi prodotti kosmetiċi hi bħalissa allineata mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/534/KE tat-30 ta' Lulju 1997 fuq il-projbizzjoni ta' materjal li jippreżenta riskju ta' enċefalopatiji sponġiformi tramissibbli [3]. Dik id-Deċiżjoni tħassret bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/418/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li tirregola l-użu ta' materjal li jippreżenta riskju ta' enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli u temenda d-Deċiżjoni 94/474/KE [4]. Rigward l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar Prodotti Kosmetiċi u Prodotti mhux għall-ikel intiżi għall-konsumaturi (SCCNFP) jixraq li n-numru ta' referenza 419 ta' l-Anness II tad-Direttiva 76/768/KEE jiġi allineat mar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistipula regoli għall-prevenzjoni, l-kontroll u l-eradikazzjoni ta' ċerti enċefalopatiji sponġiformi trasmissibli [5], kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 270/2002 [6].

    (2) Referenza għal materjali riskjużi speċifikati kif imsemmijin f'L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, għandha tiddaħħal fin-numru ta' referenza 419 ta' l-Anness II tad-Direttiva 76/768/KEE.

    (3) Isegwi mill-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, madankollu, li d-dispożizzjonijiet ta' l-Anness XI Parti A ta' dak ir-Regolament jibqgħu jgħoddu sad-data ta' adozzjoni ta' deċiżjoni li warajha jibdew jgħoddu l-Artikolu 8 ta' dak ir-Regolament u l-Anness V tiegħu. Għalhekk, in-numru ta' referenza 419 ta' l-Anness II tad-Direttiva 76/768/KEE għandu jirreferi ukoll għall-Anness XI Parti A tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.

    (4) Id-Direttiva 76/768/KEE għalhekk għandha tkun emendata.

    (5) Minħabba n-natura speċifika tal-materjali riskjużi, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jieħdu l-miżuri previsti f'din id-Direttiva mingħajr ma jkollhom għalfejn jistennew l-aħħar data speċifikata.

    (6) Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat fuq l-Adattament għall-Progress Tekniku tad-Direttivi dwar it-tneħħija ta' Ostakoli Tekniċi għall-Kummerċ fis-Settur tal-Prodotti Kosmetiċi.

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    L-Anness II tad-Direttiva 76/768/KEE hu emendat skond l-Anness ta' din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw li mill-15 t'April 2003 l-aktar tard ebda prodotti kosmetiċi li jonqsu li jikkonformaw ma' din id-Direttiva ma jitqiegħdu fis-suq minn manifatturi tal-Komunità jew importaturi stabbiliti fi ħdan il-Komunità.

    2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw li l-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 ma jinbiegħux jew ma jingħatawx lill-konsumatur finali wara l-15 t'April 2003 l-aktar tard.

    Artikolu 3

    L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux iktar tard mill-15 t'April 2003.Huma għandhom jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni minnufih.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-riferenza.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Artikolu 5

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fis-6 ta' Jannar 2003.

    Għall-Kummissjoni

    Erkki Liikanen

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 169.

    [2] ĠU L 102, tat-18.4.2002, p. 19.

    [3] ĠU L 216, tat-8.8.1997, p. 95.

    [4] ĠU L 158, tat-30.6.2000, p. 76.

    [5] ĠU L 147, tal-31.5.2001, p. 1.

    [6] ĠU L 45, tal-15.2.2002, p. 4.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Fin-numru ta' referenza 419 ta' l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE is-sentenzi

    "(a) il-kranju, inklużi il-moħħ u l-għajnejn, it-tunsilli u l-korda spinali tan-nervituri ta':

    - bhejjem bovini li għandhom 12-il xahar,

    - bhejjem ovini u kaprini li għandhom iktar minn 12-il xahar jew li għandhom sinna inċiżiva permanenti li spuntat mill-ħanek;

    (b) il-milsiet ta' bhejjem ovini u kaprini u ingredjenti magħmulin minnhom.'"

    jinbidlu b'dawn is-sentenzi:

    "Mid-data li hemm imsemmija fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [1], il-materjali riskjużi speċifikati kif imsemmijin fl-Anness V ta' dak ir-Regolament, u ingredjenti li ġejjin minnhom.

    Sa dik id-data il-materjali riskjużi speċifikati kif imsemmijin fl-Anness XI Parti A għar-Regolament (KE) Nru 999/2001, u ingredjenti li ġejjin minnhom."

    [1] ĠU L 147, tal-31.5.2001, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top