Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R1447

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1447/1999 ta' l-24 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxi lista tal-modi ta' mġieba illi jiksru serjament ir-regoli tal-politika komuni tas-sajd

    ĠU L 167, 2.7.1999, p. 5–6 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009; Imħassar b' 32008R1005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/1447/oj

    31999R1447



    Official Journal L 167 , 02/07/1999 P. 0005 - 0006


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1447/1999

    ta' l-24 ta' Ġunju 1999

    li jistabbilixxi lista tal-modi ta' mġieba illi jiksru serjament ir-regoli tal-politika komuni tas-sajd

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Billi:

    (1) skond l-Artikolu 31(2a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi kull sistema ta' kontroll sabiex tiġi applikata l-politika komuni tas-sajd [3], il-Kunsill, huwa u jaġixxi fuq il-bażi ta' l-Artikolu 37 tat-Trattat, jista' jfassal kull lista tat-tipi ta' mġieba illi jiksru serjament ir-regoli tal-politika komuni tas-sajd.

    (2) sabiex tittejjeb it-trasparenza fil-politika komuni tas-sajd, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bit-tagħrif dwar l-okkażjonijiet ta' din l-imġieba u ta' l-azzjonijiet li ttieħdu mill-Istati Membri.

    (3) l-Artikolu 37 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 jipprovdi għall-protezzjoni ta' ċerti fatti magħrufa personali fil-qafas tas-sistema tal-kontroll applikabbli għall-politika komuni tas-sajd.

    (4) il-lista msemmija hawn fuq hija koerenti ma' dispożizzjonijiet bħal dawn adotti minn organizzazzjonijiet internazzjonali tas-sajd.

    (5) għal ċertu miżuri stabbiliti b'dan ir-Regolament huwa xieraq illi jiġu pprovduti regoli dettaljati ta' implimentazzjoni,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    It-tipi ta' mġieba illi jiksru serjament ir-regoli tal-politika komuni tas-sajd kif hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 għandhom ikunu dawk elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    L-Artikolu 2

    1. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni fuq kull bażi regolari bl-okkażjonijiet ta' mġieba li għaliha saret referenza fl-Artikolu 1 illi jiġu mikxufa u għandhom jipprovduha b'kull tagħrif rigward l-azzjoni meħuda mill-awtoritajiet amministrattivi u/jew ġudizzjarji.

    2. Il-Kummissjoni għandha tagħmel it-tagħrif li tirċievi skond il-paragrafu 1 disponibbli lill-Parlament Ewropew, għall-Kunsill u għall-Kumitat tal-pariri fuq is-Sajd.

    3. It-tagħrif notifikat skond il-paragrafu 1 u magħmul disponibbli skond il-paragrafu 2 għandu jiġi trattat b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 37 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93.

    4. Regoli ddettaljati għall-implimentar ta' dan l-Artikolu, għandhom jiġu stabbiliti b'mod konformi mal-proċedura fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93.

    L-Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, fl-24 ta' Ġunju 1999.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. Trittin

    [1] ĠU C 105, tal-15.4.1999, p. 3.

    [2] L-Opinjoni mogħtija fl-4 ta' Mejju 1999 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [3] ĠU L 261, tal-20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2846/98 (ĠU L 358, tal-31.12.1998, p. 5).

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    IL-LISTA TAL-MODI TA' MĠIEBA ILLI JIKSRU SERJAMENT IR-REGOLI TAL-POLITIKA KOMUNI TAS-SAJD

    A. Nuqqas ta' kooperazzjoni ma' l-awtoritajiet responsabbli mill-monitoraġġ

    - Xkiel fix-xogħol ta' l-ispetturi tas-sajd fl-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħhom li jispezzjonaw għall-konformità mar-regoli tal-Komunità applikabbli.

    - Falsifikar, ħabi, qerda jew tbagħbis ta' l-evidenza li tista' tintuża matul l-investigazzjonijiet jew il-proċedimenti ġudizzjarji.

    B. Nuqqas ta' kooperazzjoni ma' l-osservaturi

    - Xkiel fix-xogħol ta' l-osservaturi li jkunu qegħdin jwettqu dmirijiethom, stabbilita bil-Liġi tal-Komunità, li josservaw il-konformità mar-regoli tal-Komunità applikabbli.

    Ċ. Nuqqas ta' l-osservanza tal-kondizzjonijiet li jista' jintlaqa' miegħu waqt is-sajd

    - Sajd mingħajr kull liċenzja tas-sajd, kull permess tas-sajd jew kull awtorizzazzjoni oħra meħtieġa sabiex isir is-sajd u maħruġin mill-Istat Membru tal-bandiera (tal-bastiment) jew mill-Kummissjoni.

    - Sajd kopert b'wieħed mid-dokumenti msemmija hawn fuq li l-kontenut tiegħu jkun iffalsifikat.

    - Falsifikazzjoni, tħassir jew ħabi tal-marki ta' l-identifikazzjoni tal-bastiment tas-sajd.

    D. Nuqqas ta' konformità waqt xogħolijiet tas-sajd

    - L-użu jew iż-żamma abbord ta' tagħmir jew mezzi tas-sajd illi jaffettwaw il-għażla mit-tagħmir.

    - L-użu ta' metodi projbiti tas-sajd.

    - Ma jintrabatx jew jiġi stivat tagħmir tas-sajd li l-użu tiegħu huwa projbit f'ċertu żona tas-sajd.

    - Sajd dirett ta', jew iż-żamma abbord ta' speċi minn, ħażniet soġġetti għal moratorju jew kull projbizzjoni tas-sajd.

    - Sajd mhux awtoriżżat f'kull żona msemmija u/jew matul perjodu ta' żmien speċifiku.

    - Nuqqas ta' konformità mar-regoli dwar daqsijiet minimi tal-ħut.

    - Nuqqas ta' konformità mar-regoli u l-proċeduri li għandhom x'jaqsmu mat-trasbord u xogħol tas-sajd li jinvolvi azzjoni konġunta bejn żewġ bastimenti jew iktar.

    E. Nuqqas ta' konformità konnessa mar-riżorsi tal-monitoraġġ

    - Falsifikazzjoni jew nuqqas ta' dħul ta' fatti magħrufa fir-reġistri tal-bastimenti, fid-dikjarazzjonijiet tat-tniżżil l-art tal-ħut, fin-noti dwar il-bejgħ, fid-dikjarazzjonijiet tal-pussess u fid-dokumenti tat-trasport jew nuqqas taż-żamma jew is-sottomissjoni ta' dawn id-dokumenti.

    - Tbagħbis fis-sistema tal-monitoraġġ bis-satellita tal-bastimenti.

    - Nuqqas sfaċċat ta' konformità mar-regoli tal-Komunità fit-trasmissjoni remota dwar iċ-ċaqliq tal-bastimenti u ta' fatti magħrufa (data) dwar il-prodotti mis-sajd miżmuma abbord.

    - Nuqqas min-naħa tal-kaptan ta' bastiment tas-sajd ta' pajjiż terz jew mir-rappreżentat tiegħu li jikkonformaw mar-regoli ta' kontroll applikabbli meta jkunu jagħmlu xogħol tas-sajd fl-ibħra tal-Komunità.

    F. Nuqqas ta' konformità konnessa mat-tniżżil l-art u l-bejgħ fis-suq ta' prodotti mis-sajd

    - Tniżżil l-art ta' prodotti mis-sajd illi ma jirrispettax ir-regoli tal-Komunità dwar il-kontroll u l-infurzar.

    - Ħżin, proċessar, tqegħid għall-bejgħ u trasport ta' prodotti mis-sajd illi ma jilħqux l-istandards stabbiliti tal-bejgħ fis-suq fis-seħħ u, b'mod partikolari, dawk li jirrigwardaw id-daqsijiet minimi tal-ħut.

    --------------------------------------------------

    Top