This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31999R2799
Commission Regulation (EC) No 2799/1999 of 17 December 1999 laying down detailed rules for applying Regulation (EC) No 1255/1999 as regards the grant of aid for skimmed milk and skimmed-milk powder intended for animal feed and the sale of such skimmed-milk powder
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2799/1999 tas-17 ta’ Diċembru 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament (KE) Nru 1255/1999 rigward il-konċessjoni ta’ għajnuna għall-ħalib xkumat u t-trab tal-ħalib xkumat intiż għall-għalf ta’ l-annimali u l-bejgħ ta’ dan it-trab tal-ħalib xkumat
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2799/1999 tas-17 ta’ Diċembru 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament (KE) Nru 1255/1999 rigward il-konċessjoni ta’ għajnuna għall-ħalib xkumat u t-trab tal-ħalib xkumat intiż għall-għalf ta’ l-annimali u l-bejgħ ta’ dan it-trab tal-ħalib xkumat
ĠU L 340, 31.12.1999, p. 3–27
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 21/11/2014: This act has been changed. Current consolidated version: 01/01/2007
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2799/1999 tas-17 ta’ Diċembru 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament (KE) Nru 1255/1999 rigward il-konċessjoni ta’ għajnuna għall-ħalib xkumat u t-trab tal-ħalib xkumat intiż għall-għalf ta’ l-annimali u l-bejgħ ta’ dan it-trab tal-ħalib xkumat
Official Journal L 340 , 31/12/1999 P. 0003 - 0027
CS.ES Chapter 3 Volume 28 P. 110 - 134
ET.ES Chapter 3 Volume 28 P. 110 - 134
HU.ES Chapter 3 Volume 28 P. 110 - 134
LT.ES Chapter 3 Volume 28 P. 110 - 134
LV.ES Chapter 3 Volume 28 P. 110 - 134
MT.ES Chapter 3 Volume 28 P. 110 - 134
PL.ES Chapter 3 Volume 28 P. 110 - 134
SK.ES Chapter 3 Volume 28 P. 110 - 134
SL.ES Chapter 3 Volume 28 P. 110 - 134
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2799/1999 tas-17 ta’ Diċembru 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament (KE) Nru 1255/1999 rigward il-konċessjoni ta’ għajnuna għall-ħalib xkumat u t-trab tal-ħalib xkumat intiż għall-għalf ta’ l-annimali u l-bejgħ ta’ dan it-trab tal-ħalib xkumat IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib [1], u partikolarment l-Artikoli 10 u 15 tiegħu, Billi: (1) Ir-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jieħu post ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1587/96 [3], u, fost oħrajn, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 986/68 tal-15 ta’ Lulju 1968 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-għoti ta’ għajnuna għall-ħalib xkumat u għat-trab tal-ħalib xkumat sabiex jintuża bħala għalf [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1802/95 [5]. Sabiex jitqiesu l-arranġamenti l-ġodda u l-esperjenza ta’ l-imgħoddi, għandu jiġi emendat u, fejn meħtieġ, issimplifikat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1725/79 tas-26 ta’ Lulju 1979 dwar ir-regoli għall-għoti ta’ għajnuna għall-ħalib xkumat ipproċessat f’tipi ta’ għalf kompost u għat-trab tal-ħalib xkumat intiż bħala għalf għall-għoġġiela [6], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 83/96 [7]. Fl-istess waqt li jiġi emendat dan ir-Regolament, fl-interess taċ-ċarezza, għandu wkoll jiġi mfassal mill-ġdid sabiex jinkorpora r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3398/91 tal-20 ta’ Novembru 1991 dwar il-bejgħ fuq stedina għall-offerti tat-trab tal-ħalib xkumat għall-manifattura ta’ tipi ta’ għalf kompost u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 569/88 [8], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 124/1999 [9], u l-(KEE) Nru 1634/85 tas-17 ta’ Ġunju 1985 li jiffissa l-ammont ta’ l-għajnuna għall-ħalib xkumat u għat-trab tal-ħalib xkumat intiżi sabiex jintużaw bħala għalf [10], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1802/95; (2) il-mira aħħarija tal-miżura ta’ l-għajnuna li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 hija li tgħin li jinkisbu l-aħjar riżultati mill-proteini tal-ħalib. Huwa għalhekk xieraq li l-ħlas ta’ l-għajnuna jiġi marbut mal-kontenut tal-proteina tal-ħalib fil-ħalib xkumat jew fit-trab tal-ħalib xkumat li jkunu użati; (3) huwa meħtieġ li jkun assigurat li l-ħalib xkumat u t-trab tal-ħalib xkumat li għalihom tingħata għajnuna jiġu fil-fatt użati bħala għalf. Għal dan il-għan, l-għajnuna għandha tingħata biss għall-ħalib xkumat u għat-trab tal-ħalib xkumat ipproċessati f’għalf kompost jew denaturizzati b’mod konformi ma’ ċerti ħtiġiet. Huwa wkoll meħtieġ li l-għajnuna li tkun qiegħda titħallas ma tingħatax aktar minn darba għall-istess prodott; (4) ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1043/97 [11] jidderoga minn xi wħud mid-disposizzjonijiet tal-monitoraġġ fir-Regolament (KEE) Nru 1725/79. Il-verifiki li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament għandhom iqisu din id-deroga u r-Regolament (KE) Nru 1043/97 għandu jiġi mħassar; (5) l-għajnuna għandha tingħata biss jekk it-tipi ta’ l-għalf kompost jilħqu ċerti livelli minimi stabbiliti rigward il-kompożizzjoni kif is-soltu osservati fl-industrija u jekk ikunu laħqu l-istadju finali tal-manifattura industrijali. Għall-għanijiet ta’ l-ispezzjoni, il-prodotti għandhom jiġu ppakkjati f’manjiera li tgħinhom biex ikunu identifikati. L-Istati Memnbri għandhom jingħataw il-permess li jispeċifikaw kif għandhom ikunu sodisfatti l-ħtiġiet imsemmija hawn fuq; (6) mhux meħtieġ ippakkjar speċjali għat-tipi ta’ għalf kompost li jkollu x-t-dqiq ta’ Lucerne (’alfalfa’) miżjud miegħu. Barra minn hekk, din il-ħtieġa ma tkunx xierqa fil-każi tat-trasport bit-tankijiet jew bil-kontenituri kif prattikati minn ċerti utenti. Dan il-metodu ta’ trasport għandu għalhekk ikun bla ħsara għall-arranġamenti ta’ spezzjoniijiet speċjali u l-għajnuna għandha titħallas biss wara l-ispezzjoni; (7) l-użu aħħari tal-ħalib xkumat u t-trab tal-ħalib xkumat bi prezzijiet baxxi ħafna jista’ jiġi mmonitorjat biss jekk l-impriżi li jgawdu mill-għajnuna joffru garanziji xierqa. L-impriżi ta’ l-ipproċessar għandhom ikunu approvati mill-aġenzija kompetenti ta’ l-Istat Membru interessat u għandhom jkollhom sistema ta’ kontabilità addattata għall-ħtiġiet ta’ l-arranġamenti ta’ l-għajnuna; (8) fir-rigward tal-metodi ta’ referenza li japplikaw għall-analiżi li hemm provvediment dwarhom f’din l-iskema ta’ għajnuna, għandu jsir riferiment għal-lista ppubblikata kull sena skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2721/95 ta’ l-24 ta’ Novembru 1995 li jistabbilixxi regoli sabiex jiġu applikati metodi ta’ referenza u ta’ rutina għall-analiżi u l-evalwazzjoni tal-kwalità tal-ħalib u tal-prodotti mill-ħalib skond l-organizzazzjoni komuni tas-suq [12]. B’dankollu, ġaladarba ma ġew preskritti l-ebda metodi ta’ referenza biex jistabbilixxu l-kwantità ta’ trab tal-ħalib xkumat fit-tipi ta’ l-għalf kompost, il-preżenza tat-trab tax-xorrox tat-tames fit-trab tal-ħalib xkumat jew il-kwalità tal-lamtu fit-trab tal-ħalib xkumat, il-metodi xierqa għandhom ikunu stabbiliti f’dan ir-Regolament; (9) għandha tiġi organizzata stedina permanenti għall-offerti għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat mill-ħażniet pubbliċi, sabiex ikun assigurat li l-aċċess ikun egwali għax-xerrejja potenzjali kollha, sabiex jintlaħaq prezz li jirrifletti l-kondizzjonijiet tas-suq u sabiex jiġi vverifikat l-użu aħħari attwali tat-trab tal-ħalib xkumat intiż għall-użu fil-manifattura ta’ tipi ta’ għalf kompost. Il-prezzijiet offruti jistgħu jvarjaw konsiderevolment skond, partikolarment, l-għomor tat-trab offrut għall-bejgħ u l-post fejn ikun jinsab. Għandu għalhekk ikun possibbli li jiġu ffissati prezzijiet minimi differenzjati; (10) dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi limitu taż-żmien għad-dħul fil-ħażna għall-iskop tal-bejgħ. Għandu għalhekk jiġi mħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3536/91 tat-2 ta’ Diċembru 1991 li jistabilixxi l-iktar żmien tard għad-dħul tat-trab tal-ħalib xkumat fil-ħażna li jkun mibjugħ permezz tar-Regolament (KEE) Nru 3398/91 [13], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2508/1999 [14]; (11) l-arranġamenti stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1105/68 tas-27 ta’ Lulju 1968 dwar regoli dettaljati għall-konċessjoni ta’ l-għajnuna għall-ħalib xkumat sabiex jintuża bħala għalf [15], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1802/95, instabu diffiċli li jiġu implimentati u l-verifiki fuq il-benefiċjarji huma problematiċi. Barra min hekk, il-kwantitajiet ta’ ħalib xkumat li jibbenefikaw minn din il-miżura naqsu bil-qawwi dawn l-aħħar snin, hekk li l-iskema issa għandha impatt marġinali fuq il-bilanċ fis-suq tal-prodotti mill-ħalib. B’żieda ma’ dan, is-suq fil-ħalib xkumat irid jissokta jiġi appoġġjat bl-għajnuna konċessa meta l-ħalib xkumat jiġi inkorporat f’tipi ta’ għalf kompost. Għandha għalhekk tiġi abolita l-miżura ta’ l-għajnuna fir-Regolament (KEE) Nru 1105/68 u r-Regolament imsemmi għandu jiġi mħassar; (12) il-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Ħalib u tal-Prodotti mill-Ħalib ma tax l-opinjoni tiegħu fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-president tiegħu, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: KAPITOLU I DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI Artikolu 1 Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 rigward: (a) il-konċessjoni ta’ l-għajnuna għall-ħalib xkumat, it-trab tal-ħalib xkumat, ix-xorrox u t-trab tax-xorrox intiżi sabiex jintużaw bħala għalf għall-annimali permezz ta’ l-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament; (b) il-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat intiż sabiex jintuża bħala għalf għall-annimali permezz ta’ l-Artikolu 7(4) ta’ dak ir-Regolament. Artikolu 2 Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament: (a) "Ħalib" ifisser il-prodott mill-ħalib ta’ baqra waħda jew aktar, li miegħu ma jkun ġie miżjud xejn u li l-aktar ikun ġie biss parzjalment xkumat; (b) "Ħalib xkumat" ifisser ħalib b’kontenut ta’ xaħam ta’ mhux aktar minn 1 % u kontenut ta’ proteina ta’ mhux anqas minn 31,4 % ta’ l-estratt xott mhux xaħmi; (ċ) "Trab tal-ħalib xkumat" ifisser il-prodott miksub bit-tneħħija ta’ l-ilma mill-ħalib, b’kontenut massimu ta’ xaħam ta’ 11 %, kontenut massimu niedi ta’ 5 % u kontenut ta’ proteina ta’ mhux anqas minn 31,4 % ta’ l-estratt niexef mhux xaħmi; (d) "Xorrox" ifisser il-prodott li jifdal fil-manifattura tal-butir miksub wara t-tħabbid tal-krema u s-separazzjoni tax-xaħam solidu, b’kontenut massimu ta’ xaħam ta’ 1 % u b’kontenut ta’ proteina ta’ mhux anqas minn 31,4 % ta’ l-estratt xott mhux xaħmi; (e) "Trab tax-xorrox" ifisser il-prodott miksub bit-tneħħija ta’ l-ilma mix-xorrox, b’kontenut massimu ta’ xaħam ta’ 11 %, b’kontenut massimu niedi ta’ 5 % u kontenut ta’ proteina ta’ mhux anqas minn 31,4 % ta’ l-estratt xott mhux xaħmi. Artikolu 3 Għall-iskopijiet biex ikun applikat dan ir-Regolament, ix-xorrox u t-trab tax-xorrox għandhom jiġu ttrattati bħala ħalib xkumat u trab tal-ħalib xkumat, rispettivament. Artikolu 4 "Taħlitiet intiża għall-manifattura ta’ tipi ta’ għalf kompost" (minn issa ’l quddiem imsejħa "taħlitiet") ifissru prodotti li jkollhom l-ingredjenti li ġejjin: (a) it-trab tal-ħalib xkumat; (b) xaħam; (ċ) vitamini; (d) minerali; (e) sukrosi; (f) aġenti ta’ kontra t-tagħqid u/jew aġenti għat-tnixxija libera (massimu ta’ 0,3 %); (g) aġenti oħra tekniċi liposolubbli, li jinkludu aġenti kontra l-ossidanti u emulsifikanti. Artikolu 5 1. "Tipi ta’ għalf kompost" ifisser prodotti: (a) li jkun fihom, għal kull 100 kilogramma ta’ prodott lest, (i) mhux anqas minn 50 kilogramma u mhux aktar minn 80 kilogramma ta’ trab tal-ħalib xkumat, u (ii) mhux anqas minn 5 kilogrammi ta’ xaħam mhux tal-butir u mill-anqas 2 kilogrammi ta’ lamtu jew lamtu minfuħ, jew (iii) mhux anqas minn 2,5 kilogrammami ta’ xaħmijiet mhux tal-butir u mill-anqas 2 kilogrammi ta’ lamtu jew lamtu minfuħ fil-każi meta 5 kilogrammi ta’ dqiq ta’ Lucerne jew ħaxix mitħun li jkun fihom mill-anqas 50 % (m/m) ta’ partikoli li ma jeċċedux it-300 mikron ikunu inkorporati f’kull 100 kilogramma ta’ trab tal-ħalib xkumat. Il-partikoli li ma jeċċedux it-300 mikron iridu jkunu mferrxa sewwa fit-taħlita; (b) li jistgħu jiġu użati direttament bħala għalf u li ma jkunux ġew ipproċessati jew imħallta qabel ma jaslu għand l-utent aħħari. 2. Meta jiġi stabbilit li l-prodott immanifatturat ikun fih kwantità ta’ trab tal-ħalib xkumat li teċċedi il-kwantità massima ta’ 80 kilogramma li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 (a)(i) imma li ma li ma teċċedix il-81 kilogramma, l-għajnuna tista’ b’dankollu tkun mogħtija fuq il-bażi tal-kontenut ta’ 80 kilogramma ta’ trab tal-ħalib xkumat. Meta l-prodott immanifatturat ma jkunx fih il-kwantità minima ta’ 50 kilogramma ta’ trab tal-ħalib xkumat li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 (a)(i), għandha tkun mogħtija għajnuna li minnha jitnaqqas 15 % għat-trab tal-ħalib xkumat attwalment inkorporat basta iżda li l-kontenut tat-trab tal-ħalib xkumat ikun mill-anqas egwali għal 45 kilgramma għal kull 100 kilogramma tal-prodott lest. Artikolu 6 1. "Trab tal-ħalib xkumat dinaturizzat" ifisser il-prodotti mmanifatturati b’mod konformi ma’ waħda mill-formoli li ġejjin: (a) il-Formola A: 100 kilogramma ta’ trab tal-ħalib xkumat, flimkien ma’: (i) mill-anqas 9 kilogrammi ta’ dqiq ta’ Lucerne jew ħaxix mitħun li jkun fihom mill-anqas 50 % (m/m) ta’ partikoli li ma jeċċedux it-300 mikron, u (ii) mill-anqas 2 kilogrammi ta’ lamtu jew lamtu minfuħ (pre-ġelatinizzat); (b) il-Formola B: 100 kilogramma ta’ trab tal-ħalib xkumat, flimkien ma’: (i) mill-anqas 5 kilogrammi ta’ dqiq ta’ Lucerne jew ħaxix mitħun li jkun fihom mill-anqas 50 % (m/m) ta’ partikoli li ma jeċċedux it-300 mikron, u (ii) mill-anqas 12-il kilogramma ta’ smida magħmula mill-ħut, bir-riħa mhux imneħħija jew b’riħa qawwija, li jkun fihom mill-anqas 30 % (m/m) ta’ partikoli li ma jeċċedux it-300 mikron, u (iii) mill-anqas 2 kilogrammi ta’ lamtu jew lamtu minfuħ (pre-ġelatinizzat). Id-daqsijiet tal-partikoli li, skond il-livell stabbilit BS 410-1976, huma l-eqreb għad-daqsijiet massimi stabbiliti għall-partikoli tal-prodott ikkonċernat, mingħajr ma jkunu iżgħar minnhom, għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti għalihom. 2. Is-sustanzi miżjuda mat-trab tal-ħalib xkumat iridu jkunu mferrxa totalment fit-taħlita. It-trab tal-ħalib xkumat ma jistax jiġi mgħoddi mill-ebda proċess, kemm qabel u kemm wara li jkun dinaturizzat, hekk li jdgħajjef jew jinnewtralizza l-effett tad-dinaturizzazzjoni, partikolarment billi jintużaw aġenti li jneħħu r-riħa, li jbiddlu t-togħma u r-riħa billi jeliminaw il-komponenti responsabbli għall-perċezzjoni gustatorja jew olifattorja, jew billi jżidu ingredjenti li jagħtu t-togħma u x-xamma li jaħbu lil dawk ta’ l-ikel mill-ħut. KAPITOLU II L-GĦAJNUNA GĦAT-TRAB TAL-ĦALIB XKUMAT Sezzjoni 1 L-ammont ta’ l-għajnuna u l-kondizzjonijiet ta’ l-implimentazzjoni Artikolu 7 1. L-għajnuna hija hawnhekk iffissata għal: (a) 5,80 EUR għal kull 100 kilogramma ta’ ħalib xkumat b’kontenut ta’ proteina ta’ mhux anqas minn 35,6 % ta’ l-estratt xott mhux xaħmi; (b) 5,12 EUR għal kull 100 kilogramma ta’ ħalib xkumat b’kontenut ta’ proteina ta’ mhux anqas minn 31,4 % imma anqas minn 35,6 % ta’ l-estratt xott mhux xaħmi; (ċ) 71,51 EUR għal kull 100 kilogramma ta’ trab tal-ħalib xkumat b’kontenut ta’ proteina ta’ mhux anqas minn 35,6 % ta’ l-estratt xott mhux xaħmi; (d) 63,07 EUR għal kull 100 kilogramma ta’ trab tal-ħalib xkumat b’kontenut ta’ proteina ta’ mhux anqas minn 31,4 % imma anqas minn 35,6 % ta’ l-estratt xott mhux xaħmi. 2. Fil-każ ta’ trab tal-ħalib xkumat b’kontenut niedi li jeċċedi l-5 %, l-għajnuna għandha titnaqqas b’1 % għal kull żieda ta’ 0,2 % ta’ umidità. Artikolu 8 Sabiex jikkwalifika għall-għajnuna, it-trab tal-ħalib xkumat irid jilħaq mill-anqas il-kondizzjonijiet li ġejjin: (a) irid jintuża f’impriża approvata b’mod konformi mal-Artikolu 9: (i) jew mhux mibdul jew inkorporat f’taħlita, jew (ii) mhux mibdul sabiex jiġi mmanifatturat bħala trab tal-ħalib xkumat dinaturizzat; (b) li ma jkunx gawda minn għajnuna jew nuqqas fil-prezz permezz tal-miżuri l-oħra Komunitarji. Artikolu 9 1. L-impriżi li jipproduċu taħlitiet, tipi ta’ għalf kompost jew trab tal-ħalib xkumat dinaturizzat iridu jkunu approvati għal dan il-għan mill-aġenzija kompetenti ta’ l-Istati Membri li fit-territorju tagħhom issir il-produzzjoni. 2. Għandha tiġi konċessa approvazzjoni lill-impriżi li: (a) għandhom it-tagħmir tekniku u l-metodi ta’ l-amministrazzjoni u tal-kontabbiltà xierqa li jagħmluha possibbli li jkunu konformi kemm ma’ dan ir-Regolament u kemm mal-ħtiġiet addizzjonali stabbiliti mill-Istat Membru; (b) jissottomettu ruħhom għal spezzjoni mill-aġenzija kompetenti. 3. Għajr f’każijiet ta’, meta jinstab li l-impriża ma tilħaqx aktar il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 jew tkun naqset milli tkun konformi ma’ obbligu ieħor permezz ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi sospiża l-approvazzjoni għal perjodu taż-żmien minn xahar sa sena, skond il-gravità ta’ l-irregolarità. Jekk, mat-tmiem ta’ dan il-perjodu taż-żmien, il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ma jintlaħqux, l-approvazzjoni għandha tkun irtirata. L-approvazzjoni tista’ tingħata mill-ġdid wara mhux anqas minn sitt xhur, fuq it-talba ta’ l-impriża interessata wara spezzjoni fil-fond. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jimponux din is-sospensjoni jekk jiġi stabbilit li l-irregolarità ma tkunx ġiet kommessa deliberalment jew minħabba negliġenza serja u li l-konsegwenzi huma marġinali. Artikolu 10 1. Il-pakketti li jkun fihom taħlitiet iridu juru t-tagħrif li ġej: (a) waħda jew aktar mid-dikjarazzjonijiet elenkati fil-lista fl-Anness IIA; (b) indikazzjoni dwar il-kontenut tat-trab tal-ħalib xkumat, il-kontenut tal-minerali miżjuda u tas-sukrosi u l-kontenut tax-xaħam, inklużi l-aġenti liposolubbli tekniċi; (ċ) indikazzjoni li tidentifika l-impriża b’referenza għan-numru ta’ l-approvazzjoni tagħha. 2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11 u għad-Direttiva tal-Kunsill 9/373/KEE ( [16]), it-tipi ta’ għalf kompost għandhom jiġu mimlija fi xkejjer jew f’kontenituri oħra magħluqa jew issiġillati li jkun fihom mhux aktar min 50 kilogramma u li juru t-tagħrif li ġej: (a) waħda jew aktar mid-dikjarazzjonijiet elenkati fil-lista fl-Anness IIB; (b) indikazzjoni li tidentifika l-impriża b’referenza għan-numru ta’ l-approvazzjoni tagħha, (ċ) il-kontenut tat-trab tal-ħalib xkumat; (d) in-numru tal-lott tal-manifattura; (e) id-data tal-manifattura, jekk din ma tkunx indikata fin-numru tal-lott tal-manifattura. It-tagħrif ta’ hawn fuq irid ikun jista’ jinqara ċar u mmarkat mingħajr ma jista’ jitħassar fuq il-pakkett jew fuq il-kontenitur jew fuq tikketta mwaħħla magħhom. 3. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli dettaljati għall-immarkar tal-pakketti kif preskritt fil-paragrafu 2, kif ukoll kull tagħrif addizzjonali li jista’ jingħata fuq il-pakkett jew fuq il-kontenitur jew fuq it-tikketta. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kull miżura li jieħdu b’dan il-għan. Artikolu 11 L-Artikolu 10(2) ma għandux japplika għal tipi ta’ għalf kompost: (a) li jkun fih id-dqiq ta’ lucerne jew il-ħaxix mitħun permezz tal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a)(iii); (b) li jkun ikkunsinjat b’tank jew b’kontenitur lir-razzett jew lill-impriża tat-trobbija jew is-simna li tuża dawn it-tipi ta’ għalf kompost bil-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 12 u 13. Artikolu 12 L-impriżi li jirċievu l-għajnuna għandhom, fuq applikazzjoni, jiġu awtorizzati li jikkunsinjaw it-tipi ta’ għalf kompost bit-tank jew bil-kontenitur. Din l-awtorizzazzjoni għandha tiġi konċessa mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun stabbilita l-impriża. Il-kunsinja għandha ssir taħt is-sorveljanza amministrattiva sabiex ikun assigurat, b’mod partikolari, li tingħata lir-razzett jew lill-impriża tat-trobbija jew tas-simna li jużaw dawn it-tipi ta’ għalf kompost. Artikolu 13 1. Meta kunsinja b’tank jew b’kontenitur issir fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru produttur, il-prova tal-kunsinja taħt is-sorveljanza amministrattiva kif hemm referenza dwarha fl-Artikolu 12 għandha tiġi fornita billi tintwera l-kopja tal-kontroll li hemm referenza dwarha fl-Artikoli 471 sa 495 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93( [17]). 2. It-Sezzjoni 104 tal-kopja tal-kontroll trid ikun fiha waħda jew aktar mid-dikjarazzjonijiet elenkati fil-lista fl-Anness II.C. 3. L-Istat Membru importatur għandu jivverifika li min jirċievi l-kunsinja jkun konformi mal-kondizzjonijiet iddikjarati fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 12. Sezzjoni 2 Il-miżuri ta’ spezzjoni Artikolu 14 1. L-impriżi li jipproduċu t-tipi ta’ l-għalf kompost jistgħu jirċievu l-għajnuna biss jekk iżommu reġistri, imsejsa fuq il-kontijiet tagħhom, li jikkorrespondu ma’ l-iskeda tal-ħlas iffissata mill-Istat Membru u li jinkludu mill-anqas it-tagħrif li ġej: (a) il-kwantitajiet ta’ prodotti mill-ħalib mixtrija jew immanifatturati, u d-data tal-kunsinja jew tal-produzzjoni; (b) id-data tal-kunsinja u l-kwantitajiet ta’ ħalib xkumat u ta’ trab tal-ħalib xkumat immanifatturat jew imwassal mhux mibdul jew f’taħlita użati għall-manifattura ta’ tipi ta’ għalf kompost, flimkien ma’ l-isem u l-indirizz tal-fornitur u l-kontenut ta’ proteina tal-ħalib fil-prodotti; (ċ) id-data tal-manifattura tat-tipi ta’ l-għalf kompost u l-kwantitajiet immanifatturati, bil-partikolaritajiet tal-kompożizzjoni tagħhom u l-persentaġġ ta’ kull ingredjent, u partikolarment il-kwantitajiet ta’ kaseina jew kaseinati miżjuda mhux mibdula jew f’taħlita; (d) id-data tal-bejgħ tal-ħalib xkumat, trab tal-ħalib xkumat u t-tipi ta’ l-għalf kompost u l-kwantità mibjugħa, flimkien mal-isem u l-indirizz ta’ min jirċievi l-kunsinja; (e) it-telf, il-kampjuni, ir-ritorni u l-iskambji tal-ħalib xkumat, trab tal-ħalib xkumat u t-tipi ta’ l-għalf kompost. 2. L-informazzjoni mniżżla fil-lista fil-paragrafu 1 għandha tkun issostenuta bil-forniment ta’ l-irċevuti u l-fatturi. 3. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu lill-impriżi li jżommu kontijiet speċifiċi dwar il-ħażniet tagħhom li juru, b’mod partikolari, kull tagħrif miżjud li jidhrilhom meħtieġ sabiex jiffaċilitaw l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 15 Sabiex tkun assigurata l-konformità ma’ dan il-Kapitolu, l-Istati Membri għandhom iwettqu, b’mod partikolari, l-ispezzjonijiet li hemm provvediment dwarhom fl-Artikoli 16 sa 18. L-aġenzija responsabbli mill-ispezzjoni għandha tirreġistra r-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet f’rapporti li jkun fihom, partikolarment, it-tagħrif li hemm provvediment dwaru fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 16 1. Bla ħsara għall-paragrafu 2, rigward il-kontenut ta’ proteina, ta’ umidità u ta’ xaħam fil-ħalib xkumat jew fit-trab tal-ħalib xkumat inkorporati, l-ispezzjoni għandha ssir qabel, jew l-aktar tard fiż-żmien ta’ l-użu tagħhom, sewwa jekk mhux mibdula u sewwa jekk fl-għamla ta’ taħlita, fil-manifattura tat-tip ta’ l-għalf kompost jew l-użu tagħhom mhux mibdul fil-manifattura ta’ trab tal-ħalib xkumat dinaturizzat 2. Meta t-trab tal-ħalib użat, sew jekk mhux mibdul jew f’taħlita, jiġi direttament mill-fond tal-fabbrika fejn jiġi prodott, l-ispezzjoni li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 2 tista’ ssir qabel ma t-trab iħalli l-fond tal-fabbrika msemmija. F’dan il-każ għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin: (a) l-aġenzija ta’ l-ispezzjoni interessata għandha tieħu l-azzjoni kollha meħtieġa sabiex tassigura li l-kwantità ta’ trab tal-ħalib xkumat ivverifikat jiġi attwalment użat fil-manifattura ta’ tipi ta’ l-għalf kompost jew tat-trab tal-ħalib xkumat dinaturizzat (b) l-ixkejjer, il-pakketti u l-kontenituri li fihom jitqiegħed it-trab tal-ħalib xkumat għandhom iġorru t-tagħrif rilevanti li jidentifika t-trab u l-fond tal-fabbrika u għandhom juru d-data tal-manifattura, l-użin nett u l-kontenut tal-proteina, ta’ l-umidità u tax-xaħam fit-trab; (ċ) ir-reġistrazzjoni ta’ l-ispezzjonijiet imfassla mill-aġenzija ta’ l-ispezzjoni għandha: (i) tidentifika t-trab tal-ħalib xkumat u tiddikjara, b’mod partikolari, il-kwantità tat-trab, il-kontenut tal-proteina, ta’ l-umidità u tax-xaħam u d-data tal-manifattura; (ii) takkumpanja t-trab tal-ħalib xkumat sakemm jiġi inkorporat fit-tipi ta’ l-għalf kompost, (iii) titwaħħal mar-reġistrazzjonijiet li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 14(1). Artikolu 17 1. L-arranġamenti għall-ispezzjoni ta’ l-użu tal-ħalib xkumat u tat-trab tal-ħalib xkumat, sew jekk mhux mibdul jew f’taħlita, fil-manifattura ta’ tipi ta’ l-għalf kompost għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri interessati u jridu jwettqu mill-anqas il-kondizzjonijiet iddikjarati fil-paragrafi 2 sa 5. 2. L-ispezzjoni ta’ l-impriżi kkonċernati għandha, partikolarment, tkopri: (a) il-kompożizzjoni tal-ħalib xkumat u tat-trab tal-ħalib xkumat użati mhux mibdula; (b) il-kompożizzjoni tat-taħlitiet użati; (ċ) il-kompożizzjoni tat-tipi ta’ l-għalf kompost immanifatturat. 3. L-ispezzjoni ta’ l-impriżi għandha ssir fuq il-fond u għandha jkollha x’taqsam b’mod partikolari mal-kondizzjonijiet tal-manifattura kif stabbiliti billi: (a) tiġi spezzjoniata l-materja prima użata; (b) jiġu vverifikati l-prodotti li jidħlu u li joħorġu; (ċ) jittieħdu kampjuni; (d) jiġu vverifikati r-reġistri li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 14(1). 4. L-ispezzjonijiet għandhom isiru mingħajr avviż minn qabel u għall-anqas darba kull 14-il-ġurnata tal-manifattura. Il-frekwenza tagħhom għandha tiġi stabbilità fuq il-bażi tal-kwantitajiet tat-trab tal-ħalib xkumat użat mill-impriża u skond il-frekwenza li biha l-kontijiet jiġu miflija permezz tal-paragrafu 5. L-impriżi li ma jużawx il-ħalib xkumat jew it-trab tal-ħalib xkumat il-ħin kollu għandhom jibagħtu l-programm tagħhom tal-manifattura bil-quddiem lill-aġenzija ta’ l-ispezzjoni ta’ l-Istat Membru interessat hekk li din ta’ l-aħħar tkun tista’ tirranġa l-ispezzjonijiet korrispondenti. Il-frekwenza ta’ l-ispezzjoni ta’ hawn fuq ma għandhiex tapplika fil-każi meta l-manifattura ta’ tipi ta’ l-għalf kompost tkun soġġetta għal spezzjoni kontinwa fuq il-fond. 5. L-ispezzjonijiet li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 4 għandhom jiġu ssupplimentati bi skrutinju bir-reqqa u mhux imħabbar tad-dokumenti kummerċjali u tar-reġistri li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 14(1). Dan l-iskrutinju għandu jitwettaq għall-anqas darba kull 12-il xahar. Meta l-iskrutinju jitwettaq mill-anqas darba kull tliet xhur, il-frekwenza ta’ l-ispezzjonijiet li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 3 tista’ titnaqqas minn għall-anqas darba kull 14-il jum għal mill-anqas darba kull 28 jum tal-manifattura. Artikolu 18 1. Il-manifattura tat-trab tal-ħalib xkumat dinaturizzat għandha tiġi spezzjoniata fuq il-fond mill anqas darba kuljum waqt ix-xogħol tad-di-naturizzazzjoni. 2. L-impriżi li jimmanifatturaw it-trab tal-ħalib xkumat dinaturizzat għandhom jinnotifikaw lill-aġenzija kompetenti, qabel il-manifattura, b’ittra jew b’kull mezz ieħor ta’ telekomunikazzjoni bil-miktub, dwar: (a) in-numru ta’ l-approvazzjoni tal-fabbrika; (b) il-kwantità ta’ trab tal-ħalib xkumat li jrid jiġi dinaturizzat; (ċ) il-post fejn issir id-di-naturizzazzjoni; (d) id-dati ppjanati ta’ meta ssir id-di-naturizzazzjoni. L-aġenzija kompetenti għandha tiffissa l-limitu taż-żmien għan-notifika tad-dati tal-manifattura u tista’ titlob tagħrif addizzjonali. Artikolu 19 Bla ħsara għall-Artikolu 20, il-metodi ta’ referenza li jridu jiġu użati għall-analiżi li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament għandhom ikunu dawk fil-lista mħejjija permezz ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2721/95. Artikolu 20 1. Il-kontenut tat-trab tal-ħalib xkumat u tat-tipi ta’ l-għalf kompost għandu jiġi stabbilit billi kull kampjun jiġi ttestjat mill-anqas b’duplikazzjoni b’mod konformi mal-metodu ta’ l-analiżi speċifikat fl-Anness III, issupplimentat bil-verifiki li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 17(3). Jekk tinqala’ diskrepanza bejn ir-riżultati ta’ dawn il-verifiki, ir-riżultat ta’ l-ispezzjoni fuq il-post għandha tkun dik konklużiva. 2. In-nuqqas ta’ xorrox tat-tames għandu jiġi ppruvat bil-proċedura abbozzata fl-Anness IV. 3. Il-kontenut tal-lamtu fit-tipi ta’ l-għalf kompost għandu jiġi stabbilit bil-verifiki li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 17(3), li jridu jiġu ssupplimentati b’analiżi kwalitattiva bl-użu tal-metodu ddikjarat fl-Anness V. 4. Il-kontenut ta’ l-umdità tat-trab tax-xorrox aċiduż għandu jiġi stabbilit bl-użu tal-metodu deskritt fl-Anness VI. 5. Il-kontenut ta’ dqiq ta’ lucerne jew tal-ħaxix mitħun, il-kontenut tal-lamtu u l-kontenut ta’ l-ismida mill-ħut fit-trab tal-ħalib xkumat dinaturizzat għandhom jiġu stabbiliti jew b’analiżi fil-laboratorju jew bi spezzjoni fuq il-post li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 18(1). Artikolu 21 Sabiex jitwettqu t-testijiet analitiċi li hemm provvediment dwarhom f’dan il-Kapitolu, l-Istati Membri jistgħu, wara li jiksbu l-kunsens tal-Kummissjoni, jistabbilixxu taħt is-sorveljanza tagħhom, sistema ta’ verifiki minnhom infushom għal ċerti impriżi approvati. Sezzjoni 3 Il-ħlas ta’ l-għajnuna Artikolu 22 1. L-ammont ta’ l-għajnuna għandu jkun dak li japplika jew fil-jum li fih il-ħalib xkumat jew it-trab tal-ħalib xkumat jiġu pproċessati f’tipi ta’ l-għalf kompost jew fil-jum li fih it-trab tal-ħalib xkumat jiġi dinaturizzat, skond kif ikun il-każ. 2. L-għajnuna għandha titħallas mill-awtorità kompetenti nnominata mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ikun illokalizzat il-fabbrikant li juża l-ħalib xkumat jew it-trab tal-ħalib xkumat jew biex jimmanifattura tipi ta’ l-għalf kompost jew għad-di-naturizzazzjoni, skond kif ikun il-każ. 3. L-għajnuna għandha titħallas fuq il-bażi ta’ l-applikazzjonijiet ippeżentati mill-fabbrikanti tat-tipi ta’ l-għalf kompost jew tat-trab tal-ħalib xkumat dinaturizzat (minn issa ’l quddiem imsejħa "l-benefiċjarji") lill-awtorità kompetenti, fejn jindikaw: (a) l-isem u l-indirizz tal-benefiċjarju; (b) il-kwantità ta’ ħalib xkumat jew tat-trab tal-ħalib xkumat li għalihom tintalab l-għajnuna, b’indikazzjoni dwar il-kontenut tal-proteina; (ċ) fejn japplika, il-kwantità tat-tipi ta’ l-għalf kompost li fih ikun ġie inkorporat il-ħalib xkumat jew it-trab tal-ħalib xkumat li hemm referenza dwarhom fil-(b), b’indikazzjoni ta’ kull numru rilevanti tal-lottijiet tal-manifattura. 4. Il-għajnuna għandha titħallas f’intervalli taż-żmien li jridu jiġu ffissati mill-Istat Membru, imma l-perjodu taż-żmien kopert bl-applikazzjoni għall-ħlas ma jistax jeċċedi xahar. Artikolu 23 1. Il-ħlas ta’ l-għajnuna għandu jkun bla ħsara għall-kondizzjonijiet iddikjarati fil-paragrafi 2 sa 4. 2. Ir-riżultati ta’ l-analiżi li hemm provvediment dwarhom f’dan il-Kapitolu u l-verifiki li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 15 li għandhom x’jaqsmu mal-perjodu taż-żmien tal-ħlas immedjatament qabel dak li għalih l-għajnuna tiġi mitluba jridu juru li ġew imħarsa d-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu. 3. Il-benefiċjarji jridu juru għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità kompetenti li l-kwantità korrispondenti tal-ħalib xkumat jew tat-trab tal-ħalib xkumat ikunu ġew ipproċessati f’tipi ta’ l-għalf kompost jew dinaturizzati matul il-perjodu taż-żmien kopert bl-applikazzjoni għall-għajnuna. 4. Fil-każi koperti bl-Artikolu 12, il-benefiċjarji għandhom ifornu d-dokumenti ta’ l-appoġġ li jistabbilixxu għas-sodisfazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti li t-tipi ta’ l-għalf kompost ikunu ġew attwalment ikkunsinjati bit-tank jew bil-kontenitur lir-razzett jew lill-impriża tat-trobbija jew tas-simna li tuża dawn it-tipi ta’ għalf. Artikolu 24 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25, jekk ir-riżultati ta’ l-analiżi li hemm provvediment dwarhom f’dan il-Kapitolu u l-verifiki li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 15 juru li l-applikant ma kienx konformi ma’ dan il-Kapitolu matul il-perjodu preċedenti taż-żmien tal-ħlas, il-ħlas ta’ l-għajnuna għall-perjodu taż-żmien kopert bl-applikazzjoni korrenti għandu jiġi sospiż sakemm jinħarġu r-riżultati tal-verifiki magħmula matul il-perjodu taż-żmien f’dan il-każ. B’żieda ma’ dan, kull għajnuna mħallsa mhux kif mistħoqq għall-perjodu kkonċernat taż-żmien preċedenti għandu jkun irkuprat. 2. L-ammont ta’ l-għajnuna mħallsa mhux kif mistħoqq għandu jkun dak imħallas għall-ħalib xkumat u t-trab tal-ħalib xkumat kollha użati matul il-perjodu taż-żmien bejn id-data ta’ l-aħħar spezzjoni li ma tkun qajmet l-ebda osservazzjoni u d-data ta’ l-ispezzjoni li tindika li l-benefiċjarju ikun reġa’ beda li jkun konformi ma dan ir-Regolament. B’dankollu, jekk il-benefiċjarji hekk jitlob, l-awtorità responsabbli mill-ispezzjonijiet għandha twettaq investigazzjoni speċjali malajr kemm jista’ jkun, bl-ispejjeż jitħallsu minn ta’ l-ewwel. Jekk jiġi muri li l-kwantità tkun anqas minn dik li hemm referenza dwarha fl-ewwel subparagrafu, l-ammont li jrid jiġi rkuprat għandu jiġi aġġustat kif xieraq. Artikolu 25 Meta tintlaħaq il-kondizzjoni stabbilità fl-Artikolu 23(3), l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw li jsir ħlas bil-quddiem, fit-tifsira ta’ l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 [18], għal ammont egwali għall-ammont ta’ l-għajnuna li tkun saret applikazzjoni għalih, bla ħsara għad-depożitu tal-garanzija egwali għal 110 % ta’ l-ammont bil-quddiem. F’dan il-każ, id-dokumenti ta’ l-appoġġ li jippruvaw l-intitolament għall-għajnuna għandhom jiġu fornuti fi żmien sitt xhur wara l-ħlas bil-quddiem. KAPITOLU III IL-BEJGĦ TAL-ĦALIB XKUMAT MILL-ĦAŻNIET PUBBLIĊI Sezzjoni 1 L-organizzazzjoni u l-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta’ l-offerti Artikolu 26 1. It-trab tal-ħalib xkumat għandu jiġi mibjugħ fuq stendina permanenti għall-offerti organizzata minn kull aġenzija ta’ l-intervent. 2. Il-bejgħ għandu jirrigwarda t-trab tal-ħalib xkumat imdaħħal fil-ħażna qabel il-31 ta’ Diċembru 1997. 3. Għandha tiġi ppubblikata stedina permanenti fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mill-anqas tmint ijiem qabel l-ewwel data ta’ l-għeluq stabbilita għall-preżentazzjoni ta’ l-offerti. 4. L-aġenziji ta’ l-intervent għandhom ifasslu avviż għall-istedina għall-offerti fejn jindikaw partikolarment id-data ta’ l-għeluq u l-indirizz għall-preżentazzjoni ta’ l-offerti. Għandhom jindikaw ukoll, għat-trab tal-ħalib xkumat miżmum għandhom: (a) il-lokazzjoni ta’ l-imħażen fejn ikun maħżun it-trab għall-bejgħ, (b) il-kwantità għall-bejgħ f’kull maħżen. 5. L-aġenziji ta’ l-intervent għandhom iżommu lista aġġornata tat-tagħrif li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 4, li għandhom ikunu disponibbli għad-disposizzjoni tal-partijiet interessati fuq talba. Għandhom ukoll jippubblikaw f’għamla xierqa l-aġġornamenti regolari tal-lista, li trid tiġi indikata fl-avviż għall-istedina ta’ l-offerti. 6. L-aġenziji ta’ l-intervent għandhom jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa sabiex jgħinu lill-partijiet interessati: (a) biex jeżaminaw kampjuni tat-trab tal-ħalib xkumat maħruġ għall-bejgħ bl-ispejjeż għalihom infushom qabel jissottomettu offerta; (b) biex jivverifikaw ir-riżultati ta’ l-analiżi li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 322/96 [19]. Artikolu 27 1. L-agenziji ta’ l-intervent għandhom jorganizzaw okkażjonijiet individwali għall-ħruġ ta’ l-offerti matul it-terminu tal-validità ta’ l-istedina permanenti għall-offerti. 2. Id-data ta’ l-għeluq għall-preżentazzjoni ta’ l-offerti għal kull okkażjoni individwali għandha tkun nofs in-nhar (ħin ta’ Brussel) tat-tieni u r-raba’ nhar ta’ Tlieta tax-xahar, għajr għat-tieni nhar ta’ Tlieta ta’ Awissu u r-raba’ nhar ta’ Tlieta ta’ Diċembru. Jekk in-nhar ta’ Tlieta jkun btala pubblika, il-limitu taż-żmien għandu jkun nofs in-nhar (ħin ta’ Brussel) tal-jum tax-xogħol ta’ qabel. Artikolu 28 1. It-trab tal-ħalib xkumat mibjugħ permezz ta’ dan il-Kapitolu għandu jikkwalifika għall-għajnuna li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 1(a). 2. L-offerti għal kull okkażjoni individwali għandhom jiġu ppreżentati b’ittra rreġistrata jew ikkunsinjata bl-idejn lill-aġenzija ta’ l-intervent li għaliha għandha tingħata rċevuta ta’ għarfien, jew b’kull mezz ieħor ta’ telekomunikazzjoni bil-miktub. L-offerti għandhom jiġu ppreżentati lill-aġenzija ta’ l-intervent li tkun qiegħda żżomm it-trab tal-ħalib xkumat li għalih issir l-offerta. 3. L-offerti għandhom jiddikjaraw: (a) l-isem u l-indirizz ta’ min jagħmel l-offerta; (b) il-kwantità mixtieqa; (ċ) il-prezz fl-EUR offrut għal kull 100 kilogramma, li ma jinkludix it-taxxi u l-ħlasijiet nazzjonali, ex-maħżen; (d) l-Istat Membru li fih irid isir l-ipproċessar f’tipi ta’ għalf kompost jew tad-di-naturizzazzjoni; (e) jekk xieraq, il-maħżen fejn ikun miżmum it-trab tal-ħalib xkumat u, jekk mixtieq, maħżen minfloku. 4. L-offerti ma jkunux validi għajr jekk: (a) ikollhom x’jaqsmu ma’ mill-anqas 10 tunnellati metriċi; b’dankollu, jekk il-kwantità disponibbli fil-maħżen tkun ta’ anqas minn 10 tunnellati metriċi, il-kwantità minima li għaliha jsiru l-offerti għandha tkun l-ammont attwalment disponibbli; (b) ikunu akkumpanjati mill-wiegħda bil-miktub ta’ min jagħmel l-offerti li jħares il-ħtiġiet li ġejjin: (i) li jipproċessa t-trab tal-ħalib xkumat jew iġiegħel li jiġi pproċessat f’tipi ta’ l-għalf kompost jew fi trab tal-ħalib xkumat dinaturizzat fi żmien 60 jum mid-data ta’ l-għeluq tas-sottomissjoni ta’ l-offerti rigward kull okkażjoni individwali ta’ l-offerti kif speċifikat fl-Artikolu 27(2); (ii) li jkun konformi ma dan ir-Regolament jew jassigura li jkun hemm konformità miegħu. (ċ) li tiġi pprovvduta prova li min jitfa’ l-offerta jkun iddepożita garanzija fuq l-offerta ta’ 36 EUR għal kull tunnellata metrika, fl-Istat Membru fejn l-offerta tkun ippreżentata, rigward l-offerti f’dak il-każ qabel id-data ta’ l-għeluq għall-preżentazzjoni ta’ l-offerti. 5. L-offerti ma jistgħux jiġu rtirati wara d-data ta’ l-għeluq li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 27(2). Artikolu 29 Għall-iskopijiet tal-garanzija fuq l-offerta li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 28(4)(c), il-ħtiġiet ewlenija fit-tifsira ta’ l-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85 għandhom ikunu li l-offerti jkunu miżmuma wara d-data ta’ l-għeluq għal-preżentazzjonijiet ta’ l-offerti, li tkun iddepożitata l-garanzija tal-proċessar li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 30(3) u li l-prezz jitħallas. Sezzjoni 2 L-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ l-offerti Artikolu 30 1. Mad-data ta’ l-għeluq li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 27(2), l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet u l-prezzijiet offruti minn dawk li jitfgħu l-offerti u bil-kwantità ta’ trab tal-ħalib xkumat offrut għall-bejgħ. 2. Il-Kummissjoni għandha tiffissa prezz minimu tal-bejgħ għat-trab tal-ħalib xkumat fuq il-bażi ta’ l-offerti riċevuti f’kull okkażjoni u b’mod konformi mal-proċedura stabbilità fl-Artikolu 42 tar-Regolament (KEE) Nru 1255/1999. Dan il-prezz jista’ jvarja skond l-għomor u l-post tal-kwantitajiet tat-trab tal-ħalib xkumat offruti għall-bejgħ. Jista’ jiġi deċiż li ma jiġi mogħti l-ebda appalt f’dik l-okkażjoni. 3. Il-Kummissjoni għandha tiffissa l-ammont tal-garanzija ta’ l-ipproċessar fuq kull 100 kilogramma ta’ trab tal-ħalib xkumat fl-istess waqt mal-prezz minimu tal-bejgħ u b’mod konformi ma’ l-istess proċedura. L-għan tal-garanzija ta’ l-ipproċessar għandu jkun li jassigura t-twettiq tal-ħtieġa ewliena, fit-tifsira ta’ l-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85, li t-trab tal-ħalib xkumat jiġi użat b’mod konformi mal-wiegħda li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 28(4)(b). Din il-garanzija għandha tiġi ddepożitata fl-Istat Membru li fih isir l-ipproċessar f’tipi ta’ għalf kompost jew id-di-naturizzazzjoni, mal-korp innominat minn dan l-Istat Membru. Artikolu 31 L-offerti għandhom ikunu miċħuda jekk il-prezz offrut ikun aktar baxx mill-prezz minimu. Artikolu 32 1. L-aġenzija ta’ l-intervent għandha tagħżel ir-rebbieħ b’mod konformi mar-regoli stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5. 2. It-trab tal-ħalib xkumat għandu jiġi allokat fuq il-bażi tad-data tad-dħul tiegħu fil-ħażna, billi jinbeda mill-eqdem prodott tal-kwantità totali disponibbli fil-maħżen/imħażen innominat/i minn min jitfa’ l-offerta. 3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 31, ir-rebbieħ ta’ l-offerta għandu jkun dak li joffri l-ogħla prezz. Jekk ma tiġix allokata l-kwantità kollha disponibbli, il-bqija għandha tinqasam bejn dawk l-oħrajn li jitfgħu l-offerti fuq il-bażi tal-prezzijiet mogħtija fl-offerta, u jibdew bl-ogħla prezz offrut. 4. Meta l-aċċettazzjoni ta’ l-offerta tirriżulta f’li jiġu konċessi kuntratti li jeċċedu l-kwantità disponibbli tat-trab tal-ħalib xkumat f’maħżen partikolari, għandha tiġi konċessa lil min jieħu l-offerta fil-kwistjoni l-kwantità disponibbli biss. B’dankollu, l-aġenzija ta’ l-intervent tista’ tinnomina mħażen oħrajn sabiex tlaħħaq mal-kwantità ddikjarata fl-offerta, basta iżda li min jirbaħ l-offerta jaqbel ma’ dan. 5. Meta l-aċċettazzjoni ta’ żewġ offerti jew aktar li joffru l-istess prezz għat-trab tal-ħalib xkumat f’maħżen partikolari twassal li jiġu konċessi kuntratti li jeċċedu l-ammont disponibbli, il-konċessjoni għandha ssir bl-allokazzjoni tal-kwantità fil-proporzjon tal-kwantitajiet li għalihom tkun saret l-offerta. B’dankollu, jekk din l-allokazzjoni twassal għall-konċessjoni ta’ kwantitajiet ta’ anqas minn ħames tunnellati metriċi, il-konċessjoni għandha ssir bit-tlugħ tax-xorti. Artikolu 33 Id-drittijiet u l-obbligi li joħroġu b’konnessjoni ma’ l-istedina għall-offerti ma għandhomx ikunu trasferibbli. Artikolu 34 1. L-aġenzija ta’ l-intervent għandha tgħarraf mill-ewwel lil min jitfa’ l-offerti bir-riżultat tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-istedina għall-offerti. Għandhom jiġu rrilaxxjati immedjatament il-garanziji li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 29 li jkunu ġew iddepożitati fuq l-offerti li ma jkollhomx suċċess. 2. Qabel ma jieħdu t-trab tal-ħalib xkumat u fil-perjodu taż-żmien speċifikat fl-Artikolu 35(2), dawk li jirbħu l-offerta għandhom iħallsu lill-aġenzija ta’ l-intervent l-ammont li jikkorrespondi ma’ l-offerta tagħhom, għal kull kwantità li jixtiequ jirtitaw u għandhom jiddepożitaw l-offerta ta’ l-ipproċessar li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 30(3). Artikolu 35 1. Ladarba jkun tħallas l-ammont li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 34(2) u tkun ġiet iddepożitata l-garanzija li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 30(3), l-aġenzija ta’ l-intervent għandha tirrilaxxja l-garanzija fuq l-offerta li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 29 u toħroġ ordni għall-ħruġ li tindika: (a) il-kwantità li rigward tagħha jkunu ntlaħqu l-ħtiġiet imsemmija hawn fuq; (b) il-maħżen li fih ikun maħżun it-trab tal-ħalib xkumat; (ċ) id-data finali għat-tneħħija tat-trab tal-ħalib xkumat; (d) id-data finali ta’ l-ipproċessar f’tipi ta’ l-għalf kompost jew id-di-naturizzazzjoni. 2. Ir-rebbieħa ta’ l-offerti għandhom jieħdu t-trab tal-ħalib xkumat konċess lilhom fi żmien 30 jum mid-data ta’ l-għeluq għall-preżentazzjoni ta’ l-offerti. It-tneħħija tista’ ssir bin-nifs. Għajr f’każijiet ta’, jekk it-trab tal-ħalib xkumat ma jitneħħiex fil-perjodu taż-żmien preskritt fl-ewwel subparagrafu, l-ispejjeż tal-ħażna għandhom jinġarru mir-rebbieħ ta’ l-offerta, għar-riskju tiegħu, mid-data ta’ wara dik li fiha jkun skada l-perjodu taż-żmien. 3. It-trab tal-ħalib xkumat għandu jingħata mill-aġenzija ta’ l-intervant f’pakketti li jġorru referenza għal dan ir-Regolament b’karattri li jidhru u jinqraw biċ-ċar. Fuq it-talba tal-parti interessata, l-aġenzija ta’ l-intervent għandha toħroġ kopja taċ-ċertifikat li tindika l-kompożizzjoni tal-prodotti mixtrija, kif hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 322/96. 4. B’żieda mat-tagħrif li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3002/92( [20]), is-Sezzjoni 104 tal-kopja tal-kontroll T5 irid ikun fiha waħda jew aktar mid-dikjarazzjonijiet elenkati fil-lista fl-Anness II.D. Is-Sezzjoni 106 trid turi d-data finali ta’ l-ipproċessar f’tipi ta’ l-għalf kompost jew tad-di-naturizzazzjoni. KAPITOLU IV DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI Artikolu 36 Ir-Regolamenti (KEE) Nru 1105/68, (KEE) Nru 1725/79, (KEE) Nru 1634/85, (KEE) Nru 3398/91, (KEE) Nru 3536/91 u (KE) Nru 1043/97 huma hawnhekk imħassra. Ir-referenzi għar-Regolamenti (KEE) Nru 1725/79 u (KEE) Nru 3398/91 għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal dan ir-Regolament. Artikolu 37 Il-pakketti stampati bil-quddiem li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 4(2) u (4) tar-Regolament (KEE) Nru 1725/79 jistgħu jissoktaw jintużaw sat-30 ta’ Ġunju 2000. L-approvazzjoni konċessa permezz ta’ l-Artikolu 4(5) u l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1725/79 għandha tibqa’ valida għall-iskopijiet sabiex jiġi applikat dan ir-Regolament. Ir-Regolament (KEE) Nru 1725/79 għandu jissokta japplika għall-kwatitajiet ta’ trab tal-ħalib xkumat konċessi permezz tar-Regolament (KEE) Nru 3398/91. Artikolu 38 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2000. Għandu japplika biss għall-kwantitajiet tal-ħalib xkumat u tat-trab tal-ħalib xkumat ipproċessati f’tipi ta’ l-għalf kompost jew tat-trab tal-ħalib xkuma dinaturizzat sa minn dik id-data. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttanment fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-17 ta’ Diċembru 1999. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 48. [2] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13. [3] ĠU L 206, tas-16.8.1996, p. 21. [4] ĠU L 169, tat-18.7.1968, p. 4. [5] ĠU L 174, tas-26.7.1995, p. 27. [6] ĠU L 199, tas-7.8.1979, p. 1. [7] ĠU L 17, tat-23.1.1996, p. 3. [8] ĠU L 320, tat-22.11.1991, p. 16. [9] ĠU L 16, tal-21.1.1999, p. 19. [10] ĠU L 158, tat-18.6.1985, p. 7. [11] ĠU L 152, tal-11.6.1997, p. 6. [12] ĠU L 283, tal-25.11.1995, p. 7. [13] ĠU L 335, tas-6.12.1991, p. 8. [14] ĠU L 304, tas-27.11.1999, p. 21. [15] ĠU L 184, tad-29.6.1968, p. 24. [16] ĠU L 86, tas-6.4.1979, p. 30. [17] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1. [18] ĠU L 205, tat-3.8.1985, p. 5. [19] ĠU L 45, tat-23.2.1996, p. 5. [20] ĠU L 301, tas-17.10.1992, p. 17. -------------------------------------------------- ANNESS I IT-TESTIJIET ANALITIĊI Id-disposizzjonijiet adottati b’mod konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 70/373/KEE tal-20 ta’ Lulju 1970 dwar l-introduzzjoni ta’ metodi Komunitarji ta’ kampjunar u ta’ l-analiżi għall-kontroll uffiċjali tat-tipi ta’ l-għalf (ĠU L 170, 3.8.1970, p. 21) għandhom japplikaw għall-kampjunar permezz ta’ dan ir-Regolament. A. Għat-trab tal-ħalib xkumat mhux mibdul 1. Id-determinazzjoni ta’: (a) il-kontenut ta’ l-umdità (b) il-kontenut ta’ proteina (ċ) il-kontenut ta’ xaħam. 2. Is-sejbien ta’ prodotti oħra b’mod konformi ma’ l-arranġamenti stabbiliti mill-awtoritajiet nazzjonali: (a) il-lamtu u l-lamtu minfuħ (b) il-ħaxix mitħun jew id-dqiq ta’ lucerne (ċ) ix-xorrox tat-tames (d) l-ismida tal-ħut (e) is-sustanzi l-oħra, b’mod partikolari x-xorrox aċiduż, li l-awtoritajiet nazzjonali jinħtieġu li jkunu misjuba. B. Għat-trab tal-ħalib xkumat inkorporat f’taħlita Testijiet b’żieda ma’ dawk li hemm referenza dwarhom fl-A. Id-determinazzjoni ta’: (a) il-kontenut tat-trab tal-ħalib xkumat (b) il-kontenut tax-xaħam, inklużi l-aġenti tekniċi liposolubbli. C. Għat-trab tal-ħalib dinaturizzat Testijiet b’żieda ma’ dawk li hemm referenza dwarhom fl-A. 1. Meta it-trab jiġi dinaturizzat bl-użu tal-Formola A: Id-determinazzjoni ta’: (a) il-kontenut ta’ ħaxix mitħun jew ta’ dqiq lucerne (b) il-kontenut tal-lamtu. Il-kejl tad-daqs tal-partikola fil-ħaxix mitħun jew fid-dqiq lucerne. 2. Meta it-trab jiġi dinaturizzat bl-użu tal-Formola B: Id-determinazzjoni ta’: (a) il-kontenut ta’ ħaxix mitħun jew tad-dqiq lucerne (b) il-kontenut tal-lamtu (ċ) il-kontenut ta’ l-ismida tal-ħut. Il-kejl tad-daqsijiet tal-partikoli ta’: (a) il-ħaxix mitħun jew id-dqiq lucerne (b) l-ismida tal-ħut. Ir-riħa tista’ tiġi ttestjata biż-żieda ta’ trab inert qabel id-di-naturizzazzjoni (trattib 1:20) jew wara d-di-naturizzazzjoni (trattib 1:2). Għandha tibqa’ tinxtamm riħa karatteristika, qawwija. D. Għat-tipi ta’ l-għalf kompost Id-determinazzjoni ta’: (a) il-kontenut ta’ trab tal-ħalib xkumat (b) il-kontenut tal-ħaxix mitħun jew tad-dqiq lucerne (ċ) il-kontenut ta’ xaħam. Is-sejbien tal-lamtu. Il-kejl tad-daqs tal-partikoli fil-ħaxix mitħun jew fid-dqiq lucerne (ivverifikat qabel ma jiġu inkorporati) -------------------------------------------------- ANNESS II A. It-tagħrif li għandu jkun muri fuq il-pakketti tat-taħlitiet - Mezcla destinada a la fabricación de piensos compuestos - Reglamento (CE) no 2799/1999 - Blanding bestemt til fremstilling af foderblandinger - Forordning (EF) nr. 2799/1999 - Mischung zur Herstellung von Mischfutter - Verordnung (EG) Nr. 2799/1999 - Μειγμα πον προοριζετα για την παρασκευη συνετν ζωοτροφων - Κανονισμοζ (ΕΚ) αρι. 2799/1999 - Mixture intended for the manufacture of compound feedingstuffs - Regulation (EC) No 2799/1999 - Mélange destiné à la fabrication d’aliments composés - Règlement (CE) no 2799/1999 - Miscela destinata alla fabbricazione di alimenti composti - Regolamento (CE) n. 2799/1999 - Voor de vervaardiging van mengvoeders bestemd mengsel - Verordening (EG) nr. 2799/1999 - Mistura destinada ao fabrico de alimentos compostos - Regulamento (CE) n.o 2799/1999 - Rehuseosten valmistukseen tarkoitettu esiseos - asetus (EY) N:o 2799/1999 - Blandning avsedd för framställning av foderblandningar - Förordning (EG) nr 2799/1999 B. It-tagħrif li għandu jkun muri fuq il-pakketti tat-tipi ta’ l-għalf kompost - Pienso compuesto que contiene leche desnatada en polvo - Reglamento (CE) no 2799/1999 - Foderblanding med indhold af skummetmælkspulver - Forordning (EF) nr. 2799/1999 - Magermilchpulver enthaltendes Mischfutter - Verordnung (EG) Nr. 2799/1999 - Συνετη ζωοτροφη που περιεχει αποκορυφωμενο γαλα σκονη — Κανονισμοζ (ΕΚ) αρι. 2799/1999 - Compound feedingstuff containing skimmed-milk powder - Regulation (EC) No 2799/1999 - Aliment composé pour animaux contenant du lait écrémé en poudre - Règlement (CE) no 2799/1999 - Alimento composto per animali contenente latte scremato in polvere - Regolamento (CE) n. 2799/1999 - Mageremelkpoeder bevattend mengvoeder - Verordening (EG) nr. 2799/1999 - Alimento composto para animais com leite em pó desnatado - Regulamento (CE) n.o 2799/1999 - Rasvatonta maitojauhetta sisaltavä rehuseos - asetus (EY) N:o 2799/1999 - Foderblandning innehållande skummjölkspulver - Förordning (EG) nr 2799/1999 C. It-tagħrif speċifiku li jrid jiddaħħal fit-Sezzjoni 104 tal-kopja tal-kontroll T5 jekk il-prodott jiġi kkunsinjat b’tank jew b’kontenitur - Piensos compuestos destinados a una explotación agraria o una explotación pecuaria o de engorde que utilice los piensos compuestos - Reglamento (CE) no 2799/1999 - Foderblanding til brug på en landbrugsbedrift, en opdrætnings-eller en opfedningsvirksomhed - Forordning (EF) nr. 2799/1999 - Für landwirtschaftliche Betriebe bzw. Aufzucht-oder Mastbetriebe bestimmtes Mischfutter - Verordnung (EG) Nr. 2799/1999 - Συνετεζ ξωοτροφεζ που α χρησιμοποιηουν απο γεωργικη εκμεταλλευοη η κτηνοτροφικη εκμεταλλευοη η εκμεταλλευοη παχυνσεωζ — Κανονισμοζ (ΕΚ) αρι. 2799/1999 - Compound feedingstuffs bound for a farm or breeding or fattening concern which uses feedingstuffs - Regulation (EC) No 2799/1999 - Aliments composés pour animaux destinés à une exploitation agricole ou à une exploitation d’élevage ou d’engraissement utilisatrice - Règlement (CE) no 2799/1999 - Alimenti composti per animali destinati ad un’azienda agricola o ad un’azienda dedita all’allevamento o all’ingrasso che utilizzano gli alimenti composti - Regolamento (CE) n. 2799/1999 - Mengvoeder, bestemd voor een dit voeder gebruikend landbouwbedrijf of veeteelt-of veemesterijbedrijf - Verordening (EG) nr. 2799/1999 - Alimentos compostos para animais destinados a uma exploração agrícola, pecuária ou de engorda utilizadora - Regulamento (CE) n.o 2799/1999 - Maatilalle, jalostuskarjatilalle tai lihakarjatilalle tarkoitettu rehuseos - asetus (EY) N:o 2799/1999 - Foderblandningar avsedda att användas i ett jordbruksföretag, eller för uppfödning eller gödning - Förordning (EG) nr 2799/1999 D. Tagħrif speċifiku li jrid jiddaħħal fit-Sezzjoni 104 tal-kopja tal-kontroll T5 fil-każ tat-trab tal-ħalib xkumat mibjugħ mill-ħażna pubblika - Debe transformarse en piensos compuestos o desnaturalizarse - Reglamento (CE) no 2799/1999 - Skal forarbejdes til foderblandinger eller denatureres - Forordning (EF) nr. 2799/1999 - Zur Verarbeitung zu Mischfutter oder zur Denaturierung - Verordnung (EG) Nr. 2799/1999 - Να μεταποιηει σε συετεζ ξωοτροφεζ η να μετουσιωει — Κανονισμοζ (ΕΚ) αρι. 2799/1999 - To be processed into compound feedingstuffs or denatured - Regulation (EC) No 2799/1999 - À transformer en aliments composés pour animaux ou à dénaturer - Règlement (CE) no 2799/1999 - Da trasformare in alimenti composti per animali o da denaturare - Regolamento (CE) n. 2799/1999 - Moet tot mengvoeder worden verwerkt of worden gedenatureerd - Verordening (EG) nr. 2799/1999 - Para transformação em alimentos compostos para animais ou desnaturação - Regulamento (CE) n.o 2799/1999 - Rehuseoksiksi jalostettavaksi tai denaturoitavaksi - asetus (EY) N:o 2799/1999 - För bearbetning till foderblandningar eller denaturering - Förordning (EG) nr 2799/1999 -------------------------------------------------- ANNESS III ID-DETERMINAZZJONI KWANTITATTIVA TAT-TRAB TAL-ĦALIB XKUMAT F’TIPI TA’ L-GĦALF KOMPOST BIT-TAGĦQID ENŻIMATIKU TAL-PARA-KASEINA 1. Għan Id-determinazzjoni kwantitattiva tat-trab tal-ħalib xkumat fit-tipi ta’ l-għalf kompost bit-tagħqid enżimatiku tal-para-kaseina. 2. Skop Dan il-metodu japplika għal tipi ta’ l-għalf kompost li jkun fih mill-anqas 10 % ta’ trab tal-ħalib xkumat; kwatitajiet kbar ta’ xorrox u/jew ċerti proteini mhux tal-ħalib jistgħu iwasslu għal intereferenzi, 3. Il-prinċipju tal-metodu 3.1. Billi tinħall il-kaseina li jkun hemm fl-għalf kompost bl-estrazzjoni b’soluzzjoni taċ-ċitrat tas-sodju. 3.2. Bl-aġġustament ta’ l-ijone tal-kalċju għal-livell meħtieġ sabiex jippreċipita l-para-kaseina; biż-żieda tat-tames, il-para-kaseina tat-tames tinkiseb mill-kaseina. 3.3. Il-kontenut nitroġenu tal-preċipitat tal-para-kaseina jiġi stabbilit bil-metodu Kjedahl kif deskritt mil-livell stabbilit 20A 1986 ta’ l-IDF; il-kwantità tat-trab tal-ħalib xkumat tiġi kkalkolata fuq il-bażi ta’ kontenut minimum ta’ kaseina ta’ 27,5 % (ara 9.1.). 4. Ir-reaġenti Ir-reaġenti użati jridu jkunu ta’ grad analitiku. L-ilma użat irid ikun ilma distillat jew ilma ta’ purità ekwivalenti. Bl-eċċezzjoni tat-tames (4.5) ir-reaġenti u s-soluzzjonijiet kollha jridu jkunu ħielsa minn sustanzi nitroġeni. 4.1. Ċitrat tat-trisodju, di-idrat (1 % w/v s-soluzzjoni). 4.2. Klorur tal-kalċju (soluzzjoni 2M). Iżen 20,018 g ta’ CaCO3(grad analitiku) f’reċipjent tal-porċellana ta’ daqs xieraq (150 sa 200 ml) jew f’garafina. Għatti bl-ilma distillat u ttrasferixxi għal fuq banju bl-ilma jagħli. Żid bil-mod il-mod minn 50 sa 60 ml ta’ soluzzjoni HCl (konc. HCl:ilma = 1:1) sabiex tissolubizza għal kollox il-karbonat. Żomm l-ilma jagħli fil-banju sakemm is-CaCl2 jinxef, sabiex telimina l-HCl li ma jkunx irreaġixxa. Ittrasferixxi l-ilma distillat għal ġo flixkun li jkejjel 100 ml u rattab sal-marka. Kejjel il-valur pH, li ma jridx ikun anqas minn 4.0. Aħżen is-soluzzjoni f’refriġeratur. 4.3. 0,1 N idrossidu tas-sodju. 4.4. 0,1 N aċidu idrokloriku. 4.5. Tames likwidu ta’ l-għoġġiela (qawwa tal-livell stabbilit ta’ 1:10000). Aħżen f’refriġeratur f’temperatura minn 4 sa 6 °C. 4.6. Ir-reaġenti sabiex tkun iddeterminata l-kwantitattiva tan-nitroġenu skond il-metodu Kjeldahl kif deskritt bil-livell stabbilit 20A 1986 ta’ L-IDF. 5. L-apparat Apparat komuni tal-laboratorju, li jinkludi: 5.1. Mehrież jew omoġenizzatur 5.2. Miżien analitiku 5.3. Magna ċentrifuga ta’ fuq il-bank tax-xogħol (ta’ bejn 2000 sa 3000 dkm/rpm) b’tubi ta’ 50 ml 5.4. Imgħarfa tat-taħwid manjetika bl-apparat li jmur magħha (ta’ minn 10 sa 15 mm) 5.5. Garafini ta’ minn 150 sa 200 ml 5.6. Fliexken ta’ 250 u 500 ml 5.7. Linbiebet tal-ħġieġ ta’ dijametu minn 60 sa 80 mm 5.8. Filtri li jiffiltraw bil-ħeffa mingħajr irmied ta’ 150 mm fid-dijametru (S.S. 5892, S.S. 595 1/2) 5.9. Pipetti ta’ volumi nominali varji 5.10. Banju ta’ l-ilma kkontrollat termostatikament f’temperatura ta’ 37 °C 5.11. Arloġġ pH 5.12. Immuntar tad-diġestjoni u d-distillazzjoni Kjeldahl bit-tagħmir tat-twaħħil miegħu 5.13. Buretta gradwata kull 25 ml 5.14. Flixkun tal-plastika tal-ħasil għall-ilma distillat 5.15. Spatuli ta’ l-azzar li ma jsaddadx 5.16. Termometri 5.17. Forn għat-tnixxif bit-temperatura kkontrollata. 6. Il-proċedura 6.1. It-tħejjija tal-kampjun. Isħaq fil-mehrież jew omoġenizza fil-mitħna minn 10 sa 20 g tal-kampjun sabiex tikseb taħlita omoġenja. 6.2. It-tlaħlil tat-trab tal-ħalib u l-firda tal-fdalijiet li ma jinħallux. 6.2.1. Iżen 1,000 ± 0,002 g ta’ għalf kompost omoġenizzat sewwa (6.1) direttament f’tubu ċentrifugu ta’ 50 ml. Żid 30 ml ta’ soluzzjoni taċ-ċitrat tat-trisodju (4.1) msaħħan minn qabel għal temperatura ta’ 45 °C. Ħallat bl-għajnuna ta’ l-imgħarfa manjetika tat-taħwid għal mill-anqas ħames minuti. 6.2.2. Iċċentrifuga għal sa 500 g (2000 to 3000 dkm/rpm) għal-10 minuti u kewwes is-supernatant akweju ċar f’garafina ta’ minn 150 sa 200 ml, filwaqt li toqgħod attent li ma jinżel l-ebda materjal liberu fil-qiegħ ma jixtered. 6.2.3. Wettaq żewġ estrazzjonijiet oħra fuq il-fdal, skond l-istess proċedura, billi żżid l-estratti ma’ l-ewwel waħda. 6.2.4. Jekk tifforma kisja żejt fuq il-wiċċ, kessaħ fir-refriġeratur sakemm ix-xaħam jissolidifika u neħħi l-kisja solida bi spatula. 6.3. It-tagħqid/koagulazzjoni tal-kaseina ma’ l-enżimi tat-tames. 6.3.1. Filwaqt li tħawwad bla waqfien, żid qatra qatra 3,4 mm ta’ soluzzjoni saturata ta’ klorur tal-kalċju (4.2) mat-total ta’ l-estratt akweju (madwar 100 ml). Aġġusta l-pH sa 6,4-6,5 ma’ soluzzjonijiet tan-NaOH (4.3) jew tal-HCl (4.4). Qiegħed fil-banju ta’ l-ilma kkontrollat termostatikament f’temperatura ta’ 37 °C għal minn 15 sa 20 minuta sabiex tikseb bilanċ salin. Dan isir aktar evidenti bil-formazzjoni ta’ dardira ħafifa. 6.3.2. Ittrasferixxi l-likwidu f’tubu ċentrifugu (jew tnejn) u ċċentrifuga b’qawwa ta’ 2000 g għal 10 minuti sabiex tneħħi l-materjal ippreċipitat. Ittrasferixxi s-supernatant, mingħajr ma taħsel is-sediment, f’tubu ċentrifugu (jew tnejn). 6.3.3. Erġa’ niżżel it-temperatura tas-supernatant għat-temperatura ta’ 37 °C. Filwaqt li tħawwad l-estratt, żid, qatra qatra, 0,5 ml tat-tames likwidu (4.5). It-tagħqid/koagulazzjoni jiġri f’minuta jew tnejn. 6.3.4. Irritorna l-kampjun fil-banju ta’ l-ilma u ħallih f’temperatura ta’ 37 °C għal 15-il minuta. Neħħi l-kampjun mill-banju u kisser it-taqgħidabit-taħwid. Iċċentrifuga b’qawwa ta’ 2000 g għal 10 minuti. Iffiltra s-supernatant minn ġo filtru xieraq tal-karta [1] (WhatmanNru541 jew ekwivalenti) u żomm il-filtru tal-karta. Aħsel il-preċipitat f’tubu ċentrifugu b’50 ml ta’ ilma f’temperatura ta’ bejn wieħed u ieħor 35 °C billi tħawwad il-preċipitat. Erġa’ ċċentrifuga b’qawwa ta’ 2000 g għal 10 minuti. Iffiltra s-supernatant minn ġol-filtru tal-karta miżmum qabel. 6.4. Kif jiġi stabbilit in-nitroġenu tal-kaseina 6.4.1. Wara l-ħasil, ittrasferixxi kwantitattivament il-preċipitat għall-filtru tal-karta miżmum minn 6.3.4 billi tuża l-ilma ddistillat. Ittrasferixxi l-filtru tal-karta għall-flixkun Kjeldahl. Stabbilixxi n-nitroġenu bil-metodu Kjeldahl kif deskritt fil-livell standard 20A1986 ta’ l-IDF. 7. It-test in bjank 7.1. Għandu jsir test in bjank regolarment bl-użu ta’ filtru tal-karta mingħajr irmied (5.8) imniddi b’taħlita ta’ soluzzjoni ta’ 90 ml (4.1) ċitrat tas-sodju, soluzzjoni saturata ta’ 1 ml ta’ klorur tal-kalċju (4.2), 0,5 ml ta’ tames likwidu (4.5), u maħsula bi 3 x 15 ml ta’ l-ilma ddistillat qabel il-mineralizzazzjoni bil-metodu Kjeldahl kif deskritt fil-livell standard 20A1986 ta’ l-IDF. 7.2. Il-volum ta’ aċidu użat għat-test in bjank irid jiġi mnaqqas mill-volum ta’ aċidu (4.4) użat għat-titrazzjoni tal-kampjun. 8. It-test tal-kontroll 8.1. Biex tittestja l-proċedura u r-reaġenti msemmija hawn fuq, agħmel stabbilizzazzjoni fuq għalf kompost tal-livell stabbilit b’kontenut magħruf tat-trab tal-ħalib xkumat kif stabbilit bi studju kollaborattiv. Ir-riżultat medju ta’ stabbilizzazzjoni dduplikata ma għandux jiddifferixxi b’aktar minn 1 % ta’ l-istudju kollaborattiv. 9. Il-ħruġ tar-riżultati 9.1. Il-persentaġġ tat-trab tal-ħalib xkumat fl-għalf kompost jiġi kkalkolat bil-formola li ġejja: +++++ TIFF +++++ meta l-N hija l-persentaġġ ta’ nitroġenu para-kaseina; is-27,5 huwa l-fattur għall-kambju tal-kaseina stabbilita f’persentaġġ tat-trab tal-ħalib xkumat; it-2,81 u ż-0,908 huma fatturi tal-korrezzjoni miksuba mill-analiżi rigressiva. 10. L-eżattezza tal-metodu 10.1. Il-kapaċità tat-tennija F’mill-anqas 95 % tal-każi studjati, l-analiżi dduplikat ta’ l-istess kampjun mill-istess operatur fl-istess laboratorju jrid jagħti differenzi fir-riżultati ekwivalenti għal mhux ikbar minn 2,3 g tat-trab tal-ħalib xkumat f’100 g ta’ l-għalf kompost. 10.2. Il-kapaċità tar-riproduzzjoni F’mill-anqas 95 % tal-każi studjati, l-istess kampjun analizzat f’żewġ laboratorji, irid jagħti differenzi fir-riżultati ta’ mhux ikbar minn 6,5 g tat-trab tal-ħalib xkumat f’100 g ta’ l-għalf kompost. 11. Il-limitu tat-tolleranza Il-valur CrD95 (differenza kritika; limitu ta’ fiduċja 95 %) jiġi kkalkolat bl-użu tal-formola li ġejja (ISO5725): +++++ TIFF +++++ (R: kapaċità tar-riproduzzjoni; r: kapaċità tat-tennija) Stabbilizzazzjoni doppja: CrD95 = 4,5 g Meta r-riżultat ta’ l-analiżi kemikali tiddifferixxi mill-kontenut iddikjarat tat-trab tal-ħalib xkumat b’mhux aktar minn 4,5 g (stabbilizzazzjoni doppja) il-kunsinja ta’ l-għalf kompost għandha titqies li tkun konformi ma’ din id-disposizzjoni tar-Regolament. 12. Osservazzjonijiet 12.1. Iż-żieda ta’ persentaġġi kbar ta’ ċerti proteini mhux tal-ħalib u speċjalment tal-proteini tas-sojja, meta msaħħna flimkien mat-trab tal-ħalib xkumat, tista’ twassal għal riżultati għoljawisq minħabba l-ko-preċipitazzjoni mal-para-kaseina tal-ħalib. 12.2. Iż-żieda tax-xorrox tista’ twassal għal ċifri x’aktarx baxxi, minħabba l-fatt li jiġi stabbilit biss il-porzjon mhux xaħmi. Iż-żieda ta’ ċertu xorrox tista’ twassal għal ċifri baxxi konsiderevolment, minħabba taħlil mhux komplet fis-soluzzjoni taċ-ċitrat. 12.3. Żidiet tal-leċitin ta’ 0,5 % jew aktar jistgħu wkoll iwasslu għal riżultati baxxi. 12.4. L-inkorporazzjoni tat-trab tal-ħalib xkumat bi sħana qawwija jista’ jwassal għal ċifri għolja wisq minħabba l-ko-preċipitazzjoni ta’ ċerti proteini tax-xorrox mal-para-kaseina tal-ħalib. [1] Billi għandha tiġi uæata karta li tiffilitra bil-ħeffa u mingħajr irmied. -------------------------------------------------- ANNESS IV DETERMINAZZJONI TAS-SOLIDI TAX-XORROX TAT-TAMES FIT-TRAB TAL-ĦALIB XKUMAT U T-TAĦLITIET PERMEZZ TAR-REGOLAMENT (KEE) Nru 1725/79 1. Skop: It-tfittix taż-żieda ta’ solidi tax-xorrox tat-tames ma’: (a) it-trab tal-ħalib xkumat kif iddefinit fl-Artikolu l tar-Regolament (KEE) Nru 986/68, u (b) it-taħlitiet kif iddefiniti fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1725/79. 2. Referenzi: I-istandard internazzjonali ISO 707. Il-ħalib u l-prodotti mill-ħalib - metodi tal-kampjunar, li huma konformi mal-linji ta’ gwida li jinsabu fl-Anness I(2)(c) tar-Regolament (KEE) Nru 625/78. 3. Definizzjoni Il-kontenut tas-solidi tax-xorrox tat-tames huwa ddefinit bħala l-persentaġġ skond il-massa kif stabbilit bil-proċedura deskritta. 4. Il-prinċipju Id-determinazzjoni ta’ l-ammont ta’ glikomakropeptide A permezz ta’ l-Anness V tar-Regolament (KEE) Nru 625/78. Il-kampjuni li jagħtu riżultati pożittivi huma analizzati għall-glikomakropeptide A bi proċedura ta’ kromatografija likwida ta’ fażi-maqluba ta’ mġieba ta’ livell għoli (il-proċedura HPLC). L-evalwazzjoni tar-riżultat miksub b’riferiment għal kampjuni tal-livell stabblit li jikkonsistu fi trab tal-ħalib xkumat b’persentaġġ magħruf tat-trab tax-xorrox jew mingħajru. Riżultati ogħla minn 1 % (m/m) juru li jkunu preżenti solidi tax-xorrox tat-tames. 5. Ir-reaġenti Ir-reaġenti kollha jridu jkunu ta’ grad analitiku magħruf. L-ilma użat irid ikun ilma ddistillat jew ilma ta’ mill-anqas purità ekwivalenti. L-aċetonitrile għandu jkun ta’ kwalità spettroskopika jew ta’ kwalità HPLC. Ir-reaġenti meħtieġa għall-proċedura deskritta fir-Regolament (KEE) Nru 625/78 huma deskritti fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament. Ir-reaġenti ta’ l-HPLC tal-fażi-maqluba. 5.1. Is-soluzzjoni ta’ l-aċidu trikloroaċetiku Ħoll 240 g ta’ aċidu trikloroaċetiku (CCI3COOH) fl-ilma u żidhom għal sa 1000 ml. 5.2. L-elwent (fluwidu li jintuża għall-elużjoni) A u B L-elwent A: 150 ml ta’ aċetonitrile (CH3CN), 20 ml ta’ isopropanol (CH3CHOHCH3,) u 1,00 ml aċidu trifluworoaċetiku (TFA, CF3COOH) jitħalltu ma’ l-ilma sa 1000 ml. L-elwent B: 550 ml ta’ aċetonitrile, 20 ml ta’ isopropanol u 1,00 ml TFA jitħalltu ma’ l-ilma sa 1000 ml. Iffiltra s-soluzzjoni ta’ l-elwent, qabel ma jintuża, permezz ta’ filtru tal-membrana b’dijametru ta’ pori ta’ 0,45 μm l-waħda. 5.3. Il-konservazzjoni tal-kolonna Wara l-analiżi, il-kolonna tiġi mimlija sax-xifer bl-elwent B (billi tkun imxaqilba) u sussegwentement mimlija sax-xifer bl-aċetonitrile (billi tkun imxaqilba ma tul 30 munita). Il-kolonna għandha tinħażen fl-aċetonitrile. 5.4. Kampjuni standard 5.4.1. It-trab tal-ħalib xkumat li jilħaq il-ħtiġiet tar-Regolament (KEE) Nru 625/78 (i.e. (0)). 5.4.2. L-istess trab tal-ħalib xkumat imħallat bl-ilma b’5 % (m/m) trab tax-xorrox tat-tames tal-kompożizzjoni standard (i.e. (5)). 5.4.3. L-istess trab tal-ħalib xkumat imħallat bl-ilma bi 50 % (m/m) trab tax-xorrox tat-tames tal-kompożizzjoni standard (i.e. (50)) [1]. 6. L-apparat L-apparat meħtieġ għall-proċedura deskritta fir-Regolament (KEE) Nru 625/78 huwa deskritt fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament. L-apparat għall-HPLC tal-fażi-maqluba. 6.1. Miżien analitiku. 6.2. Ċentrifugu, kapaċi li jilħaq qawwa ta’ 2200 g, imgħammar b’tubi entrifugi bit-tapp ta’ madwar 50 ml. 6.3. Reċipjent li jħawwad mekkanikament b’disposizzjoni ta’ taħwid f’temperatura ta’ 50 °C. 6.4. Mgħarfa manjetika tat-taħwid. 6.5. L-inbiebet tal-ħġieġ, b’dijamentru ta’ madwar 7 ċm. 6.6. Filtri tal-karta, ta’ filtrazzjoni medja, b’dijameteru ta’ madwar 12,5 ċm. 6.7. Tagħmir tal-ħġieġ għall-filtrazzjoni b’filtru tal-membrana ta’ dijametru tal-pori ta’ 0,45 μm il-waħda. 6.8. Pipetti ggradati, li minnhom tgħaddi kunsinja ta’ 10 ml (ISO 648, Klassi A, jew ISO/R 835), jew sistema li kapaċi tikkunsinja 10,0 ml f’żewġ minuti. 6.9. Banju termostatiku ta’ l-ilma, imqiegħed f’temperatura ta’ 25 ± 0,5 °C. 6.10. Tagħmir tal-HPLC, li jikkonsisti fi: 6.10.1. Sistema binarja ta’ pompa tat-tlugħ u nżul proporzjonali. 6.10.2. Injettur, ta’ l-idejn jew awtomatiku, b’kapaċità ta’ 100 μl. 6.10.3. Kolonna Dupont Protein Plus (2 x 0,46 ċm I.D.) jew kolonna ekwivalenti bil-pori wiesgħa msejsa fuq is-silika u bil-fażi-maqluba. 6.10.4. Forn termostatiku tal-kolonna, imqiegħed f’temperatura ta’ 35 ± 1 °C. 6.10.5. Detector b’tul varjabbli b’tul ta’ mewġa UV, li jippermetti qisien fi 210 nm (jekk ikun meħtieġ, jista’ jintuża tul ta’ mewġa UV akbar sa 220 nm) u b’sensittività ta’ 0,02 A. 6.10.6. Integratur kapaċi li jkejjel il-qies ta’ l-ogħla quċċata. Nota L-operazzjoni tal-kolonna hija possibbli f’temperatura tal-kamra, basta iżda li t-temperatura tal-kamra ma’ tiċċaqlaqx aktar minn 1 °C, għaliex inkella jkun hemm wisq varjazzjoni fil-ħin taż-żamma tal-GMPA. 7. Il-kampjunar 7.1. L-istandard internazzjonali ISO 707 - Ħalib u prodotti mill-ħalib - Metodi tal-kampjunar, li huma konformi mal-linji-gwida li jinsabu fl-Anness I(2)(c) tar-Regolament (KEE) Nru 625/78. 7.2. Aħżen il-kampjun f’kondizzjoniet li ma jħallu l-ebda deterjorazzjoni jew bidla fil-kompożizzjoni. 8. Proċedura 8.1. It-tħejjija tal-kamjun tat-test Ittrasferixxi t-trab f’kontenitur b’kapaċità ta’ madwar darbtejn il-volum tat-trab, u mgħammar b’għatu li ma jħallix arja tgħaddi. Agħlaq il-kontenitur minnufih. Ħallat it-trab tal-ħalib sewwa permezz tal-qlib imtenni tal-kontenitur. 8.2. Il-porzjon tat-test Iżen 2,000 ± 0,001 g tal-kampjun tat-test f’tubu ċentrifugu (6.2) jew f’garafina xierqa bit-tapp (50 ml). 8.3. It-tneħħija tax-xaħam u tal-proteini 8.3.1. Żid 20,0 g ilma sħun (50 °C) mal-porzjon tat-test. Dewweb it-trab biċ-ċaqliq għal ħames minuti jew għal 30 minuta fil-każ tax-xorrox aċiduż bl-użu ta’ ħarrieka mekkanika (6.3). Qiegħed it-tubu fil-banju ta’ l-ilma (6.9) u agħtih iż-żmien li jekwilibra għal temperatura ta’ 25 °C. 8.3.2. Żid 10.0 tas-soluzzjoni ta’ l-aċidu trikloroaċetiku ta’ temperatura kostanti ta’ 25 °C għal żewġ minuti filwaqt li tħawwad b’saħħtek kollha bl-għajnuna ta’ l-imgħarfa manjetika (6.4). Qiegħed it-tubu fil-banju ta’ l-ilma (6.9) u ħallih għal 60 minuta. 8.3.3. Iċċentrifuga (6.2) għal għaxar minuti b’qawwa ta’ 2200 g, jew iffiltra minn ġol-karta (6.6), filwaqt li tarmi l-ewwel 5 ml tal-filtrat. 8.4. Id-determinazzjoni kromatografika 8.4.1. Agħmel l-analiżi HPLC kif deskritta fl-Anness V tar-Regolament (KEE) Nru 625/78. Jekk jinkiseb riżultat fin-negattiv, il-kampjun analizzat ma jkollux solidi tax-xorrox tat-tames fl-ammonti li jistgħu jintgħarfu. Fil-każ ta’ riżultati fil-pożittiv, tkun trid tiġi applikata l-proċedura HPLC bil-fażi-maqluba deskritta hawn taħt. Il-preżenza tat-trab tax-xorrox aċiduż tista’ twassal għal riżultati ta’ pożittiva-falza. Il-metodu HPLC bil-fażi-maqluba jeskludi din il-possibbiltà. 8.4.2. Qabel ma titwettaq l-analiżi HPLC tal-fażi-maqluba, għandhom jiġu ottimizzati l-kondizzjonijiet tat-tlugħ u nżul proporzjonali. Ħin ta’ retenzjoni ta’ 26 ± 2 minuti għall-GMPA huwa ottimali għas-sistemi tat-tlugħ u nżul proporzjonali b’volum ta’ massa li ma tiċċaqlaqx ta’ madwar 6 ml (volum mill-punt fejn is-solventi jiġu flimkien għall-volum taċ-ċirku ta’ l-injettur, inklussiv). Is-sistemi tat-tlugħ u nżul proporzjonali b’volum ta’ massa l-aktar baxxa li ma tiċċaqlaqx (e.g. 2 ml) għandhom jieħdu 22 minuta bħal l-ħin ottimali tar-retenzjoni. Ħu s-soluzzjonijiet tal-kampjuni standard (5.4) b’50 % bix-xorrox tat-tames u mingħajrhom. Injetta 100 μl tas-supernatant jew iffiltra (8.3.3) ġewwa l-apparat HPLC filwaqt li jkun qiegħed jaħdem skond il-kondizzjonijiet tas-sejbien tat-tlugħ u nżul proporzjonali mogħtija fit-Tabella 1. Tabella 1. Il-kondizzjonijiet għat-tiftiex tat-tlugħ u l-inżul proporzjonali għall-ottimizzazzjoni tal-kromatografija. Ħin (minuti) | Tnixxija (ml/minuti) | %A | %B | Kurvatura | Init | 1,0 | 90 | 10 | * | 27 | 1,0 | 60 | 40 | lin | 32 | 1,0 | 10 | 90 | lin | 37 | 1,0 | 10 | 90 | lin | 42 | 1,0 | 90 | 10 | lin | Il-paragun taż-żewġ kromatogrammi għandu jiżvela l-lokalità tal-quċċata tal-GMPA. Bl-użu l-formola mogħtija hawn taħt, il-kompożizzjoni inizjali tas-solvent li għandha tkun użata għat-tlugħ u nżul proporzjonali normali (ara 8.4.3) tista’ tkun ikkalkulata. % B = 10 2,5 + *30/27 % B = 7,5 + *1.11 Meta: RTgmpA : il-ħin tar-retenzjoni tal-GMPA fit-tiftix tax-xaqlib 10 : il-bidu ta' % B fit-tiftix tax-xaqlib 2,5 : il-% B fuq il-ponta tan-nofs imnaqqas bil-% B fil-bidu tax-xaqlib normali 13,5 : il-punt tan-nofs tal-ħin fit-tfittix tax-xaqlib 26 : iż-żmien tar-retenzjoni meħtieġ tal-GMPA 6 : ir-relattività tax-xaqlibiet fit-tiftix tax-xaqlib normali 30 : il-% B fil-bidu mnaqqas bil-% B wara 27 minuta fit-tiftix tax-xaqlib 27 : il-ħin li jdum sejjer it-tiftix tax-xaqlib. 8.4.3. Ħu soluzzjonijiet tal-kampjuni tat-test. Injetta 100 μl ta’ supernatant imkejjel bl-eżattezza jew iffiltra (8.3.3) ġewwa l-apparat tal-HPLC li jkun jaħdem bir-rata ta’ tnixxija ta’ 1,0 ml tas-soluzzjoni ta’ l-elwent (5.2) kull minuta. Il-kompożizzjoni ta’ l-elwent tal-bidu ta’ l-analiżi tinkiseb minn 8.4.2. Din normalment tkun qrib l-A:B = 76:24 (5.2). Minnufih wara l-injezzjoni tibda l-gradjazzoni lineari, li tirriżulta f’persentaġġ 5 % aktar għoli tal-B wara 27 minuta. Sussegwentement tinbeda l-gradjazzjoni lineari, li twassal il-kompożizzjoni ta’ l-elwent għal 90 % B f’ħames minuti. Din il-kompożizzjoni tinżamm għal ħames minuti, u wara dan il-kompożizzjoni tinbidel, permezz ta’ xaqlib lineari f’ħames minuti għall-kompożizzjoni inizjali. Jiddependi mill-volum intern tas-sistema tal-pompa, l-injezzjoni li jmiss tista’ ssir 15-il minuta wara li tilħaq il-kondizzjonijiet inizjali. Rimarki 1. Iż-żmien tar-retenzjoni tal-glikomakropeptide għandu jkun ta’26 ± żewġ minuti. Dan jista’ jinkiseb bil-varjazzjoni tal-kondizzjonijiet inizjali u ta’ l-aħħar ta’ l-ewwel gradjazzjoni. B’dankollu, id-differenza fil- % B għall-kondizzjonijiet inizjali u ta’ l-aħħar ta’ l-ewwel gradjazzjoni għandha tibqa’ 5 % B. 2. L-elwenti għandhom jitneħħielhom il-gass u għandhom ukoll jibqgħu mingħajr gass. Dan huwa essenzjali għall-funzjonament xieraq tas-sistema tal-pompa tal-gradjazzjoni. Id-devjazzjoni standard għaż-żamma tal-ħin tal-quċċata tal-GMP għandha tkun anqas minn 0,1 ta’ minuta (n = 10). 3. Kull ħames kampjuni, għandu jiġi injettat il-kampjun ta’ referenza (5) u użat sabiex jikkalkola fattur R ġdid tar-rispons (9.1.1). 8.4.4. Ir-riżultati ta’ l-analiżi kromatografika tal-kampjun tat-test (E) jinkisbu fil-għamla ta’ kromatogramma li fiha l-quċċata tal-GMP tiġi identifikata miż-żmien tagħha taż-żamma ta’ madwar 26 minuta. L-integratur (6.40.6) jikkakola awtomatikament l-ogħla għoli H tal-quċċata tal-GMP. Għandha tiġi vverifikata l-lokazzjoni tal-linja tas-sies f’kull kromatogramma. L-analiżi jew l-integrazzjoni għandhom jiġu mtennija jekk il-linja bażi tkun ġiet lokalizzata inkorrettement. Huwa essenzjali li jiġi eżaminat kif tidher kull kromatogramma qabel l-intepretazzjoni kwantitattiva, sabiex tinkixef kull annormalita minħabba jew il-funzjonament ħażin ta’ l-apparat jew tal-kolonna, jew minħabba l-oriġini u n-natura tal-kampjun analizzat. Jekk tkun fid-dubju, tenni l-analiżi. 8.5. Il-kalibrazzjoni 8.5.1. Applika eżattament il-proċedura deskritta mill-punt 8.2 sal-punt 8.4.4 fuq il-kampjuni standard (5.4.1 to 5.4.2). Uża soluzzjonijiet imħejjija friski, għaliex il-GMP jiddegrada fl-ambjent ta’ 8 % aċidu trikloroaċetiku f’temperatura tal-kamra. Malli tasal fi 4 °C is-soluzzjoni tibqa’ stabbli għal 24 siegħa. Fil-każ ta’ serje twila ta’ analiżi, huwa mixtieq li jintuża tilar imkessaħ tal-kampjuni fl-injettur awtomatiku. Nota It-8.4.2 jista’ jitħalla barra jekk il- % B fil-kondizzjonijiet inizjali jkunu magħrufa minn analiżi imwettqa preċedentament. Il-kromatogramma tal-kampjun ta’ referenza (5) għandha tkun analoga mal-Figura. 1. F’din il-figura, żewġt iqċaċet żgħar jiġu qabel il-quċċata tal-GMPA. Huwa essenzjali li tikseb separazzjoni simili. 8.5.2. Qabel ma tiġi stabbilita l-kromatogramma tal-kampjuni, injetta 100 μl tal-kampjun tal-livell stabbilit mingħajr xorrox tat-tames (0) (5.4.1). Il-kromatogramma ma għandhiex turi quċċata fil-waqt taż-żmien taż-żamma tal-quċċata tal-GMPA. 8.5.3. Istabbilixxi l-fatturi tar-rispons R billi tinjetta l-istess volum ta’ filtrat (8.5.1) kif użat għall-kamjuni. 9. L-espressjoni tar-riżultati 9.1. Il-metodu tal-kalkolu u l-formoli 9.1.1. Il-kalkolu tal-fattur tar-rispons R Meta R = il-fattur tar-rispons tal-quċċata tal-GMP H = l-għoli tal-quċċata tal-GMP W = il-kwantità tax-xorrox fil-kampjun standard (5). 9.2. Il-kalkolu tal-persentaġġ tat-trab tax-xorrox tat-tames fil-kampjun W(E) = R × H(E) Meta: W(E) = il-persentaġġ (m/m) tax-xorrox tat-tames fil-kampjun (E). R = il-fattur tar-rispons tal-quċċata tal-GMP (9.1.1) H(E) = l-għoli tal-quċċata tal-GMP fil-kampjun (E) Jekk il-W(E) ikun akbar minn 1 % u d-differenza bejn il-ħin taż-żamma u dak tal-kampjun standard (5) tkun iżgħar minn 0,2 ta’ minuta, allura jkunu preżenti solidi tax-xorrox tat-tames. 9.3. L-eżattezza tal-proċedura 9.3.1. Il-kapaċità tat-tennija Id-differenza bejn ir-riżultati taż-żewġ stabbilizzazzjonijiet imwettqa simultanjament jew bil-ħeffa wara xulxin mill-istess analist li juża l-istess apparat fuq materjal identiku tat-test ma għandhiex teċċedi iż-0,2 % m/m. 9.3.2. Il-kapaċità tar-riproduzzjoni Għadha mhux stabbilita. 9.3.3. Il-linearità Minn 0 sa 16 % tax-xorrox tat-tames għandu jiġi miksub b’relazzjoni lineari b’koeffiċjent tal-korrelazzjoni > 0,99. 9.4. L-interpretazzjoni 9.4.1. Ix-xorrox jiġi kkunsidrat li jkun preżenti jekk ir-riżultat miksub fid-9.2 ikun ogħla minn 1 % m/m u ż-żmien tar-retenzjoni tal-quċċata tal-GMP tiddifferixxi b’anqas minn 0,2 ta’ minuta minn dak tal-kampjun standard (5). Il-limitu ta’ 1 % ikun iffissat bi ftehim mad-disposizzjonijiet tal-punti 9.2 u 9.4.1 ta’ l-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 625/78. +++++ TIFF +++++ [1] It-trab tax-xorrox tat-tip tat-tames tal-kompoæizzjoni standard kif ukoll it-trab tal-ħalib mhux imħallat bl-ilma huma disponibbli minn għand NIZO, Kernhemseweg 2, Kaxxa Postali 20 - NL-6710 BA Ede. -------------------------------------------------- ANNESS V ID-DETERMINAZZJONI KWANTITATTIVA TAL-LAMTU FIT-TRAB TAL-ĦALIB XKUMAT, FIT-TRAB TAL ĦALIB ŻNATURAT U FIT-TIPI TA’ L-GĦALF KOMPOST 1. Skop Dan il-metodu huwa għall-kxif tal-lamtu li jintuża bħala traċċjatur fit-tipi ta’ trab tal-ħalib dinaturalizzat. Il-limitu tal-kxif tal-metodu huwa bejn wieħed u ieħor 0,05 g ta’ lamtu għal kull 100 g ta’ kampjun. 2. Il-prinċipju Ir-reazzjoni hija bbażata fuq dik użata fil-jodometrija: - l-iffissar mill-kollojdi tal-jodju ħieles f’soluzzjoni akwea, - l-assorbiment mill-miċelli tal-lamtu u bil-formazzjoni tal-kulur. 3. Ir-reaġenti 3.1. Soluzzjoni tal-jodju —jodju | 1 g, | —jodju tal-putassa | 2 g, | —ilma ddistillat | 100 ml. | 4. L-apparat 4.1. Miżien analitiku 4.2. Banju ta’ l-ilma 4.3. Tubi tat-testijiet, 25 mm x 200 mm 5. Il-proċedura Iżen 1 g mill-kampjun u ttrasferih għal ġewwa t-tubu tat-test (4.3). Żid 20 ml ta’ ilma ddistillat u ħawwad biċ-ċaqliq sabiex tferrex il-kampjun. Qiegħed fil-banju tal-misħun jagħli (4.2) u ħalli għal 5 minuti. Neħħiha mill-banju u kessaħha għal temperatura tal-kamra. Żid 0,5 ml tas-soluzzjoni tal-jodju (3.1), ħawwad biċ-ċaqliq u osserva l-kulur li jirriżulta. 6. L-espressjoni tar-riżultati Kolorazzjoni kaħlanija tindika l-preżenza tal-lamtu nattiv fil-kampjun. Meta l-kampjun ikun fih il-lamtu modifikat, il-kulur jista’ ma jkunx ikħal. 7. Rimarki Il-kulur, l-intensità tal-kulur u d-dehra mikroskopika tal-lamtu, għandhom ivarjaw skond l-oriġini tal-lamtu nattiv (e.g. mill-qamħirrum jew mill-patata) u skond it-tip ta’ lamtu mmodifikat preżenti fil-kampjun. Fil-preżenza ta’ lamtijiet modifikati, il-kulur prodott jinbidel fi vjola, aħmar jew kannella skond il-grad tal-modifikazzjoni ta’ l-istruttura kristallina tal-lamtu nattiv. -------------------------------------------------- ANNESS VI ID-DETERMINAZZJONI TA’ L-UMDITÀ FIT-TRAB AĊIDUŻ TAX-XORROX 1. L-iskop Sabiex ikun iddeterminat il-kontenut ta’ l-umdità fit-trab aċiduż tax-xorrox intiż għall-għalf ta’ l-annimali 2. Il-prinċipju Il-kampjun jiġi mnixxef fil-vakum. It-telf tal-massa jiġi ddeterminat bl-użin. 3. L-apparat 3.1. Miżien analitku 3.2. Kontenituri xotti ta’ metall li ma jsaddadx jew tal-ħġieġ bil-għotjien li jassiguraw li ma tgħaddix arja minnhom; wiċċ tal-bank tax-xogħol li jippermetti lill-kamjun tat-test li jiġi mferrex għal madwar 0,3 g/ċm2. 3.3. Forn tal-vakum bis-sħana aġġustata bl-elettriku mgħammar b’pompa taż-żejt u jew mekkaniżmu li jdaħħal l-arja sħuna xotta jew aġent tat-tnixxif (e.g. l-ossidu tal-kalċju). 3.4. Desikkatur b’aġent effiċjenti tat-tnixxif. 3.5. Forn tat-tnixxif ventilat, kontrollat termostatikament, f’temperatura ta’ 102 ± 2 °C. 4. Il-proċedura Saħħan kontenitur (3.2) bl-għatu tiegħu fil-forn (3.5) għal mill-anqas siegħa. Qiegħed l-għatu fuq il-kontenitur, ittrasferixxi minnufih għal desikkatur (3.4) ħalli jiksaħ għal temperatura tal-kamra u iżen sa l-eqreb 0,5 mg. Iżen kontenitur (3.2) bl-għatu tiegħu sa l-eqreb 0,5 mg. Iżen fil-kontenitur imwieżen, sa l-eqreb 1 mg, madwar 5 g tal-kampjun u ferrex indaqs. Qiegħed il-kontenitur mingħajr l-għatu tiegħu fil-forn tal-vakum (3.3) imsaħħan minn qabel għal temperatura ta’ 83 °C. Sabiex it-temperatura fil-forn ma titħallhiex taqa’ mhux kif mistħoqq, daħħal il-kontenitur bil-ħeffa kemm jista’ jkun malajr. Għolli l-pressa għal sa 100 Torr (13,3 kPa) u ħalli tinxef għal erba’ sigħat f’din il-pressa, jew f’kurrent ta’ l-arja sħuna, niexfa jew billi tuża aġent tat-tnixxif (madwar 300 g għal 20 kampjun). Fil-każ ta’ l-aħħar, skonnettja l-pompa tal-vakum meta tintlaħaq il-pressa preskritta. Ikkalkola l-ħin tat-tnixxif mill-mument li t-temperatura tal-forn terġa’ lura għal 83 °C. Erġa’ ġib lura l-forn b’attenzjoni għall-pressa atmosferika.Iftaħ il-forn, qiegħed l-għatu fuq il-kontenitur minnufih, neħħi l-kontentur mill-forn, ħalli jiksaħ and minn 30 sa 45 minuta fid-desikkatur (3.4) u iżen sa l-eqreb 1 mg. Nixxef għal 30 minuta oħra fil-forn tal-vakum (3.3) f’temperatura ta’ 83 °C u erġa’ iżen. Id-differenza bejn iż-żewġ użinijiet ma tridx teċċedi iż-0,1 % ta’ umdità. 5. Il-kalkolazzjoni +++++ TIFF +++++ meta E = il-massa inizjali, fi grammi, tal-kampjun tat-test, m = il-massa, fi grammi, tal-kampjun xott tat-test. 6. Il-preċiżjoni 6.1. Il-limitu tal-kapaċità tat-tennija Id-differenza bejn ir-riżultati taż-żewġ stabbilizzazzjonijiet imwettqa fl-anqas intervall possibbli ta’ żmien, minn operatur wieħed li juża l-istess apparat fuq materjal identiku tat-test ma għandhiex teċċedi iż-0,4 g ta’ ilma/100 g trab tax-xorrox aċiduż. 6.2. Il-limitu tal-kapaċità tar-riproduzzjoni Id-differenza bejn ir-riżultati ta’ żewġ stabbilizzazzjonijiet imwettqa minn operaturi f’laboratorji differenti, li jużaw apparat differenti fuq materjal identiku tat-test ma għandhiex teċċedi iż-0,6 g ta’ ilma/100 g ta’ trab tax-xorrox aċiduż. 6.3. Is-sors tad-data tal-preċiżjoni Id-data dwar il-preċiżjoni ġew stabbiliti minn esperiment li sar fl-1955 li kienu jinvolvu tmien laboratorji u 12-il kampjun (6 duplikati miġbura bl-addoċċ). --------------------------------------------------