This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31973L0240
Council Directive 73/240/EEC of 24 July 1973 abolishing restrictions on freedom of establishment in the business of direct insurance other than life assurance
Id-Direttiva Tal-Kunsill ta' l-24 ta' Lulju 1973 li tabolixxi restrizzjonijiet fuq il-libertà ta' stabbiliment fin-negozju ta' assigurazzjoni diretta apparti minn assigurazzjoni tal-ħajja
Id-Direttiva Tal-Kunsill ta' l-24 ta' Lulju 1973 li tabolixxi restrizzjonijiet fuq il-libertà ta' stabbiliment fin-negozju ta' assigurazzjoni diretta apparti minn assigurazzjoni tal-ħajja
ĠU L 228, 16.8.1973, pp. 20–22
(DA, DE, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2015; Imħassar b' 32009L0138 u Ara 32012L0023 u 32013L0058
Official Journal L 228 , 16/08/1973 P. 0020 - 0022
Finnish special edition: Chapter 6 Volume 1 P. 0160
Greek special edition: Chapter 06 Volume 1 P. 0174
Swedish special edition: Chapter 6 Volume 1 P. 0160
Spanish special edition: Chapter 06 Volume 1 P. 0158
Portuguese special edition Chapter 06 Volume 1 P. 0158
Id-Direttiva Tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Lulju 1973 li tabolixxi restrizzjonijiet fuq il-libertà ta’ stabbiliment fin-negozju ta’ assigurazzjoni diretta apparti minn assigurazzjoni tal-ħajja (73/240/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 54(2) u (3) tiegħu, Wara li kkunsidra l-programm ġenerali [1] għall-abolizzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq il-libertà ta’ stabbiliment, u b’mod partikolari t-titolu IV Ċ tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi l-Programm Ġenerali msemmi hawn fuq jipprovdi għall-abolizzjoni tat-trattament diskriminatorju kollu taċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri l-oħrajn f’dak li jirrigwarda l-istabbiliment fin-negozju ta’ assigurazzjoni diretta apparti minn assigurazzjoni tal-ħajja; Billi, skond dan il-Programm Ġenerali, it-tneħħija ta’ restrizzjonijiet dwar it-twaqqif ta’ aġenziji u fergħat hija fir-rigward ta’ l-intrapriżi ta’ assigurazzjoni diretta, dipendenti fuq il-koordinazzjoni ta’ kondizzjonijiet għall-bidu u t-twettiq tan-negozju; billi din il-koordinazzjoni ġiet milħuqa għal assigurazzjoni diretta apparti minn assigurazzjoni tal-ħajja, mill-Ewwel Direttiva tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Lulju 1973; Billi l-iskop ta’ din id-Direttiva huwa fir-rigwardi kollha l-istess bħal dak definit fil-punt A ta’ l-Anness ta’ l-Ewwel Direttiva dwar il-koordinazzjoni; billi deher raġjonevoli fiċ-ċirkostanzi li jiġu esklużi, għall-iskopijiet ta’ koordinazzjoni, l-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjonijiet; Billi, skond il-Programm Ġenerali msemmi fuq, ir-restrizzjonijiet dwar id-dritt ta’ sħubija ma’ organizzazzjonijiet professjonali għandhom jiġu aboliti meta l-attivitajiet professjonali tal-persuni kkonċernati jinvolvu l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt; ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 L-Istati Membri għandhom jabolixxu, fir-rigward tal-persuni fiżiċi u intrapriżi koperti bit-Titolu I tal-Programm Ġenerali għall-abolizzjoni ta’ restrizzjonijiet dwar il-libertà ta’ stabbiliment, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "l-benefiċjarji", ir-restrizjonijiet msemmija fit-Titolu III ta’ dan il-Programm li jaffettwaw id-dritt tal-bidu u t-twettiq ta’ attivitajiet għal rashom fil-klassijiet ta’ assigurazzjoni speċifikati fl-Artikolu 1 ta’ l-Ewwel Direttiva ta’ Koordinazzjoni. Bil-kliem "L-Ewwel Direttiva ta’ Koordinazzjoni" huwa mfisser l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Lulju 1973 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu mal-bidu u t-twettiq tan-Negozju ta’ Assigurazzjoni Diretta apparti minn Assigurazzjoni tal-Ħajja. Madanakollu, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjonijiet, dawn ir-restrizzjonijiet għandhom jinżammu sakemm il-Programm ta’ Koordinazzjoni stabbilit fl-Artikolu 2(2)(d), ta’ l-Ewwel Direttiva ta’ Koordinazzjoni jitwettaq. L-Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jabbolixxu r-restrizzjonijiet li ġejjin: (a) dawk li jipprevjenu lill-benefiċjarji milli jistabilixxu rwieħhom fil-pajjiż li jospita taħt l-istess kondizzjonijiet u bl-istess drittijiet bħal ċittadini ta’ dak il-pajjiż; (b) dawk eżistenti għal raġunijiet ta’ prattiċi amministrattivi li jirriżultaw f’li jiġi applikat trattament lill-benefiċjarji li jkun diskriminatorju meta pparagunat ma’ dak applikat lil ċittadini. 2. Ir-restrizzjonijiet li għandhom jiġu aboliti għandhom jinkludu b’mod partikolari dawk li joriġinaw minn miżuri li huma prevalenti jew li jillimitaw l-istabbiliment ta’ benefiċjarji bil-mezzi li ġejjin: (a) Fil-Ġermanja: id-dispożizzjonijiet li jagħtu lill-Ministeru Federali ta’ l-Affarijiet Ekonomiċi id-dritt ta’ diskrezjoni li jimponi l-kondizzjonijiet tiegħu proprji dwar aċċess għal dan in-negozju fuq ċittadini barranin u li jipprevenihom milli jwettqu dan in-negozju fir-Repubblika Federali (il-Liġi tas-6 ta’ Ġunju 1931 (VAG), l-Artikolu 106(2), Nru 1, flimkien ma’ l-Artikolu 8(1), Nru 3, l-Artikolu 106(2), l-aħħar sentenza, u l-Artikolu 111(2)); (b) fil-Belġju: l-obbligu tal-pussess ta’ "carte professionelle" (l-Artikolu 1 tal-Liġi tad-19 ta’ Frar 1965); (ċ) fi Franza: - Il-ħtieġa li jkun ottenut il-kunsens speċjali (il-Liġi tal-15 ta’ Frar 1917, kif emendata u ssuplementata bid- "décret-loi" tat-30 ta’ Ottubru 1935, l-Artikolu 2(2) - "décret" tad-19 ta’ Awissu 1941, kif emendat, l-Artikoli 1 u 2 — "décret" tat-13 ta’ Awissu 1947, kif emendat, l-Artikoli 2 u 10); - L-obbligu li jkun ippreżentat bond tas-Sigurtà jew garanziji speċjali bħala ħtieġa reċiproka (il-Liġi tal-15 ta’ Frar 1917, emendata u ssuplementata bid- "décret-loi" tat-30 ta’ Ottubru 1935, l-Artikolu 2(2) — "décret-loi" ta’ l-14 ta’ Ġunju 1938, l-Artikolu 42 - "décret" tat-30 ta’ Diċembru 1938, kif emendat, l-Artikolu 143 — "décret" ta’ l-14 ta’ Diċembru 1966, l-Artikoli 9, 10 u 11); - L-obbligu li jiġu ddepożitati riservi tekniċi ("décret" tat-30 ta’ Diċembru 1938, l-Artikolu emendat 179 - "décret" tat-13 ta Awissu 1947, kif emendat, l-Artikoli 8 u 13 - "décret" ta’ l-14 ta’ Diċembru 1966, it-Titolu I). (d) fl-Irlanda: id-dispożizzjoni li, biex tkun eliġibbli għal liċenzja ta’ l-assigurazzjoni, kumpannija għandha tkun irreġistrata taħt l-Atti tal-Kumpanniji Irlandiżi, żewġ terzi ta’ l-ishma tagħha għandhom ikunu fil-pussess ta’ ċittadini Irlandiżi u l-maġġoranza tad-Diretturi (apparti minn Direttur Amministrattiv full-time) għandhom ikunu ċittadini Irlandiżi (l-Att ta’ l-Assigurazzjoni, 1936, is-Sezzjoni 12; l-Att ta’ l-Assigurazzjoni, 1964, is-Sezzjoni 7). 3. Il-Liġijiet, ir-Regolamenti jew id-Dispożizzjonijiet Amministrattivi li jinvolvu benefiċjarji fl-obbligu li jipprovdu depożitu jew bond ta’ sigurtà speċjali m’għandhomx ikunu aboliti, sakemm l-intrapriżi ma jissodisfawx il-Kondizzjonijiet Finanzjarji taħt l-Artikoli 16 u 17 ta’ l-Ewwel Direttiva ta’ Koordinazzjoni skond id-Dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 30(1) u (2) ta’ l-istess Direttiva. L-Artikolu 3 1. Meta Stat Membru li jospita jkun jeħtieġ miċ-ċittadini tiegħu, li jixtiequ li jibdew xi attività msemmija fl-Artikolu 1, prova ta’ reputazzjoni tajba u prova ta’ ebda falliment preċedenti, jew prova ta’ waħda minn dawn, dak l-Istat għandu jaċċetta bħala prova suffiċjenti, fir-rigward ta’ ċittadini ta’ Stati Membri oħrajn, il-produzzjoni ta’ estratt mir-"Reġistru Ġudizzjarju" jew, fin-nuqqas ta’ dan, dokument ekwivalenti maħruġ minn awtorità kompetenti Ġudizjarja jew Amministrattiva fil-pajjiż ta’ l-oriġini jew fil-pajjiż minn fejn ikun ġej iċ-ċittadin barrani, li juri li dawn il-ħtiġiet ġew sodisfatti. 2. Meta l-pajjiż ta’ oriġini jew il-pajjiż minn fejn ikun ġej iċ-ċittadin barrani ma joħroġx din il-prova dokumentarja ta’ reputazzjoni tajba jew prova dokumentarja ta’ ebda falliment preċedenti, din il-prova tista’ tiġi ssostitwita b’dikjarazjoni fuq ġurament — jew fi Stati fejn ma hemm ebda dispożizzjoni għal dikjarazzjoni fuq ġurament, dikjarazzjoni solenni — magħmula mill-persuna kkonċernata quddiem Awtorità Kompetenti Ġudizzjarja jew Amministrattiva, jew meta approprjat quddiem nutar, fil-pajjiż ta’ l-oriġini jew fil-pajjiż li minnu tkun ġejja dik il-persuna; din l-awtorità jew nutar joħorġu ċertifikat li jattesta l-awtentiċità tad-Dikjarazzjoni fuq ġurament jew dikjarazzjoni solenni. Dikjarazzjoni fir-rigward ta’ ebda falliment preċedenti tista’ wkoll issir quddiem korp professjonali jew korp kummerċjali kompetenti fil-pajjiż imsemmi. 3. Dokumenti maħruġa skond il-paragrafu 1 jew mal-paragrafu 2 ma jistgħux ikunu ppreżentati aktar minn tliet xhur wara d-data tal-ħruġ tagħhom. 4. L-Istati Membri għandhom, fil-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 6, jinnominaw lill-awtoritajiet jew lill-korpi kompetenti biex joħorġu dawn id-dokumenti u għandhom jinfurmaw minnufih lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bihom. L-Artikolu 4 1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-benefiċjarji jkollhom id-dritt li jissieħbu ma’ organizzazzjonijiet professjonali jew tan-negozju taħt l-istess kondizzjonijiet u bl-istess drittijiet u obbligi taċ-ċittadini tagħhom proprji. 2. Id-dritt li jissieħbu ma’ organizzazzjonijiet professjonali jew tan-negozju għandu, fil-każ ta’ stabbilimenti, jinvolvi l-eliġibbilità għal elezzjoni jew ħatra f’kariga għolja f’dawn l-organizzazzjonijiet. Madanakollu, dawn il-postijiet jistgħu jiġu riservati għal ċittadini meta, skond xi dispożizzjoni stabbilita bil-liġi jew b’regolament, l-organizzazzjoni kkonċernata tkun involuta fl-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali. 3. Fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu, is-sħubija fix-"Chambre de Commerce""m’" għandhiex tagħti lill-benefiċjarji d-dritt li jieħdu parti fl-elezzjoni ta’ l-Organi Amminstrattivi ta’ dik il-Kamra. L-Artikolu 5 L-ebda Stat Membru m’għandu jagħti lil ebda ċittadin tiegħu li jmur fi Stat Membru ieħor għall-iskop li jsegwi xi attività msemmija fl-Artikolu 1 xi għajnuna li x’aktarx tostakola l-kundizzjonijiet ta’ stabbiliment. L-Artikolu 6 L-Istati Membri għandhom jemendaw ir-Regolamenti Nazzjonali tagħhom skond din id-Direttiva u fi żmien 18-il xahar min-notifika ta’ l-Ewwel Direttiva ta’ Koordinazzjoni u għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom. Ir-Regolamenti hekk emendati għandhom jiġu implimentati fl-istess waqt bħall-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi stabbiliti fit-twettiq ta’ l-Ewwel Direttiva. L-Artikolu 7 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-24 ta Ġunju 1973. Għall-Kunsill Il-President I. Nørgaard [1] ĠU 2, tal-15.1.1962, p. 36/62. [2] ĠU C 27, tat-28.3.1968, p. 15. [3] ĠU 118, ta’ l-20.6.1967, p. 2323/67. --------------------------------------------------