EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002L0060

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda id-Direttiva 92/119/KE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeżTest b’rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27–46 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Revokat u sostitwit bi 32016R0429

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/60/oj

32002L0060



Official Journal L 192 , 20/07/2002 P. 0027 - 0046


Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE

tas-27 ta’ Ġunju 2002

li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda id-Direttiva 92/119/KE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li ntroduċiet miżuri Komunitarji ġenerali għall-kontrol ta’ xi mard ta’ l-annimali u miżuri speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mal-marda vexxikoluża fil-qżieqeż [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 15 u l-Artikolu 24(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Il-miżuri ġenerali preskritti fid-Direttiva 92/119/KEE huma mmirati biex jevitaw tixrid akbar ta’ ċertu mard ta’ l-annimali ta’ importanza ekonomika kbira u b’mod partikolari biex ikun ikkontrollat il-moviment ta’ annimali u prodotti li jistgħu jxerrdu l-infezzjoni.

(2) L-Uffiċju Internazzjonali ta’ l-Epiżootika (OIE) huwa l-korp tekniku referenzjali għas-saħħa ta’ l-annimali rikonoxxut mill-Għaqda Dinjija tal-Kummerċ. Din fasslet lista ta’ mard epidemiku ta’ l-annimali li hu ta’ importanza ekonomika kbira (Lista A).

(3) Huwa meħtieġ u xieraq li d-Direttiva 92/119/KEE tkun tapplika għall-mard epidemiku kollu fil-Lista A, bl-eċċezzjoni ta’ dak li għalih diġà saru provvedimenti speċifiċi fuq livell Komunitarju.

(4) Il-marda Teschen m’għadhiex inkluża fil-Lista A. Huwa għalhekk xieraq li din il-marda tkun imneħħija mill-Anness I tad-Direttiva 92/119/KEE.

(5) Id-deni Afrikan tal-qżieqeż hija marda ta’ importanza ekonomika kbira, inkluża fil-Lista A, li titfaċċa f’xi żoni limitati tal-Komunità. Huwa għalhekk xieraq li jkunu stabbiliti miżuri Komunitarji għall-kontroll ta’ din il-marda.

(6) Id-deni Afrikan tal-qżieqeż għandu jkun inkluż fil-lista li hemm fl-Anness I tad-Direttiva 92/119/KEE u disposizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll tagħha għandhom jiġu preskritti skond l-Artikolu 15 ta’ dik id-Direttiva.

(7) Għandhom ikunu adottati miżuri sabiex ikun ikkontrollat il-moviment tal-ħnieżer u prodotti tagħhom minn żoni suġġetti għal restrizzjonijiet li jinħolqu mat-tfaqqiegħ tad-deni Afrikan tal-qżieqeż. Dawn il-miżuri għandhom ikunu bħal dawk stabbiliti f’livell Komunitarju għal kontroll ta’ mard ieħor tal-ħnieżer bħal mard vexxikoluż fil-qżieqeż u deni klassiku tal-qżieqeż.

(8) B’mod partikolari, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tad-deni klassiku tal-qżieqeż [2] għandu jintuża bħala mudell għall-istabbiliment ta’ miżuri speċifiċi għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż. Madankollu, għandhom isiru aġġustamenti partikolarment minħabba d-differenzi bejn iż-żewġ mardiet, in-nuqqas fil-preżent ta’ tilqim u b’mod speċjali l-perjodu ta’ inkubazzjoni tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u l-possibiltà li din il-marda tkun trasmessa minn vettori.

(9) Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1994/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċedura għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [3],

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Is-suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi l-miżuri minimi Komunitarji għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż.

Tneħħi l-marda Teschen mill-grupp ta’ mard li għalihom japplikaw il-miżuri ġenerali ta’ kontroll preskritti fid-Direttiva 92/119/KEE.

L-Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:

(a) "ħanżir" għandha tfisser kull annimal tal-familja Suidae, inklużi ħnieżer salvaġġi;

(b) "ħanżir salvaġġ" għandha tfisser ħanżir li ma jinżammx jew ma jkunx trabba f’azjenda;

(ċ) "azjenda" għandha tfisser kull post agrikolu jew xi post ieħor li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru fejn jitrabbew il-ħnieżer jew jinżammu fuq bażi permanenti jew temporanja. Din id-definizzjoni ma tinkludix biċċeriji, mezzi ta’ trasport u żoni magħluqin fejn ħnieżer salvaġġi jkunu miżmuma u jistgħu jkunu kkaċċjati; dawn iż-żoni magħluqin għandhom ikunu ta’ qies u struttura li jagħmlu l-miżuri preskritti fl-Artikolu 5(1) mhux applikabbli;

(d) "manwal dijanjostiku" għandha tfisser il-manwal dijanjostiku msemmi fl-Artikolu 18(3);

(e) "ħanżir suspettat li hu infettat bil-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż" għandha tfisser kull ħanżir jew karkassa ta’ ħanżir li jkunu juri sintomi kliniċi jew li juru leżjonijiet post mortem jew reazzjonijiet għal eżamijiet tal-laboratorju magħmula skond il-manwal dijanjostiku li jindikaw il-possibiltà tal-preżenza tad-deni Afrikan tal-qżieqeż;

(f) "każ ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż" jew "ħanżir infettat bid-deni Afrikan tal-qżieqeż" għandha tfisser kull ħanżir jew karkassa ta’ ħanżir:

- fejn sintomi kliniċi jew leżjonijiet post mortem tad-deni Afrikan tal-qżieqeż ikunu ġew uffiċjalment ikkonfermati, jew

- fejn il-preżenza tal-marda tkun ġiet uffiċjalment konfermata bħala riżultat ta’ eżami ta’ laboratorju magħmul skond il-manwal dijanjostiku;

(g) "tfaqqiegħ ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż" għandha tfisser l-azjenda fejn ikunu ġew identifikati każ jew każijiet ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż;

(h) "tfaqqiegħ primarju" għandha tfisser it-tfaqqiegħ skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1982 dwar in-notifika ta’ mard ta’ l-annimali fil-Komunità [4];

(i) "żona infettata" għandha tfisser iż-żona ta’ Stat Membru fejn, wara li jkun ikkonfermat każ jew aktar ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż fi ħnieżer salvaġġi, jiġu fis-seħħ miżuri għall-qerda tal-marda skond l-Artikoli 15 jew 16;

(j) "każ primarju ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż fi ħnieżer salvaġġi" għandha tfisser kull każ ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż li jkun identifikat fi ħnieżer salvaġġi f’żona fejn l-ebda miżuri ma jkunu fis-seħħ skond l-Artikoli 15 jew 16;

(k) "azjenda f’kuntatt" għandha tfisser azjenda fejn id-deni Afrikan tal-qżieqeż jista’ jkun ġie ntrodott bħala riżultat tal-post, moviment tan-nies, ħnieżer jew vetturi jew b’kull mod ieħor;

(l) "sid" tfisser kull persuna jew persuni, naturali jew ġuridiċi, li huma sidien tal-ħnieżer, jew li jieħdu ħsieb ta’ dawn l-annimali, kemm għal xi għan finanzjarju u wkoll jekk le;

(m) "awtorità kompetenti" għandha tfisser l-awtorità kompetenti skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(6) tad-Direttiva 90/425/KEE [5];

(n) "veterinarju uffiċjali" għandha tfisser il-veterinarju uffiċjali nominat mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru;

(o) "proċessar" għandha tfisser wieħed mit-trattamenti għal materjal b’riskju għoli preskritt fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 90/667/KEE [6], applikata b’mod li jkun evitat ir-riskju li jinxtered il-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż;

(p) "qtil" għandha tfisser il-qtil ta’ ħnieżer skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(6) tad- Direttiva 93/119/KEE [7];

(q) "qatla" għandha tfisser il-qatla ta’ ħnieżer skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(7) tad- Direttiva 93/119/KEE;

(r) "vettoru" għandha tfisser qurdiena ta’ l-ispeċi Ornithodorus erraticus.

L-Artikolu 3

Notifikazzjoni tad-deni Afrikan tal-qżieqeż

1. Stati Membri għandhom jiżguraw li l-preżenza jew is-suspett tal-preżenza tad-deni Afrikan tal-qżieqeż tkun b’mod obbligatorju u immedjatament notifikata lill-awtorità kompetenti.

2. Bla ħsara għal disposizzjonijiet eżistenti tal-Komunità dwar in-notifikazzjoni ta’ tfaqqiegħ ta’ mard ta’ l-annimali, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ikun konfermat id-deni Afrikan tal-qżieqeż għandu:

(a) jagħti notifika tal-marda u jgħaddi informazzjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra skond l-Anness I dwar:

- it-tfaqqiegħ ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż li jkun ikkonfermat f’azjendi,

- il-każijiet ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż li huma kkonfermati f’xi biċċerija jew f’mezzi ta’ trasport,

- il-każijiet primarji ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż li huma kkonfermati fi ħnieżer salvaġġi,

- ir-riżultati ta’ inkjesti epidemjoloġiċi magħmula skond l-Artikolu 8;

(b) jipprovdi nformazzjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-każi l-oħra li jkunu kkonfermati fi ħnieżer salvaġġi f’żona infettata mid-deni Afrikan tal-qżieqeż skond l-Artikolu 16(3)(a) u (4).

L-Artikolu 4

Miżuri f’każi fejn tkun suspettata l-preżenza tad-deni Afrikan tal-qżieqeż f’xi azjenda

1. Meta azjenda jkun fiha ħanżir jew aktar li jkunu suspettati li huma nfettati bil-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti tpoġġi fis-seħħ minnufih il-mezzi uffiċjali ta’ investigazzjoni sabiex tiżgura jew teskludi l-preżenza ta’ l-imsemmija marda skond il-proċeduri preskritti fil-manwal dijanjostiku.

Meta azjenda tkun spezzjonata minn veterinarju uffiċjali, għandu wkoll jiġi ċċekkjat ir-reġistru u l-marki ta’ identifkazzjoni tal-ħnieżer kif imsemmi fid-Direttiva 92/102/KEE tas-27 ta’ Novembru 1992 dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ annimali [8].

2. Meta l-awtorità kompetenti tikkunsidra li l-preżenza tad-deni Afrikan tal-qżieqeż f’azjenda ma tistax tkun eskluża, għandha mill-ewwel tpoġġi l-azjenda taħt sorveljanza uffiċjali u għandha b’mod partikolari tordna li:

(a) il-ħnieżer kollha fil-kategoriji diversi fl-azjenda għandhom jingħaddu u ssir lista tal-ħnieżer li jkunu diġà morda, mejta jew li x’aktarx ser ikunu nfettati f’kull kategorija; il-lista għandha tkun aġġornata biex jitqies it-twelid u l-mewt ta’ ħnieżer matul il-perjodu ta’ suspett; l-informazzjoni fuq il-lista għandha tkun preżentata meta din tiġi mitluba u tista’ tkun iċċekkjata matul kull spezzjoni;

(b) il-ħnieżer kollha fl-azjenda għandhom ikunu ristretti għall-ispazju li jgħixu fih jew f’xi spazju ieħor fejn ikunu jistgħu jiġu iżolati;

(ċ) l-ebda ħnieżer ma jistgħu jidħlu jew joħorġu mill-azjenda. L-awtorità kompetenti tista’, jekk ikun hemm bżonn, testendi l-projbizzjoni dwar il-ħruġ mill-azjenda sabiex tkopri speċi ta’ annimali oħra u titlob l-applikazzjoni ta’ miżuri approprjati biex ikunu meqruda annimali li jgerrmu jew insetti;

(d) l-ebda karkassi ta’ ħnieżer ma jistgħu jinħarġu mill-azjenda mingħajr awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti;

(e) l-ebda laħam, prodotti tal-ħnieżer, sperma, bajd jew embriji ta’ ħnieżer, għalf ta’ l-annimali, għodda, materjal jew ħmieġ li jista’ jgħaddi d-deni Afrikan tal-qżieqeż ma jista jħalli l-azjenda mingħajr awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti; laħam, prodotti tal-ħnieżer, sperma, bajd jew embriji m’għandhomx ikunu mċaqalqa mill-azjenda għal kummerċ fil-Komunità;

(f) il-moviment ta’ persuni minn u lejn l-azjenda għandu jkun suġġett għal awtorizzazzjoni bil-miktub mill-awtorità kompetenti;

(g) il-moviment ta’ vetturi minn u lejn l-azjenda għandu jkun suġġett għal awtorizzazzjoni bil-miktub mill-awtorità kompetenti;

(h) għandhom jintużaw mezzi approprjati ta’ diżinfettar fid-dħul u l-ħruġ tal-bini li fih ikun hemm il-ħnieżer u ta’ l-azjenda stess; kull persuna dieħla jew ħierġa minn fejn ikunu miżmuma l-ħnieżer għandha tikkonforma ruħha ma miżuri xierqa ta’ iġjene meħtieġa sabiex jitnaqqas ir-riskju li jinxtered il-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż. Barra minn hekk, il-mezzi kollha ta’ trasport għandhom ikunu diżinfettatti bir-reqqa qabel ma jitilqu mill-azjenda;

(i) inkjesta epidemjoloġika għandha ssir skond l-Artikolu 8.

3. Meta s-sitwazzjoni epidemjoloġika tkun tinħtieġ, l-awtorità kompetenti:

(a) tista’ tapplika l-miżuri msemmija fl-Artikolu 5(1) fl-azjenda msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu; madankollu, l-awtorità kompetenti tista’, fejn tqis li l-kondizzjonijiet ikunu jippermettu, tillimita l-applikazzjoni ta’ dawn il-miżuri biss għall-ħnieżer suspettati li huma nfettati jew kontaminati mill-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u għall-parti ta’ l-azjenda fejn kienu miżmuma, sakemm dawn il-ħnieżer ikunu ġew miżmuma u mgħalfa b’mod kompletament separat mill-ħnieżer l-oħra fl-azjenda. F’kull każ, numru suffiċjenti ta’ kampjuni għandu jittieħed mill-ħnieżer meta dawn ikunu maqtula biex il-preżenza tal-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż tkun tista’ tiġi konfermata jew eskluża, skond il-manwal dijanjostiku;

(b) tista’ toħloq żona temporanja ta’ kontroll madwar l-azjenda msemmija fil-paragrafu 2; xi wħud jew il-miżuri kollha msemmija f’paragrafi 1 jew 2 għandhom ikunu applikati fl-azjendi tal-ħnieżer f’din l-istess żona.

4. La darba jkunu adottati, il-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 m’għandhomx jitneħħew sa ma l-preżenza tad-deni Afrikan tal-qżieqeż tkun uffiċjalment eskluża.

L-Artikolu 5

Miżuri f’każijiet fejn il-preżenza tad-deni Afrikan tal-qżieqeż f’azjenda tkun konfermata

1. F’każijiet fejn il-preżenza tad-deni Afrikan tal-qżieqeż tkun uffiċjalment konfermata f’xi azjenda, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, minn barra l-miżuri msemmija fl-Artikolu 4(2), l-awtorità kompetenti tippreskrivi li:

(a) il-ħnieżer kolla fl-azjenda għandhom jinqatlu mingħajr dewmien taħt sorveljanza uffiċjali b’tali mod li jkun evitat ir-riskju li l-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż jinxtered waqt it-trasport jew waqt il-qtil;

(b) għandhom jittieħdu numru suffiċjenti ta’ kampjuni, skond il-manwal dijanjostiku, mill-ħnieżer meta dawn jinqatlu, biex il-mod ta’ introduzzjoni tal-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż fl-azjenda kif ukoll il-tul ta’ żmien li kien ilu jeżisti fl-azjenda qabel ma ġie identifikat ikunu stabbiliti;

(ċ) il-karkassi ta’ ħnieżer li mietu jew ġew maqtula għandhom ikunu proċessati taħt sorveljanza uffiċjali;

(d) laħam tal-ħnieżer maqtula bejn il-perjodu probabbli ta’ l-introduzzjoni tal-marda fl-azjenda u t-teħid tal-miżuri uffiċjali għandu jkun rintraċċat u pproċessat taħt sorveljanza uffiċjali

(e) sperma, bajd jew embriji ta’ ħnieżer miġbura mill-azjenda matul il-perjodu probabbli bejn l-introduzzjoni tal-marda fl-azjenda u t-teħid ta’ miżuri uffiċjali għandhom ikunu rintraċċati u meqruda taħt sorveljanza uffiċjali b’tali mod li jkun evitat ir-riskju li jinxtered il-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż;

(f) is-sustanzi u l-iskart kollu li jista’ jkun infettat, bħal oġġetti ta’ l-ikel, għandhom ikunu proċessati; il-materjal kollu għal użu waħdieni li jista’ jkun kontaminat u b’mod partikolari dak użat għall-operazzjonijiet ta’ qtil għandu jinqered; dawn l-azzjonijiet għandhom jitwettqu skond l-istruzzjonijiet tal-veterinarju uffiċjali;

(g) wara li l-ħnieżer ikunu ġew eliminati, il-bini fejn jinżammu l-ħnieżer, il-vetturi użati għat-trasport tagħhom u tal-karkassi u t-tagħmir, materjal għall-irqad, demel u skart likwidu li setgħu kienu kontaminati għandhom jitnaddfu, jekk ikun hemm bżonn diżinsettiċizzati, diżinfettati u trattati skond l-Artikolu 12;

(h) fil-każ ta’ tfaqqiegħ primarju tal-marda, l-iżolat tal-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż għandu jkun suġġett għall-proċedura tal-laboratorju preskritta fil-manwal dijanjostiku biex ikun identifikat it-tip ġenetiku;

(i) stħarriġ epidjemoloġiku għandu jsir skond l-Artikolu 8.

2. F’każijiet fejn tfaqqiegħ ikun ġie konfermat f’laboratorju, f’żoo, f’riserva naturali ta’ l-annimali jew f’żona magħluqa fejn il-ħnieżer jinżammu għal għanijiet xjentifiċi jew għanijiet li għandhom x’jaqsmu mal-konservazzjoni ta’ l-ispeċi jew il-konservazzjoni ta’ razez rari, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jiddeċiedi li jidderoga minn paragrafi 1(a) u 1(e), sakemm l-interessi bażiċi tal-Komunità ma jintlaqtux ħażin.

Deċiżjoni bħal din għandha tkun immedjatament notifikata lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha fil-każjiet kollha tirrevedi mill-ewwel is-sitwazzjoni ma’ l-Istat Membru kkonċernat u fil-Kumitat Permanenti Veterinarju ma’ l-ewwel opportunità. Jekk ikun hemm bżonn, għandhom ikunu adottati miżuri li jevitaw it-tixrid tal-marda skond l-Artikolu 24(2).

L-Artikolu 6

Miżuri f’każijiet meta l-preżenza tad-deni Afrikan tal-qżieqeż tkun konfermata f’azjendi li jikkonsistu f’diversi unitajiet ta’ produzzjoni

1. Fejn il-preżenza tad-deni Afrikan tal-qżieqeż tkun konfermata f’azjendi li jikkonsistu f’żewġ unitajiet separati jew aktar ta’ produzzjoni u biex it-tħaxxin tal-ħnieżer ikun jista’ jintemm, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li tidderoga mid-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5(1)(a) dwar unitajiet fejn hemm produzzjoni ta’ ħnieżer b’saħħithom f’azjenda li hi infettata basta l-veterinarju uffiċjali jikkonferma li l-istruttura, il-kobor u d-distanza bejn dawn l-unitajiet ta’ produzzjoni u l-operazzjonijiet magħmula fihom ikunu hekk li l-unitajiet ta’ produzzjoni jipprovdu faċilitajiet separati għal kollox ta’ fejn jinżammu, kif jinżammu u kif jintgħalfu, sabiex il-virus ma jkunx jista’ jinfirex minn unità ta’ produzzjoni għal oħra.

2. Jekk isir użu mid-deroga msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom ifasslu regoli dettaljati sabiex japplikawha fid-dawl ta’ garanziji dwar is-saħħa ta’ l-annimali li jkunu jistgħu jiġu żgurati.

3. Stati Membri li jagħmlu użu minn din id-deroga għandhom jinnotifikaw mill-ewwel lill-Kummissjoni dwar dan. Il-Kummissjoni għandha fil-każijiet kollha tirrevedi immedjatament is-sitwazzjoni ma’ l-Istat Membru konċernat u fil-Kumitat Permanenti Veterinarju ma’ l-ewwel opportunità. Jekk ikun hemm bżonn, miżuri biex ma jippermettux it-tixrid ta’ mard għandhom ikunu adottati skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 24(2).

L-Artikolu 7

Miżuri f’azjendi li ġew f’kuntatt

1. Azjendi jiġu meqjusa bħala azjendi li ġew f’kuntatt meta l-veterinarju uffiċjali jsib, jew jidhirlu fuq il-bażi ta’ stħarriġ epidemjoloġiku magħmul skond l-Artikolu 8, li d-deni Afrikan tal-qżieqeż setgħa kien introdott, jew minn azjenda oħra għall-azjenda imsemmija fl-Artikolu 4 jew 5, jew minn din l-azjenda ta’ l-aħħar għal azjendi oħra.

L-Artikolu 4 għandu jkun applikat f’dawn l-azjendi sa ma l-preżenza tad-deni Afrikan tal-qżieqeż tkun ġiet uffiċjalment eskluża.

2. L-awtorità kompetenti għandha tapplika l-miżuri msemmija fl-Artikolu 5(1) fl-azjendi li jkunu ġew f’kuntatt imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jekk is-sitwazzjoni epidemjoloġika hekk tkun titlob.

Numru suffiċjenti ta’ kampjuni għandhom jittieħdu mill-ħnieżer, skond il-manwal dijanjostiku, meta dawn jinqatlu sabiex il-preżenza tal-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż f’dawn l-azjendi tkun tista’ tiġi konfermata jew eskluża.

L-Artikolu 8

Stħarriġ epidemjoloġiku

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istħarriġ epidemjoloġiku li għandu x’jaqsam ma’ każijiet suspettati jew ma’ tfaqqiegħ ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż ikun magħmul fuq il-bażi ta’ kwestjonarji, preparati fil-qafas ta’ pjanijiet ta’ kontinġenza msemmija fl-Artikolu 21.

Inkjesta bħal din għandha tittratta mill-anqas:

(a) iż-żmien li matulu l-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż seta’ eżista fl-azjenda qabel ma l-marda kienet notifikata jew suspettata;

(b) l-oriġini possibbli tad-deni Afrikan tal-qżieqeż fl-azjenda u l-identifikazzjoni ta’ azjendi oħra fejn il-ħnieżer ikunu setgħu ġew infettati jew kontaminati mill-istess għajn;

(ċ) il-moviment ta’ nies, vetturi, ħnieżer, karkassi, sperma, laħam jew kull xorta ta’ materjal li seta’ ġarr il-virus minn u lejn l-azjendi in kwistjoni;

(d) il-possibiltà li vettori jew ħnieżer salvaġġi jikkawżaw tixrid tal-marda.

Jekk ir-riżultati ta’ dan l-istħarriġ jindikaw li d-deni Afrikan tal-qżieqeż setgħa nxtered minn jew lejn azjendi fi Stati Membri oħra, il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra kkonċernati għandhom ikunu nfurmati immedjatament.

L-Artikolu 9

Stabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza

1. Hekk kif id-dijanjożi tad-deni Afrikan tal-qżieqeż tkun uffiċjalment konfermata fi ħnieżer f’azjenda, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi żona ta’ protezzjoni b’raġġ ta’ mill-inqas tliet kilometri madwar is-sit tat-tfaqqiegħ, u dan stess għandu jkun inkluż f’żona ta’ sorveljanza b’raġġ ta’ mill-inqas 10 kilometri..

Il-miżuri msemmija fl-Artikoli 10 u 11 għandhom ikunu applikati fiż-żoni rispettivi.

2. Meta tkun qed tistabbilixxi żoni, l-awtorità kompetenti għandha tqis:

(a) ir-riżultati ta’ l-istħarriġ epidemjoloġiku mwettaq skond l-Artikolu 8;

(b) is-sitwazzjoni ġeografika, partikolarment fruntieri naturali jew artifiċjali;

(ċ) il-post u l-prossimità ta’ l-azjendi;

(d) modi ta’ mġiba ta’ movimenti u kummerċ fil-ħnieżer u d-disponibilità ta’ biċċeriji u faċilitajiet għall-ipproċessar ta’ karkassi;

(e) il-faċilitajiet u persunal disponibbli sabiex ikun ikkontrollat kull moviment fiż-żoni, b’mod partikolari jekk il-ħnieżer li għandhom jinqatlu jridu jitneħħew mill-azjenda ta’ oriġini tagħhom.

3. Jekk żona tkun tinkludi partijiet minn territorji ta’ diversi Stati Membri, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkollaboraw biex jistabbilixxu ż-żona.

4. L-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri kollha neċessarji, inkluż l-użu ta’ sinjali prominenti u sinjali ta’ twissijiet u l-użu tar-riżorsi tal-media, bħall-istampa u t-televiżjoni, biex tiżgura li l-persuni kollha fiż-żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza jkunu konxji tar-restrizzjonijiet fis-seħħ skond l-Artikoli 10 u 11, u għandha tieħu dawk il-miżuri li tqis xierqa sabiex tiżgura l-infurzar adegwat ta’ dawn il-miżuri.

L-Artikolu 10

Miżuri fiż-żoni stabbiliti ta’ protezzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri li ġejjin ikunu applikati fiż-żona ta’ protezzjoni:

(a) għandu jsir ċensiment ta’ l-azjendi kollha kemm jista’ jkun malajr; wara l-istabbiliment taż-żona ta’ protezzjoni dawn l-azjendi għandhom jiġu invistati minn veterinarju uffiċjali fi żmien sebat ijiem sabiex isir eżami kliniku tal-ħnieżer u sabiex ikunu ċċekkjati r-reġistru u l-marki ta’ identifikazzjoni tal-ħnieżer imsemmija fl-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 92/102/KEE;

(b) iċ-ċaqliq u trasport ta’ ħnieżer fuq toroq pubbliċi jew privati, barra meta jkun neċessarju t-toroq għas-servizz ta’ l-azjendi, għandu jkun projbit sakemm ma jkunx approvat mill-awtorità kompetenti. Din il-projbizzjoni m’għandhiex għalfejn tkun applikata għat-trasport ta’ ħnieżer fit-triq jew bil-ferrovija bla ma jsir ħatt jew waqfien, jew għal ħnieżer għall-qatla li jkunu ġejjin min barra ż-żona protetta u fi triqithom lejn biċċerija li tkun tinsab fl-istess żona għal qtil immedjat;

(ċ) trakkijiet u vetturi u tagħmir ieħor li jintużaw biex iġorru l-ħnieżer jew annimali oħra jew materjal li jista’ jkun kontaminat (bħal karkassi, għalf, demel, skart likwidu u materjal ieħor għandhom ikunu mnaddfa, diżinfettati, jekk ikun hemm bżonn diżinsettiċizzati u trattati kemm jista’ jkun malajr wara l-kontaminazzjoni, skond l-Artikolu 12. L-ebda trakk jew vettura li jkunu ntużaw għall-ġarr tal-ħnieżer ma jistgħu jħallu ż-żona mingħajr ma jkunu mnaddfa u diżinfettati;

(d) l-ebda annimal domestiku ieħor ma jista’ jħalli jew joħrog minn azjenda mingħajr l-awtorizzazzjoni ta’ l-awtortità kompetenti;

(e) il-ħnieżer kollha mejta jew morda f’azjenda għandhom ikunu immmedjatament notifikati lill-awtorità kompetenti, li minn-naħa tagħha trid tagħmel l-investigazzjonijiet approprjati skond il-proċeduri preskritti fil-manwal dijanjostiku;

(f) il-ħnieżer ma jistgħux jitneħħew mill-azjenda fejn ikunu miżmuma għal minn ta’ l-anqas 30 jum wara t-tmiem tat-tindif u diżinfettazzjoni preliminari, u jekk ikun hemm bżonn, diżinsettiċizzazzjoni ta’ l-azjendi infettati. Wara 30 jum, bla ħsara għall-kondizzjonijiet preskritti fil-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza t-tneħħija tal-ħnieżer mill-azjenda msemmija biex ikunu trasportati direttament lejn:

- biċċerija nominata mill-awtorità kompetenti, preferibbilment fiż-żona protetta jew sorveljata, għall-għan ta’ qtil immedjat,

- impjant ta’ proċessar jew post adattat fejn il-ħnieżer ikunu maqtula mill-ewwel u l-karkassi tagħhom ikunu proċessati taħt sorveljanza uffiċjali,

- f’ċirkostanzi eċċezzjonali, stabbilimenti oħra li jinsabu fiż-żona protetta jew sorveljata. Stati Membri li jkunu qed jagħmlu użu minn din id-disposizzjoni għandhom jinformaw immedjatament b’dan lill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti Veterinarju;

(g) sperma, bajd jew embriji ta’ ħnieżer m’għandhomx iħallu l-azjendi li jkunu jinsabu fiż-żona taħt sorveljanza;

(h) kull persuna li tidħol jew toħroġ minn azjendi tal-ħniezer għandha tħares miżuri xierqa ta’ iġjene sabiex jitnaqqas ir-riskju li l-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż jinxtered.

2. Meta l-projbizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jinżammu fis-seħħ għal aktar minn 40 jum minħabba aktar każi ta’ tfaqqiegħ tal-marda, u minħabba f’hekk jinħolqu problemi dwar il-ġid ta’ l-annimali u problemi oħra relatati maż-żamma tal-ħnieżer, bla ħsara għall-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti tista’, wara applikazzjoni raġunata mis-sid, tawtorizza t-tneħħija tal-ħnieżer minn azjenda f’żona protetta, biex jinġarru dritt lejn:

(a) biċċerija nominata mill-awtorità kompetenti, preferibbilment fiż-żona protetta jew sorveljata, għall-għan ta’ qtil immedjat,

(b) impjant ta’ proċessar jew post addattat fejn il-ħnieżer jinqatlu mill-ewwel u l-karkassi tagħhom ikunu proċessati taħt sorveljanza uffiċjali,

(ċ) f’ċirkostanzi eċċezzjonali, lejn stabbilimenti oħra fiż-żona protetta jew taħt sorveljanza. Stati Membri li jagħmlu użu minn din id-disposizzjoni għandhom jinformaw immedjatament b’dan lill-Kummissjoni fil-Kumitat Veterinarju Permanenti.

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza t-tneħħija tal-ħnieżer mill-azjenda kkonċernata, bil-kondizzjoni li:

(a) veterinarju uffiċjali jkun wettaq eżami kliniku tal-ħnieżer fl-azjenda b’mod speċjali ta’ dawk li jridu jkunu mċaqalqa, inkluż it-teħid tat-temperatura tal-ġisem skond il-proċeduri preskritti fil-manwal dijanjostiku u ċċekkjar tar-reġistru u tal-marki ta’ identifikazzjoni tal-ħnieżer imsemmija fl-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 92/102/KEE;

(b) il-kontrolli u l-eżamijiet imsemmija f’punt (a) ma wrew ebda evidenza ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż u konformità mad-Direttiva 92/102/KEE;

(ċ) il-ħnieżer ikunu trasportati f’vetturi siġillati mill-awtorità kompetenti;

(d) il-vettura u t-tagħmir li jkunu ġew involuti fit-trasport tal-ħnieżer jiġu mnaddfa u diżinfettati immedjatament wara t-trasport skond id-disposizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 12;

(e) jekk il-ħnieżer se jinqatlu f’biċċerija jew mod ieħor, numru suffiċjenti ta’ kampjuni jittieħdu mill-ħnieżer skond il-manwal dijanjostiku biex il-preżenza tal-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż f’dawn l-azjendi tkun tista’ tiġi konfermata jew eskluża;

(f) jekk il-ħnieżer għandhom jittieħdu lejn biċċerija:

- l-awtorità kompetenti responsabbli mill-biċċerija tkun ġiet infurmata bl-intenzjoni li jintbgħatu l-ħnieżer u tinnotifika lill-awtorità tat-trasport kompetenti dwar il-wasla tagħhom,

- hekk kif jaslu l-biċċerija, dawn il-ħnieżer jinżammu u jinqatlu separatament minn ħnieżer oħra,

- matul l-ispezzjoni ante u post mortem magħmula fil-biċċerija nominata, l-awtorità kompetenti tieħu f’konsiderazzjoni kull sinjal tal-preżenza tad-deni Afrikan tal-qżieqeż,

- il-laħam frisk ta’ dawn il-ħnieżer ikun ipproċessat jew immarkat bil-marka speċjali msemmija fl-Artikolu 5a tad-Direttiva tal-Kunsill 72/461/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar problemi ta’ saħħa li jaffetwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fil-laħam frisk [9], u li hu proċessat separatament skond ir-regoli ta’ l-Artikolu 4(1)(a)(i) tad-Direttiva tal-Kunsill 80/215/KEE tat-22 ta’ Jannar 1980 dwar problemi ta’ saħħa ta’ l-annimali li jolqtu l-kummerċ intra-Komunitarju fil-prodotti tal-laħam [10]. Dan irid issir fi stabbiliment nominat mill-awtorità kompetenti. Il-laħam irid jintbgħat lill-istabbiliment imsemmi bil-kondizzjoni li l-kunsinna tkun siġillata qabel it-tluq u tibqa siġillata matul it-trasport kollu.

4. Il-miżuri fiż-żona protetta għandhom jibqgħu jkunu applikati minn ta’ l-anqas sa ma:

(a) ikun sar it-tindif, diżinfettar u, jekk ikun hemm bżonn, id-diżinsettiċizzazzjoni fl-azjendi infettati;

(b) il-ħnieżer fl-azjendi kollha jkunu għaddew minn eżamijiet kliniċi u ta’ laboratorji magħmula skond il-manwal dijanjostiku sabiex tkun identifikata l-preżenza possibbli tal-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż.

L-eżamijiet imsemmija f’punt (b) m’għandhomx isiru qabel ma jkunu għaddew 45 ġurnata mit-tmiem tat-tindif, diżinfettar u jekk ikun hemm bżonn diżinsettiċizzazzjoni preleminari fl-azjendi infettati.

5. Madankollu, b’deroga mill-paragrafi 1(f), u mill-paragrafi 2 u 4, il-perjodi ta’ 40 u 45 jum stipulati hemm jistgħu jitnaqqsu għal 30 jum jekk, skond il-manwal dijanjostiku, l-Istati Membri jkunu applikaw programm intensiv ta’ teħid ta’ kampjuni u eżamijiet li jagħmluha possibbli li tkun kategorikament eskluża l-preżenza ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż fl-azjenda in kwistjoni.

L-Artikolu 11

Miżuri fiż-żona ta’ sorveljanza stabbilita

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri li ġejjin ikunu applikati fiż-żona ta’ sorveljanza:

(a) għandu jsir ċensiment ta’ l-azjendi kollha tal-ħnieżer;

(b) iċ-ċaqlieq u trasport ta’ ħnieżer fuq toroq pubbliċi u privati, barra meta jkun neċessarju t-toroq ta’ servizz għall-azjendi, għandu jkun projbit sakemm ma jkunx approvat mill-awtorità kompetenti. Din il-projbizzjoni m’għandhiex għalfejn tkun applikata għat-trasport ta’ ħnieżer bit-triq jew bil-ferrovija, mingħajr ħatt jew waqfien, jew għal ħnieżer għall-qatla li jkunu ġejjin minn barra ż-żona ta’ sorveljanza u fi triqithom lejn biċċerija li tkun tinsab fl-istess żona għal qtil immedjat;

(ċ) trakkijiet u vetturi u tagħmir ieħor, li jintużaw biex iġorru l-ħnieżer jew annimali oħra jew materjal li jistgħu jkunu kontaminati (bħal karkassi, għalf, demel, skart likwidu u affarijiet bħal dawn) għandhom ikunu mnaddfa, diżinfettati, u jekk ikun hemm bżonn diżinsettiċizzati u trattati kemm jista’ jkun malajr wara l-kontaminazzjoni, skond l-Artikolu 12. L-ebda trakk jew vettura li jkunu ntużaw għall-ġarr tal-ħnieżer ma jistgħu jħallu ż-żona mingħajr ma jkunu mnaddfa u diżinfettati;

(d) l-ebda annimal domestiku ieħor ma jista’ jħalli jew joħrog minn azjenda matul l-ewwel sebat ijiem wara l-istabbiliment taż-żona mingħajr l-awtorizzazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti;

(e) il-ħnieżer kollha mejta jew morda f’azjenda għandhom ikunu immedjatament notifikati lill-awtorità kompententi, li minn-naħa tagħha trid tibda l-investigazzjonijiet skond il-proċeduri preskritti fil-manwal dijanjostiku;

(f) ħnieżer ma jistgħux jitneħħew mill-azjenda fejn ikunu miżmuma qabel ta’ l-inqas 30 jum mit-tmiem tat-tindif u diżinfettazzjoni preliminari, u jekk ikun hemm bżonn, diżinsettiċizzazzjoni ta’ l-azjendi infettati. Wara 30 jum, bla ħsara għall-kondizzjonijiet ta’ l-Artikoli10(3), l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza t-tneħħija tal-ħnieżer mill-azjenda msemmija sabiex ikunu trasportati direttament lejn:

- biċċerija nominata mill-awtorità kompetenti, preferibbilment fiż-żona protetta jew sorveljata, għall-għan ta’ qtil immedjat,

- impjant ta’ proċessar jew post adattat fejn il-ħnieżer ikunu maqtula mill-ewwel u l-karkassi tagħhom ikunu proċessati taħt sorveljanza uffiċjali,

- f’ċirkostanzi eċċezzjonali, stabbilimenti oħra li jkunu fiż-żona protetta jew sorveljata. Stati Membri li jagħmlu użu minn din id-disposizzjoni għandhom jinfurmaw immedjatament b’dan lill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti Veterinarju;

Madankollu, jekk il-ħnieżer iridu jittieħdu lejn biċċerija, fuq talba ta’ Stat Membru, akkumpanjata minn ġustifikazzjoni approprjata, u skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2), derogi mill-Artikolu 10(3)(e) u (f), ir-raba’ inċiż, dan jista’ jkun awtorizzat, b’mod partikolari dwar l-immarkar tal-laħam ta’ dawn il-ħnieżer u l-użu sussegwenti tiegħu, u d-destinazzjoni tal-prodotti trattati;

(g) sperma, bajd jew embriji ta’ ħnieżer m’għandhomx iħallu l-azjendi li jkunu jinsabu fiż-żona sorveljata;

(h) kull persuna li tidħol jew toħroġ minn azjendi tal-ħnieżer għandha tħares miżuri xierqa ta’ iġjene biex jitnaqqas ir-riskju li l-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż jinxtered.

2. Meta l-projbizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jinżammu fis-seħħ għal aktar minn 40 jum minħabba aktar tfaqqiegħ tal-marda, u minħabba f’hekk jinħolqu problemi dwar is-saħħa ta’ l-annimali u problemi oħra relatati maż-żamma tal-ħnieżer, bla ħsara għall-kondizzjonijiet fl-Artikolu 10(3), l-awtorità kompetenti tista’, wara applikazzjoni raġunata mis-sid, tawtorizza t-tneħħija tal-ħnieżer minn azjenda fiż-żona protetta jew sorveljata, biex ikunu direttament trasportati lejn:

(a) biċċerija nominata mill-awtorità kompetenti, preferibbilment fiż-żona protetta jew sorveljata għall-għan ta’ qtil immedjat,

(b) impjant ta’ proċessar jew post adattat fejn il-ħnieżer ikunu maqtula mill-ewwel u l-karkassi tagħhom ikunu proċessati taħt superviżjoni uffiċjali, jew

(ċ) f’ċirkostanzi eċċezzjonali, stabbilimenti oħra fiż-żona protetta. Stati Membri li jagħmlu użu minn din id-disposizzjoni għandhom jinfurmaw immedjatament b’dan lill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti Veterinarju.

3. Il-miżuri fiż-żona ta’ sorveljanza għandhom jibqgħu japplikaw minn ta’ l-anqas sa ma:

(a) it-tindif, diżinfettar u, jekk ikun hemm bżonn, diżinsettiċizzazzjoni fl-azjendi infettati jkunu twettqu;

(b) il-ħnieżer fl-azjendi kollha jkunu għaddew minn eżamijiet kliniċi u, fejn ikun hemm bżonn, ta’ laboratorji kif preskritt fil-manwal dijanjostiku biex tkun identifikata l-preżenza eventwali tal-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż.

L-eżamijiet imsemmija f’punt (b) m’għandhomx jitwettqu qabel ma jkunu għaddew 40 jum mit-tmiem ta’ miżuri ta’ tindif, diżinfettar u, jekk ikun hemm bżonn disinsettiċizzazzjoni, fl-azjendi infettati jkunu tlestew.

4. Madankollu, b’deroga mill-paragrafu 1(f), u mill-paragrafi 2 u 3, il-perjodi ta’ 30 jum stipulati fil-paragrafu 1(f) u l-perjodi ta’ 40 jum stipulati f’paragrafi 2 u 3 jistgħu jitnaqqsu rispettivament għal 21, 30 u 20 jum jekk, skond il-manwal dijanjostiku, l-Istati Membri jkunu wettqu programm ta’ teħid ta’ kampjuni u ta’ eżamijiet intensivi li jagħmluha possibbli li tkun eskluża l-preżenza tad-deni Afrikan tal-qżieqeż fl-azjenda in kwistjoni.

L-Artikolu 12

Tindif, diżinfettar u trattament b’insettiċidi

Stati Membri jridu jiżguraw li:

(a) id-diżinfettanti u l-insettiċidi użati u l-konċentrazzjonijiet tagħhom ikunu uffiċjalment approvati mill-awtorità kompetenti;

(b) it-tindif, diżinfettazzjoni u, jekk ikun hemm bżonn, l-operazzjonijiet insettiċidi jitwettqu taħt sorveljanza uffiċjali skond:

- l-istruzzjonijiet mogħtija mill-veterinarju uffiċjali; u

- il-prinċipji u proċeduri preskritti fl-Anness II.

L-Artikolu 13

Ripopolazzjoni ta’ azjendi tal-ħnieżer wara tfaqqiegħ ta’ mard

1. I-introduzzjoni mill-ġdid tal-ħnieżer fl-azjendi msemmija fl-Artikolu 5 m’għandhiex isseħħ qabel minn ta’ l-anqas 40 jum wara t-tmiem tat-tindif, diżinfettar u, jekk ikun hemm bżonn, l-operazzjoni ta’ diżinsettiċizzazzjoni fl-azjenda in kwistjoni skond il-paragrafi 2 sa 5 ta’ dan l-Artikolu.

2. Fl-introduzzjoni mill-ġdid ta’ ħnieżer għandu jitqies it-tip ta’ trobbija prattikata fl-azjenda kkonċernata, u din għandha tħares waħda mill-proċeduri preskritti f’paragrafi 3 u 4.

3. Fil-każ ta’ azjendi fejn l-okkorrenza tal-marda ma tkunx ġiet relatata ma’ vettori, il-proċedura li ġejja għandha tiġi applikata:

(a) fejn għandhom x’jaqsmu azjendi fil-beraħ, l-introduzzjoni mill-ġdid tal-ħnieżer għandha tibda bl-introduzzjoni ta’ ħnieżer sentinella li jkunu ġew iċċekkjati u misjuba negattivi għall-preżenza ta’ anti-korpi kontra l-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż jew li ġejjin minn azjendi li ma kienux suġġetti għal restrizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mad-deni Afrikan tal-qżieqeż. Il-ħnieżer sentinella għandhom jitpoġġew, skond il-ħtiġijiet ta’ l-awtorità kompetenti, madwar l-azjenda infettata kollha u għandhom jittieħdu kampjuni minnhom 45 ġurnata wara, u għandhom ikunu ttestjati għall-preżenza ta’ anti-korpi, skond il-manwal dijanjostiku. L-ebda ħanżir ma jista’ jħalli l-azjenda qabel ma jkun hemm ir-riżultati negattivi tat-testijiet seroloġiċi; jekk l-ebda wieħed mill-ħnieżer ma jiżviluppa anti-korpi kontra l-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż, imbagħad tkun tista’ sseħħ mill-ġdid ripopolazzjoni sħiħa;

(b) dwar forom oħra ta’ trobbija, l-introduzzjoni mill-ġdid ta’ ħnieżer għandha sseħħ skond il-miżuri previsti f’punt (a) jew għandha tkun bażata fuq ripopolazzjoni totali, sakemm:

- il-ħnieżer kollha jaslu f’perjodu ta’ 20 jum u jiġu minn azjendi li ma kienu suġġetti għal ebda restrizzjoni relatata mad-deni Afrikan tal-qżieqeż,

- ħnieżer fil-merħla ripopolata għandhom ikunu suġġetti għal eżami seroloġiku skond il-manwal dijanjostiku. It-teħid ta’ kampjuni għall-eżami għandu jsir l-aktar kmieni 45 jum wara l-wasla ta’ l-aħħar ħnieżer,

- l-ebda ħanżir ma jista’ jħalli l-azjenda qabel ma r-riżultati negattivi ta’ l-eżami seroloġiku jkunu disponibbli.

4. Fil-każ ta’ azjendi fejn l-okkorrenza tal-marda tkun ġiet relatata ma’ vettori, ir-ripopolazzjoni m’għandhiex isseħħ għal minn ta’ l-anqas sitt snin, ħlief:

(a) jekk operazzjonijiet speċifiċi sabiex ikunu eliminati l-vettori mill-istabbilimenti u postijiet fejn il-ħnieżer għandhom jinżammu jew fejn jistgħu jiġu f’kuntatt mal-vettori, ma jkunux twettqu b’suċċess taħt sorveljanza uffiċjali, jew

(b) kien possibbli li jintwera li l-persistenza tal-vettoru ma għadhiex aktar tirrappreżenta riskju sinifikanti li jkun trasmess id-deni Afrikan tal-qżieqeż.

Minn hemm ‘il quddiem, il-miżuri preskritti fil-paragrafu 3(a) għandhom japplikaw.

Flimkien ma dawn il-miżuri, madankollu, l-ebda ħanżir ma jista’ jħalli l-azjenda in kwistjoni wara r-ripopolazzjoni sħiħa qabel ma jkunu saru aktar eżamjiet seroloġiċi għad-deni Afrikan tal-qżieqeż b’riżultati negattivi fuq kampjuni miġbura mill-ħnieżer fl-azjenda l-aktar kmieni 60 jum wara r-ripopolazzjoni sħiħa, skond il-manwal dijanjostiku.

5. Fejn l-okkorrenza tal-marda ma tkunx ġiet marbuta ma’ vettori, u jekk ikunu għaddew aktar minn 6 xhur mit-tmiem tat-tindif u diżinfettar ta’ l-azjenda, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza deroga mill-paragrafu 3, wara li tqis is-sitwazzjoni epidemjoloġika.

6. L-introduzzjoni mill-ġdid ta’ annimali domestiċi ta’ speċi differenti mill-ħnieżer fl-azjendi deskritti fl-Artikolu 5 għandha tkun suġġetta għal awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti, li għandha tqis ir-riskju ta’ tixrid ta’ l-infezzjoni jew tal-persistenza tal-vettori preżentat minn dik l-introduzzjoni mill-ġdid.

L-Artikolu 14

Miżuri f’każijiet fejn ikun suspettat jew konfermat id-deni Afrikan tal-qżieqeż f’biċċerija jew f’mezz ta’ trasport

1. Fejn ikun hemm suspett ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż f’biċċerija jew f’mezz ta’ trasport, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti tqiegħed mill-ewwel fis-seħħ il-mezzi uffiċjali ta’ investigazzjoni sabiex tikkonferma jew teskludi il-preżenza tal-marda skond il-proċeduri preskritti fil-manwal dijanjostiku.

2. Jekk xi każ ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż ikun misjub f’biċċerija jew f’mezz ta’ trasport, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li:

(a) l-annimali kollha suxxettibbli fil-biċċerija jew fil-mezz ta’ trasport jinqatlu mingħajr dewmien;

(b) il-karkassi, l-intern u l-iskart ta’ annimali nfettati jew potenzjalment infettati jkunu proċessati taħt sorveljanza uffiċjali;

(ċ) tindif, diżinfettar u, jekk ikun hemm bżonn, diżinsettiċizzazzjoni ta’ bini u tagħmir, inkluż vetturi, isiru taħt is-sorveljanza tal-veterinarju uffiċjali skond l-Artikolu 12;

(d) issir inkjesta epidemjoloġika skond l-Artikolu 8 mutatis mutandis;

(e) l-iżolat tal-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż huwa suġġett għall-proċedura ta’ laboratorju preskritta fil-manwal dijanjostiku, biex ikun identifikat it-tip ġenetiku tal-virus;

(f) il-miżuri msemmija fl-Artikolu 7 huma applikati fl-azjenda meta l-ħnieżer infettati jew il-karkassi jkunu ġew minn azjendi oħra li kienu f’kuntatt. Jekk ma jkunx indikat mod ieħor mill-inkjesta epidemjoloġika, il-miżuri preskritti fl-Artikolu 50 għandhom ikunu applikati fl-azjenda ta’ oriġini tal-ħnieżer jew tal-karkassi infettati;

(g) l-ebda annimali m’għandhom jerġgħu jiddaħħlu għal qtil jew trasport għal minn ta’ l-anqas 24 siegħa wara t-tmiem tat-tindif, diżinfettar u, jekk ikun hemm bżonn, id-diżinsettiċizzazzjoni mwettqa skond l-Artikolu 12.

L-Artikolu 15

Miżuri fejn id-deni Afrikan tal-qżieqeż ikun suspettat jew konfermat fi ħnieżer salvaġġi

1. Immedjatament wara li l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru jkollha informazzjoni li l-ħnieżer salvaġġi jkunu suspettati li huma nfettati, għandha tieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex tikkonferma jew teskludi l-preżenza tal-marda, billi tagħti informazzjoni lis-sidien tal-ħnieżer u lill-kaċċaturi, u b’investigazzjonijiet dwar il-ħnieżer salvaġġi kollha maqtula jew misjuba mejta, inkluż testijiet fil-laboratorju.

2. Hekk kif ikun hemm konferma ta’ każ primarju ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż fi ħnieżer salvaġġi, sabiex titnaqqas il-firxa tal-marda, l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għandha mill-ewwel:

(a) twaqqaf grupp ta’ esperti inklużi veterinarji, kaċċaturi, bijoloġisti tal-ħajja salvaġġa u epidemjoloġisti. Il-grupp ta’ esperti għandu jgħin lill-awtorità kompetenti billi:

- jistudja s-sitwazzjoni epidemjoloġika u jiddefinixxi żona infettata skond l-Artikolu 16(3)(b),

- iwaqqaf miżuri xierqa li għandhom ikunu applikati fiż-żona infettata flimkien ma dawk imsemmija f’punti (b) u (c); dawn il-miżuri jistgħu jinkludu s-sospensjoni tal-kaċċa u l-projbizzjoni ta’ għalf lill-ħnieżer salvaġġi,

- jipprepara pjan ta’ eradikazzjoni li għandu jkun sottomess lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 16,

- jagħmel kontrolli sabiex jivverifika l-effettività tal-miżuri adottati sabiex jinqered id-deni Afrikan tal-qżieqeż miż-żona infettata;

(b) iqiegħed taħt sorveljanza uffiċjali azjendi tal-ħnieżer fiż-żona identifikata bħala infettata, u għandu b’mod partikolari jordna li:

- isir ċensiment uffiċjali ta’ kull kategorija ta’ ħnieżer fl-azjenda; iċ-ċensiment għandu jinżamm aġġornat mis-sid. L-informazzjoni fiċ-ċensiment għandha tingħata meta tintalab u għandha tkun iċċekkjata f’kull spezzjoni. Madankollu, rigward azjendi fil-beraħ tal-ħnieżer, l-ewwel ċensiment li jsir jista’ jseħħ fuq bażi ta’ stima,

- il-ħnieżer kollha fl-azjenda għandhom jinżammu fil-kwartieri tagħhom jew f xi post fejn jistgħu jkunu iżolati mill-ħnieżer salvaġġi. Il-ħnieżer salvaġġi ma jistax ikollhom aċċess għal kull materjal li jista’ sussegwentement jiġi f’kuntatt ma’ ħnieżer fl-azjenda,

- l-ebda ħanżir ma jista’ jitħalla jidħol jew joħroġ minn azjenda, ħlief meta dan ikun awtorizzat mill-awtorità kompetenti b’konsiderazzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika,

- mezzi xierqa ta’ diżinfettar u jekk ikun hemm bżonn ta’ diżinsettiċizzazzjoni għandhom jintużaw fid-dħul u l-ħruġ tal-bini fejn kienu miżmuma l-ħnieżer u ta’ l-azjenda stess,

- għandhom jittieħdu miżuri xierqa ta’ iġjene mill-persuni kollha li jiġu f’kuntatt mal-ħnieżer salvaġġi, sabiex jitnaqqas ir-riskju li jinxtered il-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż,

- il-ħnieżer kollha mejta jew morda b’sintomi tad-deni Afrikan tal-qżieqeż f’azjenda għandhom ikunu eżaminati għall-preżenza tad-deni Afrikan tal-qżieqeż,

- l-ebda parti ta’ xi ħanżir salvaġġ, kemm jekk għax inqatel bi sparatura kif ukoll jekk instab mejjet, u l-ebda materjal jew tagħmir li jista’ jkun kontaminat bil-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż, ma’ jista’ jiddaħħal f’azjenda tal-ħnieżer,

- ħnieżer, sperma, embriji jew il-bajd tagħhom m’għandhomx jiġu mħarrka miż-żona nfettata għal kummerċ intra-Komunitarju;

(ċ) isir arranġament biex il-ħnieżer salvaġġi li jkunu sparawlhom jew li nstabu mejta fiż-żona definita bħala nfettata jkunu spezzjonati minn veterinarju uffiċjali u eżaminati għad-deni Afrikan tal-qżieqeż skond il-manwal dijanjostiku. Karkassi ta’ l-annimali kollha misjuba pożittivi għandhom ikunu proċessati taħt sorveljanza uffiċjali. Meta testijiet bħal dawn jirriżultaw fin-negattiv fejn jidħol id-deni Afrikan tal-qżieqeż, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-miżuri preskritti fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/45/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1992 dwar problemi tas-saħħa pubblika u tas-saħħa ta’ l-annimali li għandhom x’jaqsmu mal-qtil ta’ annimali salvaġġi u t-tqegħid fis-suq ta’ laħam ta’ annimali salvaġġi [11]. Partijiet mhux maħsuba għal konsum tal-bniedem għandhom ikunu proċessati taħt sorveljanza uffiċjali;

(d) tiżgura li l-iżolat tal-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż ikun suġġett għall-proċedura tal-laboratorju indikata fil-manwal dijanjostiku, sabiex ikun identifikat it-tip ġenetiku tal-virus.

3. Jekk jitfaċċa każ ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż fi ħnieżer salvaġġi f’żona ta’ Stat Membru qrib it-territorju ta’ Stat Membru ieħor, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkollaboraw biex jiġu stabbiliti miżuri għall-kontroll tal-marda.

L-Artikolu 16

Pjanijiet għall-qerda tad-deni Afrikan tal-qżieqeż mill-popolazzjoni tal-ħnieżer salvaġġi

1. Bla ħsara għall-miżuri preskritti fl-Artikolu 15, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni fi żmien 90 jum mill-konferma ta’ każ primarju ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż fi ħnieżer salvaġġi pjan bil-miktub dwar il-miżuri meħuda biex tinqered il-marda fiż-żona definita bħala nfettata, u tal-miżuri applikati fl-azjendi f’dik iż-żona.

Il-Kummissjoni għandha teżamina l-pjan sabiex ikun determinat jekk dan jippermettix li jintlaħaq il-għan mixtieq. Il-pjan, jekk ikun hemm bżonn b’xi emendi, għandu jkun approvat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2).

Il-pjan jista’ sussegwement ikun emendat jew supplimentat sabiex jittieħed kont ta’ l-iżviluppi fis-sitwazzjoni.

Jekk dawn l-emendi jikkonċernaw id-definizzjoni mill-ġdid taż-żona infettata, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra jkunu infurmati b’dawn l-emendi mingħajr dewmien.

Jekk l-emendi jikkonċernaw disposizzjonijet oħra tal-pjan, l-Istati Membri għandhom jissottomettu l-pjan emendat lill-Kummissjoni għall-eżami u għall-approvazzjoni eventwali skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2).

2. Wara li l-miżuri previsti fil-pjan imsemmi fil-paragrafu 1 ikunu ġew approvati, dawn għandhom jissostitwixxu l-miżuri inizjali preskritti fl-Artikolu 15, f’data li għandha tkun deċiża meta tkun mogħtija l-approvazzjoni.

3. Il-pjan imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun fih informazzjoni dwar:

(a) ir-riżultati ta’ l-investigazzjonijiet epidemjoloġiċi li twettqu u d-distribuzzjoni ġeografika tal-marda;

(b) id-definizzjoni taż-żona nfettata fit-territorju ta’ l-Istat Membru kkonċernat. Meta tkun qed tiġi definita ż-żona nfettata, l-awtorità kompetenti għandha tqis:

- ir-riżultati ta’ l-investigazzjonijiet epidemjoloġiċi li twettqu u d-distribuzzjoni ġeografika tal-marda,

- il-popolazzjoni ta’ ħnieżer salvaġġi fiż-żona,

- il-preżenza ta’ ostakoli kbar naturali jew artifiċjali għall-moviment tal-ħnieżer salvaġġi,

(ċ) l-organizzazzjoni ta’ kooperazzjoni mill-qrib bejn bijoloġisti, kaċċaturi, organizzazzjonijiet tal-kaċċa, is-servizzi tal-ħajja salvaġġa u l-awtoritajiet veterinarji (saħħa ta’ l-annimali u saħħa pubblika);

(d) il-kampanja ta’ informazzjoni li għandha tkun infurzata sabiex iżżid l-interess tal-kaċċaturi fil-miżuri li għandhom jadottaw fil-qafas ta’ pjan ta’ eradikazzjoni;

(e) sforzi speċifiċi magħmula sabiex tkun determinata l-firxa ta’ l-infezzjoni fil-popolazzjoni tal-ħnieżer salvaġġi, b’investigazzjoni ta’ ħnieżer salvaġġi maqtula mill-kaċċaturi jew misjuba mejta, u bit-testijiet fil-laboratorju, inklużi investigazzjonijiet epidemjoloġiċi mqassma skond l-età;

(f) il-ħtiġijiet li jridu jitħarsu mill-kaċċaturi biex tkun evitata l-firxa tal-marda;

(g) il-metodu għat-tneħħija ta’ ħnieżer salvaġġi misjuba mejta jew maqtula b’xi tir, għandu jkun ibbażat fuq:

- proċessar taħt sorveljanza uffiċjali, jew

- spezzjoni minn veterinarju uffiċjali u testijiet ta’ laboratorju kif previst fil-manwal dijanjostiku. Karkassi ta’ l-annimali kollha misjuba pożittivi għandhom ikunu proċessati taħt sorveljanza uffiċjali. Meta dawn it-testijiet jirriżultaw fin-negattiv fejn għandu x’jaqsam id-deni Afrikan tal-qżieqeż, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-miżuri preskritti fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 92/45/KEE. Partijiet mhux maħsuba għall-konsum tal-bniedem għandhom ikun proċessati taħt sorveljanza uffiċjali;

(h) l-inkjesta epidemjoloġika li ssir fuq kull ħanżir salvaġġ, kemm jekk maqtul b’tir jew misjub mejjet. Din l-inkjesta trid tinkludi l-kompletar ta’ kwestjonarju li jagħti informazzjoni dwar:

- iż-żona ġeografika fejn l-annimal instab mejjet jew maqtul bi sparatura,

- id-data li fiha l-annimal instab mejjet jew maqtul bi sparatura,

- il-persuna li sabet l-annimal mejjet jew maqtul bi sparatura,

- l-età u s-sess tal-ħanżir,

- jekk instab maqtul bi sparatura: is-sintomi ta’ qabel kien maqtul,

- jekk instab mejjet: l-istat tal-karkassa,

- sejbiet tal-laboratorju;

(i) programmi ta’ sorveljanza u miżuri ta’ prevenzjoni applikabbli għall-azjendi li jinsabu fiż-żona definita bħala nfettata, u, jekk ikun hemm bżonn, fl-inħawi ta’ madwar, inkluż it-trasport u l-moviment ta’ annimali miż-żona u lejn iż-żona; dawn il-miżuri għandhom mill-anqas ikunu jinkludu projbizzjoni fuq il-moviment tal-ħnieżer, l-isperma, embriji jew il-bajd tagħhom miż-żona infettata għall-kummerċ intra-Komunitarju u jistgħu jinkludu projbizzjoni temporanja fuq il-produzzjoni tal-ħnieżer u fuq l-istabbiliment ta’ azjendi ġodda;

(j) kriterji oħra li għandhom ikunu applikati biex jitneħħew il-miżuri meħuda;

(k) l-awtorità responsabbli għas-sorveljanza u l-koordinazzjoni tad-dipartimenti responsabbli għall-implimentazzjoni tal-pjan;

(l) is-sistema ta’ nformazzjoni stabbilita biex il-grupp ta’ esperti maħtur skond l-Artikolu 15(2)(a) ikun jista’ jirrevedi r-riżultati tal-pjan ta’ eradikazzjoni fuq bażi regolari;

(m) il-miżuri għall-monitoraġġ tal-marda li għandhom ikunu nfurzati l-aktar kmieni 12-il xahar wara d-dijanjożi ta’ l-aħħar każ ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż fi ħnieżer salvaġġi fiż-żona definita bħala nfettata; dawn il-miżuri ta’ monitoraġġ għandhom jibqgħu fis-seħħ għal minn ta’ l-anqas 12-il xahar oħra u għandhom minn ta’ l-anqas jinkludu d-disposizzjonijiet diġà nfurzati skond il-punti (e), (g) u (h).

4. Rapport dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fiż-żona definita u r-riżultati tal-pjan ta’ eradikazzjoni għandhom jintbgħatu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fil-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 23 kull sitt xhur.

Regoli aktar dettaljati li għandhom x’jaqsmu ma’ l-informazzjoni li trid tiġi provduta mill-Istati Membri fuq din il-kwistjoni, jistgħu jiġu adottati skond il-proċeduri li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 23(2).

L-Artikolu 17

Miżuri biex ikun evitat it-tixrid tal-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż permezz ta’ vettori

1. Jekk il-preżenza ta’ vettori tkun possibbli jew suspettata f’azjenda fejn id-deni Afrikan tal-qżieqeż ikun ġie konfermat, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li:

(a) il-bini nfettat u l-madwar tiegħu jkunu ċċekkjati għall-preżenza ta’ vettori, permezz ta’ spezzjoni fiżika u, jekk ikun hemm bżonn, bil-qbid ta’ kampjuni skond l-Anness III;

(b) meta l-preżenza ta’ vettori tkun konfermata:

- eżamijiet f’laboratorji xierqa għandhom isiru sabiex tkun konfermata jew miċħuda l-preżenza tal-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż fil-vettori,

- aktar monitoraġġ xieraq, iċċekkjar u miżuri ta’ kontroll ikunu stabbiliti fl-azjenda u fiż-żona ta’ madwar l-azjenda;

(ċ) fejn tkun konfermata l-preżenza ta’ vettori iżda l-kontroll tagħhom mhux prattiku, ħnieżer u jekk ikun hemm bżonn annimali domestiċi oħra m’għandhomx jinżammu fl-azjenda għal sitt snin mill-inqas.

2. Informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ paragrafu 1 għandha tingħata mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fil-qafas tal-Kumitat Permanenti Veterinarju.

3. Aktar miżuri dwar monitoraġġ u kontroll ta’ vettori u għall-prevenzjoni tad-deni Afrikan tal-qżieqeż jistgħu jkunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2).

L-Artikolu 18

Proċeduri dijanjostiċi u rekwiżiti ta’ bio-sigurtà

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a) proċeduri dijanjostiċi, teħid ta’ kampjuni u testjar ta’ laboratorju biex tkun skoperta xi preżenza tad-deni Afrikan tal-qżieqeż isiru skond il-manwal dijanjostiku;

(b) xi laboratorju nazzjonali jkun responsabbli għall-koordinazzjoni ta’ standards u metodi ta’ dijanjożi f’kull Stat Membru skond l-Anness IV.

2. Il-laboratorji nazzjonali msemmija fl-Anness IV għandhom jikkooperaw mal-laboratorju Komunitarju referenzjali kif indikat fl-Anness V. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar spejjeż fil-qasam veterinarju [12], u b’mod partikolari l-Artikolu 28 tiegħu, is-setgħat u d-dmirijiet tal-laboratorju għandhom ikunu dawk deskritti f’dak l-Anness.

3. Sabiex ikunu żgurati proċeduri uniformi biex issir dijanjożi tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u dijanjożi differenzjali approprjata għad-deni klassiku tal-qżieqeż, fi żmien sitt xhur mid-data ta’ meta din id-Direttiva tidħol fis-seħħ u skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23(2), manwal ta’ dijanjożi tad-deni Afrikan tal-qżieqeż għandu jkun adottat sabiex ikunu stabbiliti minn ta’ l-anqas:

(a) standards minimi ta’ kwalità li għandhom ikunu osservati minn laboratorji dijanjostiċi għad-deni Afrikan tal-qżieqeż u għat-trasport tal-kampjuni;

(b) kriterji u proċeduri li għandhom ikunu segwiti meta jsiru eżamijiet kliniċi jew post mortem sabiex tkun ikkonfermata jew eskluża l-preżenza tad-deni Afrikan tal-qżieqeż;

(ċ) il-kriterji u l-proċeduri li għandhom ikunu segwiti fil-ġbir ta’ kampjuni minn ħnieżer ħajjin jew il-karkassi tagħhom, sabiex ikun konfermat jew eskluż id-deni Afrikan tal-qżieqeż b’eżamijiet ta’ laboratorji, inkluż it-teħid ta’ kampjuni għal testijiet seroloġiċi u viroloġiċi mwettqa fil-qafas ta’ l-applikazzjoni tal-miżuri previsti f’din id-Direttiva;

(d) eżamijiet ta’ laboratorji li għandhom jintużaw fid-dijanjożi tad-deni Afrikan tal-qżieqeż, inklużi kriterji għall-valutazzjoni tar-riżultati ta’ testijiet ta’ laboratorji;

(e) tekniki ta’ laboratorju dwar tipi ġenetiċi ta’ l-iżolat tal-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż.

4. Sabiex ikunu garantiti kondizzjonijiet xierqa ta’ bio-sigurtà għall-protezzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali, il-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż, il-ġenoma, l-antiġeni u l-vaċċini tiegħu għal riċerka, dijanjożi jew manifattura għandhom ikunu manipulati jew użati biss f’postijiet, stabbilimenti jew laboratorji approvati mill-awtorità kompetenti.

Il-lista ta’ postijiet, stabbilimenti jew laboratorji approvati għandha tingħata lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2004 u għandha tibqa’ tinżamm aġġornata minn hemm ‘il quddiem

5. L-Annessi IV u V u l-manwal dijanjostiku jistgħu jkunu supplimentati jew emendati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23(2).

L-Artikolu 19

Użu, manifattura u bejgħ ta’ vaċċini kontra d-deni Afrikan tal-qżieqeż

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a) l-użu ta’ vaċċini kontra d-deni Afrikan tal-qżieqeż ikun projbit;

(b) il-manipulazzjoni, manifattura, ħażna, forniment, distribuzzjoni jew bejgħ ta’ vaċċini għad-deni Afrikan tal-qżieqeż fit-territorju tal-Komunità jitwettqu taħt kontroll uffiċjali.

Madankollu, sabiex jitqiesu l-iżviluppi f’riċerka xjentifika u teknika dwar il-produzzjoni ta’ dan il-vaċċin, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill rapport akkumpanjat, jekk ikun hemm bżonn, minn proposti xierqa sabiex tkun aġġornata din id-Direttiva.

L-Artikolu 20

Kontrolli Komunitarji

Esperti mill-Kummissjoni jistgħu jagħmlu spezzjonijiet fil-post f’kooperazzjoni ma l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri, sa fejn dan ikun neċessarju biex tkun żgurata l-implimentazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva. L-Istat Membru li fih isiru l-kontrolli għandu jipprovdi lill-esperti bl-assistenza kollha neċessarja sabiex iwettqu d-dmirijiet tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità kompetenti bir-riżultat tal-kontrolli li jkunu saru.

Ir-regoli ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu u b’mod partikolari dawk li jirregolaw il-proċedura ta’ kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet nazzjonali għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23(2).

L-Artikolu 21

Pjanijiet ta’ kontinġenza

1. Kull Stat Membru għandu jlesti pjan ta’ kontinġenza li jispeċifika l-miżuri nazzjonali li għandhom ikunu implimentati fil-każ ta’ tfaqqiegħ tad-deni Afrikan tal-qżieqeż, li jieħdu f’konsiderazzjoni l-fatturi lokali, bħal, b’mod partikolari, id-densità ta’ ħnieżer, li tista’ tinfluwenza l-firxa tad-deni Afrikan tal-qżieqeż.

Dan il-pjan għandu jħalli aċċess għal faċilitajiet, tagħmir, persunal u kull materjal ieħor neċessarju għall-qerda ta’ malajr u effiċjenti tal-marda.

2. Il-kriterji u r-rekwiżiti li għandhom ikunu applikati għat-tħejjija tal-pjan ta’ kontinġenza għandhom ikunu dawk preskritti fl-Anness VI.

Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23(2), dawk il-kriterji u rekwiżiti jistgħu jkunu emendati jew supplimentati biex titqies in-natura speċifika tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u l-progress li jkun sar fl-iżvilupp ta’ miżuri biex ikun ikkontrollat it-tixrid tal-marda.

3. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-pjanijiet sabiex ikun determinat jekk jippermettux li l-għan mixtieq ikun milħuq u għandha tissuġġerixxi lill-Istat Membru ikkonċernat kull emendi neċessarji, b’mod partikolari biex tiżgura li huma kompatibbli ma’ dawk ta’ Stati Membri oħra.

Il-pjanijiet, jekk ikun hemm bżonn emendati, għandhom ikunu approvati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23(2).

Il-pjanijiet jistgħu sussegwentement ikunu emendati jew supplimentati, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23(2), biex jitqiesu l-iżviluppi dwar is-sitwazzjoni. Jiġri x’jiġri, kull ħames snin kull Stat Membru jrid jaġġorna l-pjan u jibgħatu lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23(2).

L-Artikolu 22

Ċentri għall-kontroll tal-mard u gruppi ta’esperti

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċentru nazzjonali li jiffunzjona kif għandu jkun għall-kontroll tal-mard ikun jista’ jinħoloq fil-każ ta’ xi tfaqqiegħ tad-deni Afrikan tal-qżieqeż.

2. Iċ-ċentru nazzjonali għall-kontroll tal-mard għandu jidderiġi u jimmonitorja l-operazzjonijiet taċ-ċentri lokali għall-kontroll tal-mard imsemmija fil-paragrafu 3. Għandu jkun responsabbli,fost affarijiet oħra, għal dan li ġej:

(a) jiddefinixxi l-miżuri ta’ kontroll neċessarji;

(b) jiżgura l-implimentazzjoni immedjata u effiċjenti tal-miżuri msemmija hawn fuq miċ-ċentri lokali għall-kontroll tal-mard;

(ċ) jalloka ħaddiema u riżorsi oħra lil ċentri lokali għall-kontroll tal-mard;

(d) jipprovdi informazzjoni lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra, lill-organizzazzjonijiet veterinarji nazzjonali l-oħra, lill-awtoritajiet nazzjonali u lill-korpi agrikoli u kummerċjali;

(e) jikkoopera mal-laboratorji dijanjostiċi;

(f) jikkoopera mal-gazzetti u media oħra;

(g) jikkoopera ma’ l-awtoritajiet tal-pulizija biex jiżgura li jittieħdu miżuri legali speċifiċi.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċentri lokali li jiffunzjonaw kif imiss għall-kontroll tal-mard ikunu jistgħu jinħolqu minnufih fil-każ ta’ xi tfaqqiegħ tad-deni Afrikan tal-qżieqeż.

4. Xi funzjonijiet taċ-ċentru nazzjonali għall-kontroll tal-mard jistgħu, madankollu, ikunu delegati liċ-ċentri lokali għall-kontroll tal-mard li joperaw f’livell amministrattiv kif previst fl-Artikolu 2(2)(p) tad-Direttiva 64/432/KEE [13] jew f’kull livell ieħor, sakemm il-miri taċ-ċentru nazzjonali għall-kontroll tal-mard ma jkunux b’dan kompromessi.

5. L-Istati Membri għandhom joħolqu gruppi permanenti ta’ operazzjoni ta’ esperti biex tinżamm l-esperjenza neċessarja biex jassistu lill-awtorità kompetenti sabiex tiżgura preparazzjoni xierqa kontra l-marda.

Fil-każ ta’ xi tfaqqiegħ il-grupp ta’ esperti għandu jassisti lill-awtorità kompetenti mill-inqas f’dawn:

(a) l-inkjesta epidemjoloġika;

(b) it-teħid ta’ kampjuni, l-ittestjar u l-interpretazzjoni ta’ riżultati ta’ testijiet tal-laboratorji;

(ċ) il-ħolqien ta’ miżuri għall-kontroll tal-marda.

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċentri nazzjonali u lokali għall-kontroll tal-mard u l-grupp ta’ esperti jkollhom biżżejjed persunal, faċilitajiet u tagħmir inklużi sistemi ta’ komunikazzjoni kif meħtieġ, kif ukoll katina ċara u effettiva ta’ kmand biex tiżgura l-implimentazzjoni fil-pront ta’ miżuri ta’ kontroll għall-mard kif preskritt f’din id-Direttiva.

Dettalji dwar il-persunal, faċilitajiet, tagħmir, katina ta’ kmand u tat-tmexxija ta’ ċentri nazzjonali u lokali għall-kontroll tal-mard u tal-grupp ta’ esperti għandhom jitniżżlu fil-pjan ta’ kontinġenza msemmi fl-Artikolu 21.

7. Aktar kriterji u rekwiżiti dwar il-funzjoni u d-dmirijiet taċ-ċentru nazzjonali għall-kontroll tal-mard, taċ-ċentri lokali għall-kontroll tal-mard u tal-gruppi ta’ esperti jistgħu jitnizzlu skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 23(2).

L-Artikolu 23

Proċedura regolatorja normali

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw.

Il-perjodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

L-Artikolu 24

Proċedura regolatorja aċċellerata

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw.

Il-perjodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ 15-il jum.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

L-Artikolu 25

Emenda għall-Anness I tad-Direttiva 92/119/KEE

Fl-Anness I tad-Direttiva 92/119/KE il-kliem "marda Teschen" għandhom ikunu mibdula bil-kliem "Deni Afrikan tal-qżieqeż".

L-Artikolu 26

L-implimentazzjoni tal-miżuri

1. L-Annessi I sa VI ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu emendati skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 23(2).

2. Kull regola dettaljata neċessarja għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandha tkun adottata skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 23(2) jew meta s-sitwazzjoni epidemjoloġika tkun titlob dan, skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 24(2).

L-Artikolu 27

Disposizzjonijiet transizzjonali

Sa ma tkun applikata din id-Direttiva, disposizzjonijiet transizzjonali dwar il-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż jistgħu jkunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23(2).

L-Artikolu 28

Trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sat-30 ta’ Ġunju 2003. Għandhom jinformaw b’dan lill-Kummissjoni minnufih.

Għandhom japplikaw dawk id-disposizzjonijiet mill-1 ta’ Lulju 2003.

Meta Stati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun hemm fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex issir referenza għandhom ikunu preskritti mill-Istati Membri.

L-Artikolu 29

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 30

Dawk indirizzati

Din id-Direttiva hi ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fis-27 ta’ Ġunju 2002.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Arias Cañete

[1] ĠU L 62,tal- 15.3.1993, p. 69. Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-1994.

[2] ĠU L 316, ta’ l-1.12.2001, p. 5.

[3] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[4] ĠU L 378, tal-31.12.1982, p. 58. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/556/KE (ĠU L 235, tad-19.9.2000, p. 27).

[5] Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar kontrolli veterinarji u żootekniċi li japplikaw għal kummerċ intra-Komunitarju f’ċerti annimali ħajjin u fi prodotti bl-għan tal-kompletament tas-suq intern (ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29). Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/118/KEE (ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49).

[6] Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 1990 li tippreskrivi r-regoli veterinarji għar-rimi u proċessar ta’ skart ta’ l-annimali, għat-tqegħid tiegħu fis-suq u għal prevenzjoni ta’ patoġeni fl-għalf li joriġina minn annimali jew ħut u li temenda d-Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 363, tas-27.12.1990, p. 51). Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1994.

[7] Direttiva tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 1993 dwar il-protezzjoni ta’ l-annimali fil-ħin tal-qatla jew ta’ meta jinqatlu (ĠU L 340, tal-31.12.1993, p. 21).

[8] ĠU L 355, tal-5.12.1992, p. 32. Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1994.

[9] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 24 (S.E. SER. I (1972) p. 3). Direttiva kif emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1994.

[10] ĠU L 47, tal-21.2.1980, p. 4. Direttiva kif emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1994.

[11] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 35. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 97/79/KE (ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 31).

[12] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2001/572/KE (ĠU L 203, tat-28.7.2001, p. 16).

[13] Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar problemi ta’ saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta’ annimali bovini u ħnieżer (ĠU 121, tad- 29.7.1964, p. 1977) (S.E. SER.I (1963-1964) p. 164). Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 535/2002 (ĠU L 80, tat-23.3.2002, p. 22).

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Notifikazzjoni ta’ mard u aktar informazzjoni epidemjoloġika li għandha tkun ipprovduta mill-Istat Membru fejn id-deni Afrikan tal-qżieqeż ikun ġie konfermat

1. Fi żmien 24 siegħa mill-konferma ta’ kull tfaqqiegħ primarju, każ primarju fi ħnieżer salvaġġi jew xi każ f’biċċerija jew f’mezz ta’ trasport, l-Istat Membru ikkonċernat għandu jinnotifika permezz ta’ Sistema ta’ Notifikazzjoni ta’ Mard f’Annimali stabbilita skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 82/894/KEE:

(a) id-data ta’ dispaċċ;

(b) il-ħin ta’ dispaċċ;

(ċ) l-isem ta’ l-Istat Membru;

(d) l-isem tal-marda;

(e) in-numru tat-tfaqqiegħ jew tal-każ;

(f) id-data meta d-deni Afrikan tal-qżieqeż kien suspettat;

(g) id-data tal-konferma;

(h) il-metodi użati għall-konferma;

(i) jekk il-marda tkunx ġiet ikkonfermata fi ħnieżer salvaġġi jew fi ħnieżer f’azjenda, f’biċċerija jew f’mezz ta’ trasport;

(j) is-sit ġeografiku fejn it-tfaqqiegħ jew il-każ tad-deni Afrikan tal-qżieqeż ikun ġie ikkonfermat;

(k) il-miżuri meħuda dwar il-kontroll tal-marda.

2. Fil-każ ta’ tfaqqiegħ primarju jew każijiet f’biċċeriji jew mezzi ta’ trasport, l-Istat Membru kkonċernat irid jippreżenta l-informazzjoni li ġejja flimkien mad-data msemmijin f’punt 1:

(a) in-numru ta’ ħnieżer suxxettibbli fit-tfaqqiegħ, fil-biċċerija jew fil-mezz ta’ trasport;

(b) in-numru ta’ ħnieżer mejta ta’ kull kategorija fl-azjenda, biċċerija jew mezz ta’ trasport;

(ċ) għal kull kategorija, l-morbożità tal-marda u n-numru ta’ ħnieżer fejn id-deni Afrikan tal-qżieqeż ġie konfermat;

(d) in-numru ta’ ħnieżer maqtula fit-tfaqqiegħ, jew fil-biċċerija jew fil-mezz ta’ trasport;

(e) in-numru ta’ karkassi pproċessati;

(f) fil-każ ta’ tfaqqiegħ, id-distanza mill-eqreb azjenda tal-ħnieżer;

(g) jekk id-deni Afrikan tal-qżieqeż ikun ikkonfermat f’biċċerija jew mezz ta’ trasport, il-post ta’ l-azjenda jew l-azjendi ta’ oriġini tal-ħnieżer infettati jew tal-karkassi.

3. Fil-każ ta’ tfaqqiegħ sekondarju, l-informazzjoni msemmija f’punti 1 u 2 iridu jingħataw fil-limiti tal-ħin preskritti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 82/894/KEE.

4. L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li l-informazzjoni li għandha tingħata skond il-punti 1, 2 u 3, relatata ma’ kull tfaqqiegħ jew każ ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż f’azjenda, biċċerija jew mezz ta’ trasport tkun segwita kemm jista’ jkun malajr b’rapport bil-miktub lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra u tkun tinkludi minn ta’ l-anqas:

(a) id-data li fiha l-ħnieżer fl-azjenda, biċċerija jew mezz ta’ trasport ġew maqtula u l-karkassi tagħhom proċessati;

(b) ir-riżultati tat-testijiet magħmula fuq kampjuni meħuda meta l-ħnieżer inqatlu;

(ċ) fejn id-deroga prevista fl-Artikolu 6(1) ġiet applikata, in-numru ta’ ħnieżer maqtula u proċessati, u n-numru ta’ ħnieżer li għandhom ikunu maqtula f’data aktar tard flimkien mal-limitu tal-ħin preskritt għall-qtil tagħhom;

(d) kull informazzjoni li għandha x’taqsam ma’ l-oriġini possibbli tal-marda jew, jekk ikun aċċertat, l-oriġini attwali tagħha;

(e) informazzjoni dwar is-sistema ta’ kontroll stabbilita biex tiżgura li l-miżuri preskritti fl-Artikoli 10 u 11 għall-kontroll ta’ ċaqlieq ta’ l-annimali jkunu effettivament implimentati;

(f) fil-każ ta’ tfaqqiegħ primarju jew f’każ ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż f’biċċerija jew mezz ta’ trasport, it-tip ġenetiku tal-virus responsabbli għat-tfaqqiegħ jew għall-każ;

(g) meta ħnieżer ikunu nqatlu f’azjendi li kienu f’kuntatt jew f’azjendi li fihom ħnieżer suspettati li huma nfettati mill-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż, informazzjoni dwar:

- id-data tal-qtil u n-numru ta’ ħnieżer ta’ kull kategorija maqtula f’kull azjenda,

- ir-relazzjoni epidemjoloġoka bejn it-tfaqqiegħ jew il-każ tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u kull azjenda li tkun ġiet f’kuntatt jew ir-raġunijiet l-oħra li ħolqu s-suspett li d-deni Afrikan tal-qżieqeż huwa preżenti f’kull azjenda suspettata,

- ir-riżultati tat-testijiet tal-laboratorju magħmula fuq il-kampjuni meħuda mill-ħnieżer fl-azjendi u meta dawn il-ħnieżer inqatlu,

fejn ħnieżer f’azjendi li ġew f’kuntatt ma nqatlux, għandha tingħata informazzjoni dwar ir-raġunijiet għal din id-deċiżjoni.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Prinċipji u proċeduri għat-tindif, diżinfettar u trattament b’insettiċidi

1. Prinċipji ġenerali u proċeduri:

(a) l-operazzjonijiet ta’ tindif u diżinfettar u, fejn ikun hemm bżonn, il-miżuri biex jinqerdu annimali li jgerrmu u insetti bl-użu ta’ prodotti uffiċjalment awtorizzati jrid isir taħt sorveljanza uffiċjali u skond l-istruzzjonijiet mogħtija mill-veterinarju uffiċjali;

(b) id-diżinfettanti li għandhom jintużaw u l-konċentrazzjonijiet tagħhom għandhom ikunu uffiċjalment approvati mill-awtorità kompetenti biex tkun żgurata l-qerda tal-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż;

(ċ) l-effikaċja tad-diżinfettanti għandha tkun regolarment iċċekkjata qabel l-użu, minħabba li l-effikaċja ta’ xi diżinfettanti tonqos meta jinħażnu fit-tul;

(d) l-għażla ta’ diżinfettanti, insettiċidi u ta’ proċeduri ta’ diżinfettar u diżinsettiċizzazzjoni għandha ssir waqt li titqies in-natura ta’ l-istabbilimenti, vetturi u oġġetti li għandhom ikunu trattati;

(e) il-kondizzjonijiet dwar l-aġenti ta’ kontra l-grass, diżinfettanti u insettiċidi jridu jiżguraw li l-effikaċja tagħhom ma tkunx imdgħajfa. B’mod partikolari parametri tekniċi indikati mill-produttur, bħal pressjoni, temperatura minima u żmien meħtieġ ta’ kuntatt iridu jkunu osservati;

(f) irrispettivament mid-diżinfettant użat, ir-regoli ġenerali li ġejjin għandhom japplikaw:

- tixrib sew ta’ fejn isir l-irqad u ta’ l-iskart kif ukoll ta’ ħmieġ ta’ l-imsaren bid-diżinfettant,

- ħasil u tindif sew bi xkupilji u għorik ta’ l-art, rampi, u ħitan, jekk ikun possibbli wara li t-tagħmir jew stallazzjonijiet ikunu tneħħew jew ġew żarmati sabiex ma tonqosx l-effettività tal-proċeduri ta’ tindif u diżinfettar,

- imbagħad, l-applikazzjoni ta’ aktar diżinfettant għal perjodu minimu ta’ kuntatt kif stipulat fir-rakkomandazzjonijiet tal-produttur,

- l-ilma wżat għal xogħolijiet ta’ tindif irid jintrema b’mod li jkun evitat kull riskju li l-virus jinxtered, skond l-istruzzjonijiet tal-veterinarju uffiċjali;

(g) fejn isir ħasil b’likwidi bi pressjoni, il-kontaminazzjoni mill-ġdid tal-partijiet li jkunu diġà ġew imnaddfa trid tkun evitata;

(h) il-ħasil, diżinfettar jew il-qerda ta’ tagħmir, stallazzjonijiet, oġġetti jew kompartimenti li jistgħu jkunu kontaminati għandhom ikunu nklużi;

(i) wara l-proċedura ta’ diżinfettar, il-kontaminazzjoni mill-ġdid trid tkun evitata;

(j) it-tindif, diżinfettar u diżinsettiċizzazzjoni, meħtieġa fil-qafas ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu dokumentati fl-azjenda jew fir-reġistru tal-vettura u fejn tkun tinħtieġ l-approvazzjoni uffiċjali, dan għandu jkun iċċertifikat mill-veterinarju uffiċjali li jkun jissorvelja.

2. Disposizzjonijiet speċjali dwar it-tindif u d-diżinfettar ta’ azjendi infettati:

(a) tindif u diżinfettar preliminari:

- matul il-qtil ta’ l-annimali, il-miżuri kollha neċessarji jridu jittieħdu sabiex ikun evitat jew minimizzat it-tixrid tal-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż. Dawn il-miżuri jinkludu, fost l-oħrajn, l-istallazzjoni ta’ tagħmir temporanju ta’ diżinfettar, provvista ta’ ħwejjeġ protettivi, doċoċ, dekontaminazzjoni ta’ tagħmir, strumenti u faċilitajiet użati u l-interruzzjoni tal-provvista ta’ l-enerġija għall-ventilazzjoni,

- karkassi ta’ annimali maqtula jridu jitbexxu bid-diżinfettant,

- jekk il-karkassi jkunu jridu jitneħħew mill-azjenda għall-ipproċessar, għandhom jintużaw kontenituri mgħottija u li ma jnixxux,

- hekk kif il-karkassi tal-ħnieżer jitneħħew għall-ipproċessar, dawk il-partijiet ta’ l-azjenda fejn l-annimali kienu jinżammu u kull parti oħra ta’ xi bini ieħor, btieħi, eċċ., kontaminati matul il-qtil, jew matul l-eżami post-mortem iridu jitbexxu b’diżinfettanti approvati skond l-Artikolu 12,

- kull tessut jew demm imxerred matul il-qtil jew post-mortem jew kontaminazzjoni qawwija ta’ bini, btieħi, għodda eċċ. iridu jinġabru b’attenzjoni u jkunu proċessati mal-karkassi,

- id-diżinfettant irid jibqa’ fil-wiċċ mill-inqas għal 24 siegħa;

(b) tindif u diżinfettar finali:

- demel u materjal għall-irqad użati jridu jitneħħew u jkunu trattati kif previst f’punt 3(a),

- grass u ħmieġ iridu jitneħħew mill-uċuħ kollha bl-applikazzjoni ta’ aġent li jiżgrassa u l-uċuħ iridu jinħaslu bl-ilma,

- wara l-ħasil b’ilma kiesaħ, għandu jsir aktar bexx b’diżinfettant,

- wara sebat ijiem l-istabbiliment irid ikun trattat b’aġent li jiżgrassa, imlaħlaħ bl-ilma, jitbexxex b’diżinfettant u mlaħlaħ mill-ġdid bl-ilma.

3. Diżinfettar ta’ materjal ta’ l-irqad, demel u skart likwidu kontaminati:

(a) demel u materjal ta’ l-irqad użati jridu jitpoġġew f’munzelli għas-sħana, jitbexxu b’diżinfettant u mħollija minn ta’ l-anqas 42 jum jew jinqerdu permezz ta’ ħruq jew jindifnu;

(b) skart likwidu għandu jinħażen għal mill-inqas 60 jum wara l-aħħar żieda ta’ materjal infettiv, sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jawtorizzawx perjodu iqsar ta’ ħażna għal skart likwidu li jkun ġie effettivament trattat skond l-istruzzjonijiet mogħtija mill-veterinarju uffiċjali biex tkun żgurata l-qerda tal-virus.

4. Madankollu, b’deroga mill-punti 1 u 2, fil-każ ta’ azjendi fil-beraħ l-awtorità kompetenti tista’ tistabbilixxi proċeduri speċifiċi għat-tindif u diżinfettar, wara li tqis it-tip ta’ azjenda u l-kondizzjonijiet klimatiċi.

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

Linji ta’gwida għal ġbir lura ta’ vettori

1. It-tfittxija għal vettori trid issir fil-kwartieri fejn il-ħnieżer jgħixu u jorqdu u fiż-żona ta’ madwarhom.

Vettori ġeneralment jinstabu f’bini qadim, fid-dell fejn il-kondizzjonijiet tat-temperatura u ta’ l-umdità huma favorevoli.

L-aħjar riżultati jinkisbu jekk it-tfittxija ssir lejn tmiem ir-rebbiegħa, matul is-sajf u kmieni fil-ħarifa, perjodi meta l-vettori l-aktar li jkunu attivi.

2. Għandhom jintużaw żewġ metodi:

(a) tfittxija għal vettori fil-ħamrija, ramel jew trab miġbur minn spazji bejn il-ġebel (fil-każ ta’ żoni mibnija bil-ġebel) jew mix-xquq fil-ħitan taħt il-madum jew mill-art ta’ l-istabbilimenti permezz ta’ xkupilja jew xi għodda oħra adattata. Trab ta’ l-art u ramel għandhom ikunu mgħarbula kif meħtieġ. Lenti tista’ tkun utli fit-tiftix ta’ larvi żgħar;

(b) tfittxija għal vettori permezz ta’ nases CO2. In-nases iridu jitħallew għal diversi siegħat fl-istalel tal-ħnieżer l-aħjar matul il-lejl u f’postijiet dellija li ma jarawx dawl. In-nases iridu jkunu mibnija b’mod li l-vettori jinġibdu qrib biżżejjed ta’ l-għajn ta’ CO2 li mbagħad ikun impossibbli għalihom li jerġgħu lura lejn l-abitat tagħhom.

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

Laboratorji nazzjonali tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u r-responsabbiltajiet tagħhom

1. Il-laboratorji nazzjonali tad-deni Afrikan tal-qżieqeż huma dawn li ġejjin:

Belġju

Centre d’étude et de recherche vétérinaires et agrochimiques, 1180 Bruxelles

Danimarka

Danmarks Veterinære Institut - Afdeling for Virologi, Lindholm, 4771 Kalvehave

Ġermanja

Bundesforschungsanstalt für Viruskrankheiten der Tiere, Tübingen, 17498 Riems

Greċja

Veterinary Institute of Infectious and Parasitic Diseases, 15310 Ag. Paraskevi

Spanja

Centro de Investigación en Sanidad Animal, 28130 Valdeolmos (Madrid)

Franza

AFSSA-Ploufragan, Zoopole des Côtes d’Armor, 22440 Ploufragan

Irlanda

Veterinary Research Laboratory, Abbotstown, Castleknock, Dublin 15

Italja

Istituto Zooprofilattico Sperimentale dell’Umbria e delle Marche, 06100 Perugia

Lussemburgu

Laboratoire de médecine vétérinaire de l’État, 1020 Luxembourg

Olanda

Central Institute for animal disease control (CIDC-Lelystad), P.O. Box 2004, 8203 AA Lelystad

Awstrija

Bundessanstalt für veterinärmedizinische Untersuchungen in Mödling, Robert Koch-Gasse 17, 2340 Mödling

Portugall

Laboratório Nacional de Investigação Veterinária, 1500 Lisboa

Finlandja

Eläinlääkintä- ja elintarviketutkimuslaitos, 00231 Helsinki

Forskningsanstalten för veterinärmedicin och livsmedel, 00231 Helsingfors

Żvezja

Statens Veterinärmedicinska Anstalt, 75189 Uppsala

Renju Unit

Institute for Animal Health, Pirbright, Woking, Surrey GU24 ONF

2. Il-laboratorji nazzjonali tad-deni Afrikan tal-qżieqeż huma responsabbli biex jiżguraw li f’kull Stat Membru l-ittestjar ta’ laboratorji biex tkun skoperta l-preżenza tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u l-identifikazzjoni tat-tip ġenetiku ta’ l-iżolati tal-virus isiru skond il-manwal dijanjostiku. Għal dan il-għan, huma jistgħu jagħmlu arranġamenti speċjali mal-Laboratorju Komunitarju Referenzjali jew ma’ laboratorji nazzjonali oħra.

3. Il-laboratorju nazzjonali tad-deni Afrikan tal-qżieqeż f’kull Stat Membru huwa responsabbli għall-koordinazzjoni ta’ l-istandards u l-metodi dijanjostiċi f’kull laboratorju dijanjostiku tad-deni Afrikan tal-qżieqeż f’dak l-Istat. Għal dan il-għan dawn:

(a) jistgħu jipprovdu reaġenti dijanjostiċi lill-laboratorji individwali;

(b) għandhom jikkontrollaw il-kwalità tar-reaġenti dijanjostiċi kollha użati f’dak l-Istat Membru;

(ċ) għandhom jorganizzaw testijiet komparattivi perjodikament

(d) għandhom iżommu iżolati tal-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż minn każijiet u tfaqqiegħ ikkonfermati f’dak l-Istat Meembru.

--------------------------------------------------

L-ANNESS V

Laboratorju Komunitarju Referenzjali għad-Deni Afrikan tal-qżieqeż

1. Il-Laboratorju Komunitarju Referenzjali għad-Deni Afrikan tal-qżieqeż huwa: Centro de Investigación en Sanidad Animal, 28130 Valdeolmos, Madrid, Spanja.

2. Il-funzjonijiet u d-dmirijiet tal-Laboratorju Komunitarju Referenzjali għad-Deni Afrikan tal-qżieqeż huma:

(a) li jikkoordina, f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni, il-metodi li jintużaw fl-Istati Membri għad-dijanjożi tad-deni Afrikan tal-qżieqeż, speċifikament billi:

- iżomm u jissupplixxi kulturi ta’ ċellulli għall-użu dijanjostiku,

- jittraskrivi, jżomm u jissupplixxi tipi tal-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż għal testjiet seroloġiċi u l-preparazzjoni ta’ anti-sera,

- jissupplixxi tipi ta’ serum standard, ta’ serum konjugat u reaġenti refenzjarji oħra lill-laboratorji nazzjonali sabiex ikunu standardizzati t-testijiet u r-reaġenti użati fl-Istati Membri,

- jibni u jżomm kollezzjoni ta’ virus ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż,

- jorganizza perjodikament testijiet komparattivi ta’ proċeduri dijanjostiċi f’livell Komunitarju,

- jiġbor u jorganizza data u informazzjoni dwar il-metodi ta’ dijanjożi wżati u r-riżultati ta’ testijiet li jsiru,

- jikkaratterizza iżolati tal-virus bl-aktar metodi aġġornati disponibbli biex ikun hemm fehim aktar ta’ l-epiżootoloġija tad-deni Afrikan tal-qżieqeż,

- iżomm ruħu aġġornat dwar żviluppi fis-sorveljanza tad-deni Afrikan tal-qżieqeż, fl-epiżootoloġija u l-prevenzjoni madwar id-dinja,

- iżomm kompetenza esperta dwar il-virus li jikkawża d-deni Afrikan tal-qżieqeż u virus oħra pertinenti biex tkun tista’ sseħħ dijanjożi differenzjali rapida;

(b) li jagħmel l-arranġamenti neċessarji għat-taħriġ jew taħriġ mill-ġdid ta’ esperti fid-dijanjożi tal-laboratorju bl-għan li jkunu armonizzati t-tekniki ta’ dijanjożi;

(ċ) li jkollu persunal imħarreġ disponibbli għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza li jinħolqu fil-Komunità;

(d) li jagħmel attivitajiet ta’ riċerka u kull fejn possibbli jikkoordina attivitajiet ta’ riċerka mmirati għall-kontroll aħjar tad-deni Afrikan tal-qżieqeż;

(e) li jfassal protokolli tekniċi li għandhom x’jaqsmu ma’ proċeduri li jivverifikaw l-effikaċja ta’ diżinfettanti kontra l-virus tal-ħnieżer Afrikan.

3. Il-Laboratorji Komunitarji Referenzjali għad-deni klassiku tal-qżieqeż u d-deni Afrikan tal-qżieqeż għandhom jorganizzaw l-attivitajiet tagħhom b’mod li jiżguraw koordinament tajjeb tat-testijiet komparattivi organizzati f’livell Komunitarju għad-dijanjożi ta’ dawn iż-żewġ mardiet.

--------------------------------------------------

L-ANNESS VI

Kriterji u rekwiżiti li għandhom x’jaqsmu ma’ pjanijiet ta’ kontinġenza

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li pjanijiet ta’ kontinġenza jissodisfaw minn ta’ l-anqas il-kriterji u r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) l-adozzjoni ta’ miżuri li jiżguraw li s-setgħat legali meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ kontiġenza jkunu jeżistu u jagħmluha possibbli li titwettaq kampanja rapida u effettiva ta’eradikazzjoni;

(b) l-adozzjoni ta’ miżuri li jiżguraw aċċess għal fondi ta’ emerġenza, mezzi ta’ budget u riżorsi finanzjarji sabiex ikunu koperti l-aspetti kollha tal-ġlieda kontra tfaqqiegħ epidemiku tad-deni Afrikan tal-qżieqeż;

(ċ) għandha tinħoloq katina ta’ kmand li tiżgura li fil-każ li tfaqqa xi epidemija l-proċedura għat-teħid ta’ deċiżjonijiet għal epiżootiku tkun rapida u effettiva. Jekk ikun meħtieġ, il-katina ta’ kmand għandha titqiegħed taħt l-awtorità ta’ unità ċentrali għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li tkun responsabbli biex tidderiġi l-istrateġiji kollha għall-ġlieda kontra l-marda. Id-direttur tas-servizzi veterinarji jrid ikun membru ta’ dik l-unità u jaġixxi bħala ħolqa bejn l-unità ċentrali għat-teħid ta’deċiżjonijiet u ċ-ċentru nazzjonali għall-kontroll tal-mard kif previst fl-Artikolu 22;

(d) l-adozzjoni ta’ miżuri biex jiżguraw li riżorsi xierqa jkunu disponibbli għal kampanja rapida u effettiva, inklużi l-persunal tal-laboratorju, it-tagħmir u l-infrastruttura;

(e) manwal ta’ l-istruzzjonijiet għandu jkun provdut. Irid jagħti deskrizzjoni sħiħa, dettaljata u prattika tal-proċeduri, l-istruzzjonijiet u l-miżuri kollha li għandhom jintużaw fil-każ ta’ tfaqqiegħ ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż;

(f) il-ħaddiema jridu regolarment jieħdu sehem fi:

(i) skemi ta’ taħriġ li jkopru s-sinjali kliniċi ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż, stħarriġ epidemjoloġiku u l-kontroll tal-marda;

(ii) eżerċitazzjonijiet ta’emerġenza organizzati minn ta’ l-anqas darbtejn fis-sena;

(iii) taħriġ f’tekniċi ta’ komunikazzjoni sabiex ikunu organizzati kampanji ta’ informazzjoni dwar tfaqqiegħ kurrenti tal-marda epidemika, li jkun immirat lejn awtoritajiet, raħħala u veterinarji.

--------------------------------------------------

Top