EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R2558

Ir-Regolament (KE) Nru 2558/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 3 ta' Diċembru 2001 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 fir-rigward ta' riklassifikazzjoni ta' soluzzjonijiet taħt arranġamenti ta' tpartit u taħt patti ta' ftehim ta' rati bil-quddiem.Test b'relevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 344, 28.12.2001, p. 1–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/2558/oj

32001R2558



Official Journal L 344 , 28/12/2001 P. 0001 - 0004


Ir-Regolament (KE) Nru 2558/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

ta' 3 ta' Diċembru 2001

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 fir-rigward ta' riklassifikazzjoni ta' soluzzjonijiet taħt arranġamenti ta' tpartit u taħt patti ta' ftehim ta' rati bil-quddiem

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw t-Trattat li jwaqqaf il-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 285(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunisdraw l-opinjoni tal Bank Ċentrali Ewropew [2]

Skond il-procedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3]

Billi:

(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta' Ġunju 1996 fuq is-Sistema Ewropea ta' rendikonti nazzjonali u reġjonali fil-Komunità [4] jiġbor fiħ il-qafas ta' referenza fuq standards komuni, definizzjonijiet, klassifikazzjonijiet u regoli ta' rendikont għat-tfassil ta' rendikonti tal-Istati Membri għall-ħtiġijiet statistiċi tal-Komunità Ewropea, sabiex jiġu akkwistati riżultati komparabbli bejn l-Istati Membri.

(2) Fis-SEK 95, bħal fil-kaz ta' SNA 93, tpartit huwa mfisser (5.67) bħala "arranġamenti kontrattwali bejn żewġ partijiet li jiftehmu li jibdlu, matul ċertu żmien u skond regoli predeterminati, flussi ta' pagamenti fuq l-istess ammonti ta' obligazzjoni" u hija speċifikata li "iż-żewġ varjetajiet prevalenti huma tpartit ta' rati ta' imgħax u tpartit ta' muniti".

(3) Fil-verżjonijiet oriġinali ta' SEK 95 u SNA 93, imgħaxijiet li jiġu bejn żewġ partijiet taħt kull forma ta' tpartit u taħt patti ta' ftehim b'rata bil-quddiem ġew ikkunsidrati bħala transazzjonijiet mhux uffiċċjali, imdaħħla fi dħul tal-propjeta, taħt l-imgħax ta' l-oġġett.

(4) B 'din l-istqarrija nqalgħu l-problemi u l-Kummissjoni għalhekk tikkonsidra li huwa meħtieġ li teskludi dawn il-flussi ta' imgħax minn dħul ta' propjeta, b'manjiera simili għal SNA 93 rivedut.

(5) Huwa għalhekk xieraq sabiex tirrekordja dawn l-influssi fi transazzjonijiet finanzjarji taħt l-elenkat derivativi finanzjarji, inklużi fis-SEK 95 fi F3 intitolati "Sigurtajiet oltre dawk ta' ishma".

(6) Trattament speċifiku ta' dawn l-influssi għandhom jiġu mfissra għal data trasmessi taħt il-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv.

(7) Il-Kumitat tal-programmi statistiċi tal-Komunitajiet Ewropej, stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 89/382/KEE, Euratom [5], u l-Kumitat fuq Materji Monetarji, Finanzjarji u Bilanċ ta' l-Istatistika tal-Pagamenti, stabbilita bid-Deċiżjoni 91/115/KEE [6], ilkoll ġew konsultati b'mod konformi ma' l-Artikolu 3 ta' dawn id-Deċiżjonijiet,

ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness A tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 għandu jiġi emendat b'mod konformi mal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata li fiha jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-3 ta' Diċembru 2001.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

N. Fontaine

Għall- Kunsill

Il-President

F. Vandenbroucke

[1] ĠU C 116 E, tas- 26.4.2000, p. 63.

[2] ĠU C 103, tat- 3.4.2001, p. 8.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2001 (għadha mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill ta' t-8 Novembru 2001

[4] ĠU L 310, tat- 30.11.1996, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 995/2001 (ĠU L 139, tat- 23.5.2001, p. 3).

[5] ĠU L 181, tat- 28.6.1989, p. 47

[6] ĠU L 59, tas- 6.3.1991, p. 19. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 96/174/KE (ĠU L 51, ta' l- 1.3.1996, p. 48).

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-Anness A tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 huwa emendat b'li ġej:

1. F' Kapitolu 4, paragrafu 4.47 huwa mibdul b'dan li ġej:

"4.47. L-ebda ħlas li jirriżulta minn kull tip ta' arranġament ta' tpartit m'għandu jkun ikkunsidrat bħala imgħax u mdaħħal taħt dħul minn propjetà.(Ara paragrafi 5.67(d) u 5 139(c) relattivi għad-derivattivi finanzjarji).

Bl-istess mod, transazzjonijiet taħt patti ta' ftehim ta' rata bil-quddiem m'għandhomx jiġu mdaħħla bħala dħul minn propjetà.(Ara paragrafu 5.67(e))."

2.(a)(b) F' Kapitolu 5:

fil-paragrafu 5.67, punti (d) u (e) huma mibdula b'dan li ġej:

"(d) tpartit, imma biss jekk għandhom valur tas-suq minnħabba li huma negozzjabbli jew jistgħu jiġu mifdija. It-tpartit huwa arranġament kuntrattwali bejn żewġ partijiet li jiftehmu li jbiddlu, tul perjodu ta' żmien u skond regoli stabbiliti minn qabel, flussi ta' pagamenti ta' l-istess ammont ta' obligazzjonijiet.L-aktar varjetajiet prevalenti huma tpartit b'rata ta' imgħax, tpartit ta' kambju barrani u tpartit ta' muniti (imsemmija ukoll tpartit ta' imgħax ta' diversi muniti). Tpartit ta'rati tal-imgħax jinvolvi kambju ta' ħlasijiet b'imgħax ta' karattru differenti, bħalma hu rata fissa għal rata varjabbli, żewġ rati varjabbli differenti, rata stabbilita f'munita waħda u rata varjabbli f'oħra, eċċ. Tpartit ta' kambju barrani (inkluz kull kuntratt bil-quddiem) huma transazzjonijiet f'muniti barranin b'rata ta' kambju dikjarata bil-quddiem. Tpartit ta' muniti jinvolvi kull kambju ta' ammonti speċifiċi ta' żewġ muniti barranin b'ripagamenti sussegwenti, li jinkludu flussi ta' imgħax kif ukoll ta' ħlas mill-ġdid, tul perjodu ta' żmien skond regoli stabbiliti minn qabel.L-ebda wieħed mir-ripagament li jirriżulta m'huwa ikkunsidrat bħala dħul ta' propjetà fis-sistema u kull ftehiem milħuq għandu jiġi mdaħħal fir-rendikont finanzjarju;

(e) kull patt ta' ftehiem fuq rata bil-quddiem (FRAs), imma biss jekk għandhom valur tas-suq minnħabba li huma negozjabbli jew jistgħu jiġu mifdija.FRAs huma arranġamenti kuntrattwali li fihom żewġ partijiet, sabiex jipproteġu lilhom nfushom kontra tibdil fir-rati ta' imgħax, jiftehmu fuq imgħax li jrid jitħallas, fid-data tal-ftehim, ibbażata fuq ammont fittizju ta' prinċipju li ma jiġi mibdul qatt. Il-ħlasijiet huma relatati mad-differenza bejn ir-rata miftehma u r-rata tas-suq prelevanti fiż-żmien tal-ftehim.Dawn il-pagamenti m'humiex ikkunsidrati bħala dħul ta' propjetà fis-sistema imma għandhom jiġu mdaħħla taħt l-elenkat derivattivi finanzjarji."

fil-paragrafu 5 139, punti (ċ) u (d) huma mibdula b'dan li ġej:

"(ċ) kull kummissjoni espliċita imħallsa jew mgħotija minn sensar jew intermedjarju sabiex jirranġa opzjonijiet, futures, skambji u derivattivi kuntrattwali oħra huma kkunsidrati bħala ħlasijiet għas-servizzi fir-rendikonti xierqa.Il-partijiet fi tpartit m'humiex ikkunsidrati bħala li qed jipprovdu servizz lil xulxin, imma kull ħlas għal partit terz fl-arranġar ta' skambji għandu jiġi ttrattat bħala ħlas għal kull servizz. Taħt kull arranġament ta' skambji, fejn ammonti prinċipali huma mparta, l-fluss korrispondenti għandu jiġi mdaħħal f'kull transazzjoni tal-istrument sottoskritt. L-influssi ta' ħlasijiet oħra (eskluz il-kummissjonijiet) għandhom jiġu mdaħħla taħt l-elenkati derivativi finanzjarji (F.34). Waqt li l-primjum imħallas lill-bejjiegħ ta' kull option jista jkun mifhum li jinkludi kull ħlas dovut għas-servizz, fil-prattika m'huwiex djjem possibli li tiddistingwi l-element ta' servizz.

Għalhekk, il-prezz sħiħ għandu jiġi rrekordjat fl-akkwist ta' kull ass finanzjaru mix-xerrej u bħala inċidenza ta'obbligu mill-bejjiegħ;

(d) fejn kuntratti ta' tpartit jinvolvu kull kambju ta' ammonti prinċipali, per eżempju kif jiġri bi tpartit ta' muniti, il-kambju inizjali għandu jiġi mdaħħal bħala transazzjoni fl-instrument sottoskritt mibdul u mhux transazzjoni f'derivattivi finanzjarji (F.34).Fejn kuntratti ma jinvolvux kambju ta'prinċipju, l-ebda transazzjoni ma tiġi rrekordjata fil-bidu.Fiż-żewġ każijiet, impliċitament, kull derivattiv finanzjarju b'valur inizzjali ta' żero huwa maħluq fit-tali punt. Sussegwentement, il-valur ta' kull tpartit għandu jkun ugwali għal:

1. għall-ammonti prinċipali, il-valur tas-suq preżenti tad-differenza bejn il-valuri tas-suq tal-futur mistenni tal-ammonti li jridu jiġu kambjati mill-ġdid u l-ammonti speċifikati fil-kuntratt;

2. għal pagamenti oħra, il-valur tas-suq preżenti tal-flussi futuri speċifikati fil-kuntratt.

Kull bdil fil-valur tad-derivattiv biż-żmien għandu jiġi mdaħħal fir-rendikont ta' revalutar.

Kambjament mill-ġdid sussegwenti tal-prinċipal għandu jiġi rregolat mit-termini u kondizzjonijiet tal-kuntratt ta' tpartit u jista jimplika assi finanzjarji li jinbidlu f'kull prezz differenti mill-prezz tas-suq prevalenti ta' dawn l-assi. Il-ħlas kontroparti bejn il-partijiet f'kuntratt ta' tpartit tkun dik speċifikata fil-kuntratt.Id-differenza bejn il-prezz tas-suq u l-prezz tal-kuntratt hija dik ugwali għal valur ta' likwidita tal-ass/obbligu kif japplika fid-data miftehma u għandu jiġi mdaħħal bħala transazzjoni f'derivattivi finanzjarji (F.34). Għall-kuntrarju, influssi oħra taħt l-arranġament ta' tpartit huma mdaħħla bħala transazzjoni f'derivattivi finanzjarji għall ammonti effettivament mibdula. Kull transazzjoni f'derivattivi finanzjarji għandha taqbel mal-evalwazzjoni totali mill-ġdid ta' dħul jew telf matul il-perjodu tal-kuntratt ta' tibdil.Tali trattament huwa analogu għal dak imqiegħed fir-rigward ta' options, li jipproċedu għal fornitura (ara punt (a)).

Għal kull unità istituzzjonali, kull tpartit jew kull ftehiem b'rata mill-quddiem taħt l-elenkata derivativi finanzjarji fuq in-naħa tal-assi fejn għanda valur nett ta' assi, ħlasijiet pożittivi netti li jgħollu l-valur nett (u bil-maqlub).Fejn it-tpartit għandu valur ta' obligu nett, huwa rekordjat fuq in-naħa tal-obligi, ħlasijiet negattivi netti li jiżdiedu fil-valur nett (u bil-maqlub)."

3. Is-segwenti l-Anness huwa magħdud:

"

L-ANNESS V

TIFSIRA TAD-DEFIĊIT TAL-GVERN GĦALL-ISKOP TA' PROĊEDURA TA' DEFIĊIT EĊĊESSIV

Għall-iskop tar-rapporti tal-Istati Membri lill-Kummissjoni taħt il-proċedura ta' defiċit eċċessiv imqiegħed fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3605/93 [1], "Defiċit tal-Gvern" huwa l-oġġett ta' bilanċ "self nett" tal-gvern ġenerali, inkluż flussi ta' ħlasijiet ta' imgħaxx li jirriżultaw minn arranġamenti ta' tpartit u patti ta' ftehim b'rata bil-quddiem.Tali oġġett ta' bilanċ huwa kodifikat bħala EDPB9. Għal dan l-iskop, l-imgħax jinkludi l-flussi hawn fuq imsemmija u huwa kodifikat bħala EDPD41.

"

[1] ĠU L 332, tal-31.12.1993, p. 7. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 475/2000 (ĠU L 58, tat-3.3.2000, p. 1).

--------------------------------------------------

Top