Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997R1715

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1715/97 tat-3 ta' Settembru 1997 li jidderoga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kunċett ta' prodotti li joriġinaw użati għall-iskopijiet ta' l-iskema ta' preferenzi ġeneralizzati biex tittieħed inkonsiderazzjoni s-sitwazzjoni speċjali fin-Nepal rigward l-esportazzjonijiet ta' ċerti tessuti lejn il-Komunità

    ĠU L 242, 4.9.1997, p. 19–27 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/1715/oj

    31997R1715



    Official Journal L 242 , 04/09/1997 P. 0019 - 0027


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1715/97

    tat-3 ta' Settembru 1997

    li jidderoga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kunċett ta' prodotti li joriġinaw użati għall-iskopijiet ta' l-iskema ta' preferenzi ġeneralizzati biex tittieħed inkonsiderazzjoni s-sitwazzjoni speċjali fin-Nepal rigward l-esportazzjonijiet ta' ċerti tessuti lejn il-Komunità

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 82/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 249 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jesiġi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [3], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1427/97 [4], u b'mod partikolari l-Artikolu 76 tiegħu,

    Billi, bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3218/94 tad-19 ta' Diċembru 1994 li japplika skema ta' erba' snin għal tariffi preferenzjali ġeneralizzati (1995 sa l-1998) f'dak li għandu x'jaqsam ma' prodotti industrijali li joriġinaw minn pajjiżi li għadhom jiżviluppaw [5], kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 998/97 [6] il-Komunità tat preferenzi bħal dawn lin-Nepal;

    Billi l-Artikoli 67 et seq. tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jistabbilixxi d-definizjoni tal-kunċett ta' prodotti li joriġinaw li għandu jintuża għall-iskopijiet ta' tariffi preferenzjali ġeneralizzati; billi l-Artikolu 76 tar-Regolament jipprovdi b'dana kollu, għal derogi minn dawk id-dispożizzjonijiet favur il-pajjiżi l-anqas żviluppati li jibbenefikaw mill-GSP li jissottomettu talba approprjata għal dak l-iskop lill-Komunità;

    Billi l-Gvern tan-Nepal applika għal deroga bħal dik f'dak li għandu x'jaqsam ma' ċerti prodotti tat-tessuti; billi fuq it-talba tal-Komunità n-Nepal ipprovda l-informazzjoni addizzjonali ekonomika meħtieġa;

    Billi t-talba sottomessa min-Nepal tissodisfa r-rekwiżiti ta' l-Artikolu 76; billi b'mod partikolari l-introduzzjoni ta' kondizzjonijiet kwanitattivi (fuq bażi annwali) li jirriflettu l-kapaċità tas-suq tal-Komunità li jassorbu prodotti min-Nepal, il-kapaċità ta' l-esportazzjoni min-Nepal u l-ispostament kummerċjali attwali reġistrat huwa tali li ma jħallix li ssir ħsara għat-taqsimiet korrespondenti fl-industrija tal-Komunità;

    Billi sabiex tiġi mħeġġa l-kooperazzjoni reġjonali fost pajjiżi benefiċjarji huwa mixtieq li jkun hemm dispożizzjoni li l-materja prima li tintuża fin-Nepal fil-kuntest ta' din id-deroga għandha toriġina minn pajjiżi li għandhom x'jaqsmu ma' l-Għaqda tal-Ġnus tax-Xlokk ta' l-Asja (Asean) (bl-eċċezzjoni ta' Mijanmar), l-Għaqda ta' Kooperazzjoni Reġjonali tax-Xlokk ta' l-Asja (SAARC) jew il-Konvenzjoni ta' Lomé;

    Billi kull talba sabiex tiġi estiża l-applikazzjoni tad-deroga minbarra l-kwantitajiet stabbiliti għandha tiġi kkunsidrata b'konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet tan-Nepal;

    Billi d-deroga ma tista' f'ebda każ tkun applikabbli wara l-31 ta' Diċembru 1998, meta l-iskema kurrenti ta' preferenzi ta' tariffi ġeneralizzati għall-prodotti industrijali tkun skadiet;

    Billi l-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali (Sezzjoni ta' l-Oriġini),

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    1. B'deroga mill-Artikolu 67 et seq. tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, il-prodotti mniżżla fl-Anness ta' dan ir-Regolament li huma manifatturati fin-Nepal minn drapp minsuġ (oġġetti minsuġa) jew ħjut (oġġetti maħduma bil-labar) importati f'dak il-pajjiż u li joriġinaw minn pajjiż li jappartieni għall-Għaqda tal-Ġnus tax-Xlokk ta' l-Asja (Asean) (bl-eċċezzjoni ta' Mijanmar), l-Għaqda ta' Kooperazzjoni Reġjonali tax-Xlokk ta' l-Asja (SAARC) jew il-Konvenzjoni ta' Lomé għandhom ikunu meqjusa bħala li joriġinaw min-Nepal skond l-arranġamenti stabbiliti hawn taħt.

    2. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, il-prodotti għandhom ikunu meqjusa li joriġinaw mill-Asean jew mis-SAARC meta dawn ikunu miksuba minn dawn il-pajjiżi skond ir-regoli ta' l-oriġini stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 2454/93, jew li joriġinaw minn pajjiżi benefiċjarji tal-Konvenzjoni ta' Lomé meta jkunu miksuba minn dawn il-pajjiżi skond ir-regoli ta' l-oriġini stabbiliti fil-Protokoll Nru 1 tar-Raba' Konvenzjoni ACP-KEE [7].

    3. L-awtoritajiet kompetenti tan-Nepal għandhom jintrabtu li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jassiguraw konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.

    L-Artikolu 2

    Id-deroga stabbilita fl-Artikolu 1 għandha tkun applikabbli għall-prodotti, impurtati fil-Komunità min-Nepal matul il-perjodu ta' bejn l-1 ta'Awissu 1997 u l-31 ta' Diċembru 1998, sal-kwantitajiet annwali elenkati fl-Anness biswit kull prodott.

    L-Artikolu 3

    Il-kwantitajiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2 għandhom ikunu amministrati mill-Kummissjoni, li tista' tieħu kull miżura amministrattiva approprjata sabiex tassigura li dawn ikunu amministrati b'effiċjenza.

    Meta importatur jippreżenta dikjarazzjoni għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa f'xi Stat Membru, u japplika biex jieħu vantaġġ mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, u d-dikjarazzjoni tiġi aċċettata mill-awtoritajiet doganali, l-Istat Membru inkwstjoni għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u jieħu ammont korrispondenti għall-ħtiġiet tiegħu.

    Talbiet għat-teħid, li jindikaw id-data meta d-dikjarazzjonijiet ġew aċċettati, għandhom jintbagħtu mingħajr dewmien lill-Kummissjoni.

    It-teħid għandu jingħata mill-Kummissjoni b'referenza għad-data li fiha l-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru kkonċernat ikunu aċċettaw id-dikjarazzjoni għal rilaxx f'ċirkolazzjoni ħielsa, sal-limitu li l-bilanċ disponibbli jkun jippermetti.

    Jekk Stat Membru ma jagħmilx użu mill-ammont meħud huwa għandu malajr kemm jista' jkun jibgħat lura l-kwantità korrispondenti.

    Jekk l-ammonti mitluba jkunu akbar mill-bilanċ disponibbli tal-kwantità inkwistjoni, il-bilanċ għandu jkun allokat pro rata fost l-applikanti. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri bit-teħid li jkun sar.

    Kull Stat Membru għandu jassigura li l-impurtaturi tal-prodotti inkwistjoni jkollhom aċċess ugwali u kontinwu għall-kwantitajiet sakemm il-bilanċ tal-kwantitajiet relevanti jkun jippermetti.

    L-Artikolu 4

    Meta t-teħid permess taħt l-Artikolu 3 jlaħħaq għal 80 % tal-kwantitajiet murija fl-Anness, il-Kummissjoni, b'konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet tan-Nepal, għandha tikkonsidra jekk ikunx meħtieġ li testendi l-applikazzjoni tad-deroga għal aktar minn dawk il-kwantitajiet.

    L-Artikolu 5

    Dan li ġej għandu jitniżżel fil-kaxxa numru 4 taċ-ċertifikati ta' oriġini tal-Formola A maħruġa permezz ta' dan ir-Regolament:

    "Deroga - Regolament (KE) Nru 1715/97"

    L-Artikolu 6

    F'każ ta' dubju, l-Istati Membri jistgħu jitolbu kopja tad-dokument li jiċċertifika l-oriġini tal-materjali użati fin-Nepal permezz ta' din id-deroga. Talba bħal din tista ssir fil-ħin tad-dħul f'ċirkolazzjoni ħielsa ta' l-oġġetti li jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, jew fil-qafas tal-kooperazzjoni amministrattiva stabbilita fl-Artikolu 94 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

    L-Artikolu 7

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu jkun applikabbli mill-1 ta' Awissu 1997.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-3 ta' Settembru 1997.

    Għall-Kummissjoni

    Mario Monti

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

    [2] ĠU L 17, tal-21.1.1997, p. 1.

    [3] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1.

    [4] ĠU L 196, ta' l-24.7.1997, p. 31.

    [5] ĠU L 348, tal-31.12.1994, p. 31.

    [6] ĠU L 144, ta' l-4.6.1997, p. 13.

    [7] ĠU L 229, tas-17.8.1991, p. 1.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Numru fl-ordni | Kategorija tat-tessut | Nomenklatura magħquda | Deskrizzjoni tal-prodotti | Kwantità (1.1-31.12) |

    09.8101 | 4 | 610510006105201061052090610590106109100061099010610990306110201061103010 | Qomos, qomos tal-komma qasira, jumpers u pullovers lightweight fine-knit bl-għonq polo, turtle jew roll (għajr dawk tas-suf jew xagħar fin ta' l-annimali), flokkijiet ta' taħt u bħalhom, maħduma bil-labar jew bil-ganċ | 684602 biċċiet |

    09.8102 | 5 | 6101109061012090610130906102109061022090610230906110101061101031611010356110103861101091611010956110109861102091611020996110309161103099 | Ġerżijiet, pullovers, slip-overs, sdieri, twin sets, cardigans, bedjackets u jumpers, (għajr minn ġkieket jew ġlekkijiet) ġkieket tax-xita, windcheaters, ġkieket tal-qadd u affarijiet simili, maħduma bil-labra jew bil-ganċ | 235793 biċċa |

    09.8103 | 6 | 6203411062034190620342316203423362034235620342906203431962034390620342196203425062046110620462316204623362046239620463186204691862113242621133426211424262114342 | Qliezet li jinqaflu taħt l-irkobba minsuġa ta' l-irġiel jew tas-subien, xorts għajr malji ta' l-għawm u qliezet (inklużi slacks); qliezet u slacks minsuġa tan-nisa u tal-bniet; partijiet t'isfel tat-track suits bl-inforra, għajr dawk fil-kategorija 16 jew 29, tal-qoton jew tal-fibri magħmula mill-bniedem | 140258 biċċa |

    09.8104 | 7 | 610610006106200061069010620620006206300062064000 | Blawżijiet tan-nisa jew tal-bniet, qomos u blawżijiet qomos, kemm jekk huma maħduma bil-labar jew bil-ganċ u kemm jekk le, tas-suf, tal-qoton jew ta' fibri magħmula mill-bniedem | 208742 biċċa |

    09.8105 | 8 | 620510006205200062053000 | Qomos ta' l-irġiel jew tas-subien, minn barra dawk li huma maħduma bil-labra jew bil-ganċ, tas-suf, tal-qoton, jew ta' fibri magħmula mill-bniedem | 177688 biċċa |

    09.8106 | 10 | 611110106111201061113010ex61119000611610206116108061169000611692006116930061169900 | Ingwanti, mittens u mitts, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ | 23229 par |

    09.8107 | 12 | 6115120061151900611519906115201161152090611591006115920061159310611593306115939961159900 | Tajts tan-najlon u tajts, kalzetti, kalzetti li jintlibsu taħt l-ilbiesi, kalzetti, u kalzetti sa l-għaksa, kalzetti qosra u affarijiet simili, maħduma bil-labrar tal-malja jew bil-ganċ, barra minn dawk għat-trabi, inklużi kalzetti għal vini varikużi, minn barra prodotti tal-kategorija 70 | 19312 pari |

    09.8108 | 13 | 610711006107120061071900610821006108220061082900 | Qliezet ta' taħt u qliezet ta' taħt qosra ta' l-irġiel jew tas-subien, u qliezet ta' taħt u qliezet ta' taħt qosra tan-nisa jew tal-bniet maħduma bil-labar jew bil-ganċ, tas-suf, tal-qoton jew tal-fibri magħmula mill bniedem | 1100 biċċiet |

    09.8109 | 14 | 62011100ex62011210ex62011290ex62011310ex6201139062012000 | Kappotti minsuġa, kowtijiet tax-xita u kowtijiet oħra, mantari u mantelli ta' l-irġiel jew tas-subien; ġkieket u ġlekkijiet, tas-suf, tal-qoton jew ta' fibri magħmula mill-bniedem (minn barra parkas tal-kategorija 21) | 10805 biċċiet |

    09.8110 | 15 | 62021100ex62021210ex62021290ex62021310ex620213906204310062043290620433906204391962013000 | Kappotti minsuġa, kowtijiet tax-xita u kowtijiet oħra, mantari u mantelli tan-nisa u tal-bniet; ġkieket u ġlekkijiet, tas-suf, tal-qoton jew tal- fibri magħmula mill bniedem (minn barra parkas tal-kategorija 21) | 61631 biċċiet |

    09.8111 | 16 | 62031100620312006203191062031930620321006203228062032380620329186211323162113331 | Ilbiesi u lbiesi intieri ta' l-irġiel jew tas-subien, minbarra dawk maħduma bil-labar jew bil-ganċ, tas-suf, tal-qoton jew fibri magħmula mill-idejn, minbarra l-ilbiesi ta' l-iski, tracksuits ta' l-irġiel jew tas-subien bl-inforra, bil-qoxra ta' barra ta' materjal wieħed, tal-qotton jew ta' fibri magħmula mill bniedem | 3735 biċċiet |

    09.8112 | 17 | 62033100620332906203339062033919 | Ġkieket u ġlekkijiet ta' l-irġiel jew tas-subien, minbarra dawk maħduma bil-labar tal-malja jew bil-ganċ, tas-suf, tal-qoton jew fibri magħmula mill bniedem | 36864 biċċa |

    09.8113 | 18 | 620711006207190062072100620722006207290062079110620791906207920062079900 | Singlets u flokkijiet oħra, qliezet ta' taħt, briefs, night-shirts, piġami, bathrobes, dressing gowns, u oġġetti simili, ta' l-irġiel jew tas-subien, minbarra dawk maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ | 35,2 tunnellati |

    620811006208191062081990620821006208220062082900620891116208911962089190620892106208929062089900 | Singlets u flokkijiet oħra, slips, petticoats, briefs, panties, nightdresses, piġami, négligés, bathrobes, dressing gowns u oġġetti simili, tan-nisa jew tal-bniet, minbarra dawk maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ |

    09.8114 | 21 | ex62011210ex62011290ex62011310ex62011390620191006201920062019300ex62021210ex62021290ex62021310ex6202139062029100620292006202930062113241621133416211424162114341 | Parkas, anoraks, wind-cheaters, ġkieket sal-qadd u bħalhom, minbarra dawk maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ, tal-qoton jew ta' fibri magħmulin mill-bniedem; partijiet ta' fuq ta' tracksuits bl-inforra, barra dawk tal-kategorija 16 jew 29, tal-qoton jew ta' fibri magħmulin mill-bniedem | 22766-il biċċa |

    09.8115 | 24 | 610721006107220061072900610791106107919061079200ex61079900 | Qomos ta' bil-lejl, piġami, bathrobes, dressing gowns u oġġetti simili, ta' l-irġiel jew tas-subien, maħdumin bil-labra tal-malja jew bil-ganċ | 70512-il biċċa |

    61083110610831906108321161083219610832906108390061089110610891906108920061089910 | Nightdresses, piġami, negliges, bathrobes, dressing gowns u oġġetti simili, tan-nisa jew tal-bniet, maħdumin bil-labra tal-malja jew bil-ganċ |

    09.8116 | 26 | 6104410061044200610443006104440062044100620442006204430062044400 | Ilbiesi tan-nisa jew tal-bniet, tal-qoton jew ta' fibri magħmula mill-bniedem | 281140 biċċa |

    09.8117 | 27 | 6104510061045200610453006104590062045100620452006204530062045910 | Dbielet tan-nisa jew tal-bniet inklużi dbielet maqsumin | 34716-il biċċa |

    09.8118 | 28 | 61034110610341906103421061034290610343106103439061034910610449916104611061046190610462106104629061046310610463906104691061046991 | Qliezet, fradal u qliezet qosra biċ-ċingi li jintrabtu minn taħt u xorts (għajr malji ta' l-għawn), maħduma bil-labar jew bil-ganċ, tas-suf, tal-qoton jew fibri magħmula mill- bniedem | 56206 biċċiet |

    09.8119 | 29 | 62041100620412006204130062041910620421006204228062042380620429186211423162114331 | Ilbiesi u lbiesi intieri tan-nisa jew tal-bniet, minbarra dawk maħduma bil-labar jew bil-ganċ, tas-suf, tal-qoton jew tal-fibri magħmula bl-idejn, minn barra l-ilbiesi ta' l-iski, tracksuits tan-nisa jew tal-bniet bl-inforra, bil-qoxra ta' barra ta' materjal wieħed, tal-qotton jew ta' fibri magħmula mill bniedem | 14565 biċċa |

    09.8120 | 31 | 62121000 | Riċipetti, minsuġa, maħduma bil-labar tal-malja jew bil-ganċ | 1100 biċċa |

    09.8121 | 68 | 611110906111209061113090ex61119000ex62091000ex62092000ex62093000ex62099000 | Biċċiet tal-ħwejjeġ tat-trabi u aċċessorji tat-trabi, esklużi ingwanti tat-trabi, flokkijiet ta' taħt u affarijiet simili tal-kategoriji 10 u 87, u kalzetti tat-trabi, kalzetti u kalzetti qosra, għajr dawk maħduma bil-labar jew bil-ganċ, tal-kategorija 88 | 3,3 tunnellati |

    09.8122 | 69 | 61081110610811906108191061081990 | Dbielet u lbiesi ta' taħt tan-nisa jew tal-bniet, maħduma bil-labar tal-malja jew bil-ganċ | 1100 biċċiet |

    09.8123 | 72 | 61123110611231906112391061123990611241106112419061124910611249906211110062111200 | Malji ta' l-għawm, tas-suf, tal-qoton jew tal-fibri magħmula bl-idejn | 1100 biċċa |

    09.8124 | 73 | 611211006112120061121900 | Tracksuits, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, tas-suf, tal-qoton jew tal-fibri maħduma mill-bniedem | 1100 biċċa |

    09.8125 | 74 | 610411006104120061041300ex61041900610421006104220061042300ex61042900 | Ilbies jew taqbiliet, meħjutin bil-malja jew bil-ganċ u taqbiliet tas-suf, qoton jew fibri magħmula mill-bniedem, esklużi l-ilbies ta' l-iski | 5517-il biċċa |

    09.8126 | 75 | 61031111610312006103190061032100610322006103230061032900 | Ilbies jew taqbiliet, meħjutin bil-malja jew bil-ganċ ta' l-irġiel jew tas-subien, u taqbiliet tas-suf, qoton jew fibri magħmula mill-bnedmin, esklużi l-ilbies ta' l-iski | 3456 biċċa |

    09.8127 | 76 | 620322106203231062032911620332106203331062033911620342116203425162034311620343316203491162034931 | Ilbies industrijali jew ta' fuq ix-xogħol ta' l-irġiel jew tas-subien, minbarra dawk meħjutin bil-malja jew bil-ganċ | 1,1 tunellati |

    62042210620423106204291162043210620433106204391162046211620462516204631162046331620469116204693162113210621133106211421062114310 | Fradal tan-nisa jew tal-bniet, smock-overalls jew ilbies ieħor industrijali jew tax-xogħol, minbarra dak meħjut bil-malja jew bil-ganċ |

    09.8128 | 78 | 6203413062034259620343396203493962046180620461906204625962046290620463396204639062046939620469506210400062105000621131006211329062113390621141006211429062114390 | Tessuti, għajr dawk maħduma bil-labar jew bil-ganċ, esklużi tessuti tal-kategoriji 6, 7, 8, 14, 15, 16, 17, 18, 21, 26, 27, 29, 68, 72, 76 u 77 | 37,4 tunnellata |

    09.81 29 | 83 | 61011010610120106101301061021010610220106102301061033100610332 0061033300ex61033900610431006104320061043300ex610439006112200061130090611410006114200061143000 | Kappotti, ġkieket, ġlekkijiet u tessuti oħra, inklużi ski-suits, meħjutin bil-malja jew bil-ganċ, esklużi t-tessuti tal-kategoriji 4, 5, 7, 13, 24, 26, 27, 28, 68, 69, 72, 73, 74 u 75 | 39,6 tunnellata |

    09.8130 | 84 | 62142000621430006214400062149000 | Xalel, xalpi, mufflers, mantilli, veli, u affarijit oħra ta' din ix-xorta, minbarra dawk maħduma bil-labar jew bil-ganċ, tas-suf, tal-qotton jew tal-fibri magħmula mill-bniedem | 1,1 tunnellata |

    09.8131 | 86 | 621220006212300062129000 | Kurpetti, ċinturini tal-kurpetti, ċinturini taċ-ċingi, ċingi, takkalji u affarijiet oħrajn ta' din ix-xorta, u l-partijiet tagħhom, kemm jekk maħdumin bil-malja jew bil-ganċ u kemm jekk le | 1100 biċċa |

    09.8132 | 156 | 61069030ex61109090 | Blouses jew pullovers tan-nisa jew tal-bniet, maħduma bil-malja jew bil-ganċ, tal-ħarir jew rimi tal-ħarir | 2,2 tunnellati |

    09.81 33 | 157 | 61019010610190906102901061029090ex6103390061034999ex61041900ex61042900ex610439006104490061046999610590906106905061069090ex61079900610899906109909061109010ex61109090ex6111900061149000 | Tessuti, maħdumin bil-labra jew bil-ganċ, għajr dawk tal-kategoriji 1 sa 123 u tal-kategorija 156 | 2,2 tunnellati |

    09.8134 | 159 | 6204491062061000 | Ilbies, blouses u shirt-blouses, mhux maħduma bil-labar jew bil-ganċ, tal-ħarir jew tar-rimi tal-ħarir | 2,2 tunnellati |

    62141000 | Xalel, xalpi, mufflers, mantilji, veli, u affarijiet ta' din ix-xorta, mhux maħduma bil-labar jew bil-ganċ, tal-ħarir jew tar-rimi tal-ħarir |

    62151000 | Ingravajjet, ċfuf u cravats, tal-ħarir jew tar-rimi ta' ħarir |

    09.81 35 | 161 | 620119006201990062021900620299006203199062032990620339906203499062041990620429906204399062044990620459906204699062059010620590906206901062069090ex621120006211390062114900 | Tessuti, mhux maħduma bil-labar jew bil-ganċ, għajr dawk tal- kategorija 1 sa 123 u tal-kategorija 159 | 1,1 tunnellata |

    --------------------------------------------------

    Top