Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31958R0003(01)

    Ir-Regolament (EURATOM) Nru 3 li jimplimenta l-Artikolu 24 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika

    ĠU 17, 6.10.1958, p. 406–416 (DE, FR, IT, NL)
    Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1952-1958 P. 63 - 70

    Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (DA, EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1958/3(1)/oj

    31958R0003(01)



    Official Journal 017 , 06/10/1958 P. 0406 - 0416
    Finnish special edition: Chapter 12 Volume 1 P. 0003
    Swedish special edition: Chapter 12 Volume 1 P. 0003
    Danish special edition: Series I Chapter 1952-1958 P. 0063
    English special edition: Series I Chapter 1952-1958 P. 0063
    Greek special edition: Chapter 12 Volume 1 P. 0003
    Spanish special edition: Chapter 12 Volume 1 P. 0003
    Portuguese special edition Chapter 12 Volume 1 P. 0003


    Ir-regolament(EURATOM) Nru 3

    li jimplimenta l-Artikolu 24 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITA TA' L-ENERGIJA ATOMIKA EWROPEA,

    Filwaqt li kunsidra l-Artikoli 24, 25 u 217 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika;

    Filwaqt li kunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

    Billi għandhom jitqiegħdu fis-seħħ miżuri ta’ sigurtà għal kull waħda mil-livelli tas- sigurtà li għandhom jiġu applikati għall-informazzjoni li l-iZvelar tagħha x’aktarx jikkawża dannu għall-interessi tad-difiża ta’ Stat Membru wieħed jew aktar, u billi dawn il-miżuri għandhom jiġu eżerċitati taħt is-sorveljanza tal-Kummissjoni rigward kemm il-materja ta’ tali informazzjoni u l-persuni u l-impriżi li lilhom trid tiġi komunikata l-informazzjoni fit-territorju ta’ l-Istati Membri;

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    L-EWWEL PARTI

    DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

    TAQSIMA I

    Skop ta’ Applikazzjoni

    Artikolu 1

    Skop ta’ applikazzjoni rigward il-materja tas-suġġett

    1. Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi il-livelli tas-sigurtà u l-miżuri tas-sigurtà li għandhom jiġu applikati għall-informazzjoni akkwistata mill-Komunità jew ikkomunikata mill-Istati Membri li hija koperta bl-Artikoli 24 u 25 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Atomika Ewropea (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ "it-Trattat").

    Din l-informazzjoni tissejjaħ hawnhekk iżjed ‘il quddiem: Informazzjoni ta’ l-Euratom Ikklassifikata ("ECI").

    Madankollu, meta Stat jikkomunika l-informazzjoni koperta mill-Artikolu 25, ir-Regolament għandu jgħodd biss jekk l-użu li jsir mill-informazzjoni jaqa’ taħt l-iskop tat-Trattat.

    2. Rapporti, data, dokumenti, oġġetti, media u materji riprodotti rigward l-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandhom jiġu trattati bħala ECI.

    Artikolu 2

    Kuntratti, negozji jew ftehim dwar l-attivitajiet li jaqgħu taħt l-iskop tat-Trattat li jiġu konklużi, estiżi jew imġedda bejn Stat Membru u persuna naturali jew legali m’għandhomx ikunu l-bażi ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

    Miżuri ta’ sigurtà li jidderivaw minn obbligazzjonijiet kuntrattwali li jidħlu fis-seħħ qabel dan ir-Regolament jistgħu, madankollu, jistgħu jiġu applikati minflok id-dispożizzjonijiet mir-Regolament għall-perjodu speċifikat fl-appalti konċentrati.

    Artikolu 3

    Għan relatat mal-persuni

    Il-miżuri ta’ sigurtà stabbiliti f’dan ir-Regolament għandhom jiġu applikati għall-ECI u l-istruzzjonijiet meħtieġa biex jiġi aċċertat li dawn il-miżuri jiġu osservati għandhom jinħarġu minn:

    (a) istituzzjonijiet, kumitati, servizzi u istallazzjonijiet tal-Komunità;

    (b) L-Istati Membri u l-awtoritajiet tagħhoms;

    (ċ) intrapriżi konġunti;

    (d) il-persuni u l-impriżi kif definit fl-Artikolu 196 tat-Trattat.

    Artikolu 4

    Intrapriżi Konġunti

    L-Istatuti ta’ kull Intrapriża Konġunta għandhom jistabilixxu jekk dik l-Intrapriża Konġunta għandhiex tiġi trattata, għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, bl-istess mod bħall-istituzzjonijiet, is-servizzi u l-istallazzjonijiet tal-Komunità jew bħala persuni u impriżi kif definiti fl-Artikolu 196 tat-Trattat.

    Artikolu 5

    Dispożizzjonijiet li jissupplimentaw ir-Regolament dwar is-Sigurtà

    1. Ir-regoli għall-protezzjoni ta’ l-ECI stabbiliti f’dan ir-Regolament għandhom jiġu trattati bħala rekwiżiti minimi.

    2. Fejn ikun meħtieġ, il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jissupplimentaw ir-Regolament tas-Sigurta’ fil-ġurisdizzjonijiet rispettivi tagħhom biex jittieħed kont dovut għall-kondizzjonijiet lokali u jistgħu jsaħħuha permezz ta’ dispożizzjonijiet xierqa proprji, kemm-il darba, madankollu, li ma jaffettwawx b’ mod avvers it-trattamenti uniformi ta’ l-ECI.

    TAQSIMA II

    Organizzazzjoni

    Artikolu 6

    Buro’ tas-Sigurtà

    Taħt l-awtorità u r-responsabbilta’ tal-Kummissjoni, il-Buro’ tas-Sigurtà stabbilit mill-Kummissjoni għandu:

    (a) jikkoordina u jiżgura l-applikazzjoni ġenerali tal-miżuri ta’ sigurtà;

    (b) jissorvelja l-applikazzjoni ta’ dawk il-miżuri fl-istituzzjonijiet, il-kumitati, s-servizzi u l-istallazzjonijiet tal-Komunità;

    (ċ) jingħata l-awtorità li jkollhom l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà għall-ECI kif stabbilit f’dan ir-Regolament verifikat fit-territorji ta’ l-Istati Membri mill-awtoritajiet nazzjonali u, jekk iqis li dan huwa meħtieġ, li jwettaq tali verifika huwa stess b’ kollaborazzjoni ma’ dawk l-awtoritajiet;

    (d) jipproponi emendi li jqis meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 7

    Korpijiet responsabbli għall-applikazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà fl-Istati Membri

    Kull Stat Membru għandu jaħtar korp uffiċjali li jkun responsabbli għall-applikazzjoni jew li jikkawża l-applikazzjoni fit-territorju fil-ġurisdizzjoni tiegħu l-miżuri ta’ sigurtà stabbiliti f’dan ir-Regolament.

    Artikolu 8

    Fizzjali tas-Sigurtà

    1. F’kull istituzzjoni, servizz u stallazzjoni tal-Komunità fejn jiġi preparat jew jinżamm l-ECI, l-Uffiċju tas-Sigurtà għandu jaħtar fizzjal li għandu jkun responsabbli li japplika dan ir-Regolament (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ "Fizzjal tas-Sigurta").

    2. L-Awtoritajiet ta’ l-Istati Membri u l-persuni u l-impriżi kollha kif definiti fl-Artikolu 196 tat-Trattat li jippreparaw jew li jippossjedu ECI għandhom, bl-approvazzjoni tal-korp uffiċjali responsabbli għas-sigurta’ msemmi fl-Artikolu 7, jaħtar fizzjal li għandu jkun responsabbli li japplika dan ir-Regolament (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ "Fizzjal tas-Sigurta").

    3. Il-fizzjali tas-sigurta’ għandhom b’mod partikolari jkunu responsabbli li:

    (a) jagħmlu reġistrazzjoni kif previst fl-Artikolu 23;

    (b) jżommu aġġornata, skond il-kategorija, l-lista tal-persuni kollha li għandhom aċċess għall-ECI;

    (ċ) jħarrġu lill-impjegati tagħhom fid-dmirjiet tagħhom rigward sigurta’;

    (d) jaċċertaw l-applikazzjoni tal-miżuri fiżiċi tas-sigurtà.

    TAQSIMA III

    Klassifikazzjoni u deklassifikazzjoni ta’ l-ECI

    Artikolu 9

    Principju

    Il-livelli tas-sigurtà għandhom jiġu applikati biss safejn huwa strettament neċessarju.

    Artikolu 10

    Il-livelli ta’ sigurtà

    L-ECI għandu jiġi klassifikat skond skala ta’ livelli ta’ sigurtà kif ġej:

    1. Eura - Sigriet Assolut: fejn zvelar mhux awtorizzat ta’ l-informazzjoni jkollu konsegwenzi serji ħafna għall-interessi tad-difiża ta’ Stat Membru wieħed jew aktar;

    2. Eura - Sigriet: fejn zvelar mhux awtorizzat ta’ l-informazzjoni jkollu konsegwenzi serji għall-interessi tad-difiża ta’ Stat Membru wieħed jew aktar;

    3. Eura - Kunfidenzjali: fejn zvelar mhux awtorizzat ta’ l-informazzjoni jkollu effett ta’ dannu għall-interessi tad-difiża ta’ Stat Membru wieħed jew aktar;

    4. Eura - Ristrett: fejn zvelar mhux awtorizzat ta’ l-informazzjoni jista’ jaffettwa l-interessi tad-difiża ta’ Stat Membru wieħed jew aktar iżda fejn huwa meħtieġ grad inqas ta’ sigurta’ milli fil-każ ta’ dokumenti klassifikati bħala Eura - Kunfidenzjali.

    Artikolu 11

    Awtoritajiet kompetenti biex jikklassifikaw

    1. Il-Kummissjoni għandha tikklassifika l-informazzjoni koperta mill-Artikolu 24 tat-Trattat:

    (a) b’ mod provviżorju, fejn tqis li l-izvelar jista’ jkun ta’ dannu għall-interessi tad-difiża ta’ Stat Membru wieħed jew aktar;

    (b) b’mod definitiv, malli l-Istati Membri jkunu għarrfu l-livelli ta’ sigurtà li qed jitolbu. Għandha tiġi applikata l-ogħla livelli mitluba. Il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istati Membri f’dan is-sens.

    Il-Kummissjoni għandha jistabbilixxi u tirrevedi perjodikament, b’kollaborazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri, lista mhix eżawrita tal-kategoriji ta’ informazzjoni li għalihom għandu jiġi applikat livell tas-sigurtà.

    2. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika kemm lill-istituzzjonijiet kompetenti u l-organi tal-Komunità kif ukoll lill-Istati Membri oħrajn dwar il-livelli ta’ sigurtà mitluba mill-Istat oriġinanti rigward l-applikazzjonijiet għall-patenti jew mudelli ta’ utilita’ koperti mill-Artikolu 25 tat-Trattat.

    Artikolu 12

    Klassifikazzjoni tad-dokumenti

    1. Il-livell ta’ sigurtà li jgħodd għal document relatat ma’ l-ECI għandu jiġi determinat biss skond il-kontenut tad-dokumenti in kwistjoni biss, u mhux a-bażi tal-materja ta’ l-ECI li għaliha jkun jirrelata.

    Biex jiġi evitat li tiġi imperikolata s-sigurta’ tad-dokumenti li jiġu taħt il-livelli ta’ Eura - Sigriet u Eura - Sigriet Assolut, riferenzi għal dawn id-dokumenti għandhom jinżammu għall-minimu u jsiru b’tali mod li la jiżvela l-kontenut tagħhom u lanqas il-livelli ta’ sigurtà tagħhom.

    Dawn li ġejjin għandhom ikunu bla ħsara għal-livelli ta’ sigurtà li jgħodd għal dokument:

    (a) kopji ta’ dak id-dokument;

    (b) dokumenti li jirrigwardaw riċerka jew produzzjoni mwettqa a-bażi ta’ dak id-dokument.

    2. Jekk document li jirrelata għal ECI huwa compost minn diversi partijiet, il-livell ta’ sigurtà li jgħodd għad-dokument sħiħ għandu dejjem ikun dak tal-parti li titlob l-ogħla livelli.

    Artikolu 13

    Tibdil fil-livelli ta’ sigurtà u deklassifikazzjoni

    Il-livelli ta’ sigurtà applikati għal kwalunkwe ECI jistghu jinbidlu jew jiġu deklassifikati fil-mod previst fil-ħames subparagrafu ta’ l-Artikolu 24(2) tat-Trattat u fl-Artikolu 25(3) tat-Trattat.

    IT-TIENI PARTI

    DISPOSIZZJONIJIET RELATATI MA’ PERSUNI

    Artikolu 14

    Aċċess għal ECI

    1. L-aċċess għal, u l-possediment ta’, ECI jistgħu jingħataw biss lil persuni li huma debitament awtorizzati u li, inoltre, minħabba d-dmirijiet tagħhom, għandhom ħtieġa ċara li jiġu informati dwar jew li jirċievu dik l-informazzjoni.

    2. M’għandha tkun rikjesta l-ebda awtorizzazzjoni għall-aċċess għall-ECI gradata Eura - Ristrett.

    Artikolu 15

    Awtorizzazzjoni

    1. Ħlief kif stabbilit mod ieħor mill-Kunsill, l-awtorizzazzjoni għandha tingħata biss lill-persuni li għaddew minn testijiet skond l-Artikolu 16 u li rċevew istruzzjonijiet kif meħtieġ taħt l-Artikolu 17.

    2. L-awtorizzazzjoni għandha tingħata bil-miktub. Id-dokument li jawtorizza m’ għandux jinżamm mill-persuna awtorizzata.

    3. Il-Fizzjali tas-Sigurtà msemmija fl-Artikolu 8 għandhom jiġu awtorizzati bl-istess mod.

    4. Dawn li ġejjin għandhom ikunu awotirzzati li joħorġu l-awtorizzazzjonijiet:

    (a) fil-każ ta’ membri ta’ istituzzjonijiet, membri ta’ kumitati u fizzjali u impjegati tal-Komunità, il-Buro’ tas-Sigurta’;

    (b) fi kwalunkwe każ ieħor, l-Istat Membru li, skond l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 16(2), huwa responsabbli għall-iscreening.

    Awtorizzazzjonijiet mogħtija mill-Buro’ tas-Sigurtà jew minn Stat Membru għandhom jiġu magħrufa mill-organi kollha tal-Komunità u mill-Istati Membri kollha.

    5. Il-Buro’ tas-Sigurtà u l-korpijiet uffiċjali responsabbli għas-sigurta’ previsti fl-Artikolu 7 għandhom, kull wieħed rigward l-affarijiet proprji, iżomm lista tal-persuni kollha awtorizzati li jkollhom aċċess għal Eura – gradata bħala ECI - Sigriet Assolut u Eura - Sigriet

    Artikolu 16

    Screening

    1. L-għan ta’ l-iscreening għandu jkun li jiżgura li l-persuna in kwistjoni tilħaq il-kondizzjonijiet meħtieġa biex ikolla aċċess għall-ECI.

    L-għan ta’ l-iscreening għandu jiddependi fuq il-livelli ta’ sigurtà li għaliha hija mitluba l-awtorizzazzjoni.

    2. L-iscreening għandu f’kull każ jitwettaq taħt ir-responsabbilta’ ta’ l-Istat Membru li tiegħu l-persuna in kwistjoni hija ċittadina. Jekk il-persuna in kwistjoni mhix ċittadina fl-ebda Stat Membru, għandu jkun responsabbli l-Istat Membru li fit-territorjiu tiegħu għandu l-indirizz fizz jew ir-residenza normali.

    Jekk il-persuna in kwistjoni għexet għal xi żmien jew jekk għandha konnessjonijiet f’xi Stat Membru minbarra dak l-Istat Membru msemmi fil-paragrafu ta’ qabel, dak l-Istat Membru għandu jiġi mitlub mill-Istat Membru responsabbli għall-iscreening biex jipparteċipa fl-investigazzjoni u għandu jikkomunika r-riżultati ta’ l-inkjesta tiegħu lill-Istat Membru responsabbli għall-iscreening.

    3. Id-dispożizzjonijiet u d-direttivi rilevanti addottati f’kull Stat Membru għandhom jgħoddu għall-iskopijiet tal-proċedura ta’ l-iscreening.

    Ħlief fejn jiġi determinat mod ieħor mill-Kunsill rigward il-membri ta’ istituzzjonijiet u fizzjali u impjegati tal-Komunità, t-talba għall-iscreening. magħmula mill-Buro’ tas-Sigurtà għandha tiġi indirizzata lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li, fis-sens ta’ l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, għandha tkun responsabbli li twettaq l-iscreening.. It-talbiet għall-iscreening. għandhom jiġu akkumpanjati mid-dettalji personali attestati minn dawk konċernati, bid-dettalji kollha dwar l-istat personali ta’ l-individwi in kwistjoni u l-familji tagħhom, l-attivitjiet u l-indirizzi fissi li jkopru l-aħħar għaxar snin.

    Fil-każ ta’ fizzjali u impjegati ta’ l-Istati Membri u persuni u impriżi kif definiti fl-Artikolu 196 tat-Trattat, inklużi impjegati ta’ tali impriżi, l-iscreening. għandu jitwettaq fuq talba mill-Istat Membru in kwistjoni.

    4. Metal jitlesta l-iscreening. il-proċedura li ġejja għandha tiġi applikata rigward il-membri ta’ l-istituzzjonijiet u l-fizzjali u l-impjegati tal-Komunità:

    (a) Malli jiġi kompletat l-iscreening., l-Istat Membru li kien responsabbli għalih fis-sens ta’ l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu jibgħat opinjoni lill-Ufficċju tas-Sigurta’. Dik l-opinjoni għandha tgħid jekk, a bażi tar-riżultati ta’ l-iscreening., hemmx jew le xi oġġezzjonijiet li l-persuna in kwistjoni awtorizzata jkollha aċċess għall-ECI ta’ livelli definita. Meta jagħti l-opinjoni tiegħu, l-Istat Membru għandu jqis l-informazzjoni kollha provduta minn kwalunkwe Stat Membru ieħor li ħa sehem fl-iscreening..

    (b) Jekk l-opinjoni mogħtija skond (a) ma jkun fiha l-ebda oġġezzjoni, il-Buro’ tas-Sigurtà jista’, jekk iqis li ma hemm l-ebda raġuni gravi biex ma jagħmilx dan, jagħti l-awtorizzazzjoni rigward il-persuna konċernata. L-Istat Membru responsabbli li jwettaq l-iscreening. għandu jiġi nfurmat mill-Buro’ tas-Sigurtà dwar id-deċiżjoni.

    (ċ) Jekk l-opinjoni mogħtija skond (a) mhijiex favorevoli, l-Buro’ tas-Sigurtà għandu jkun marbut ma’ dik l-opinjoni u ma jagħtix l-awtorizzazzjoni.

    (d) Jekk, wara li tingħata l-awtorizzazzjoni, il-Buro’ tas-Sigurtà jew xi Stat Membru jsir jaf b’ informazzjoni li tista’ tqajjem dubji dwar hijiex xierqa l-persuna awtorizzata, dik l-informazzjoni għandha tiġi komunikata minnufih lill-Istat Membru responsabbli li jwettaq l-iscreening. fis-sens ta’ l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2. Dak l-Istat Membru għandu jirrevedi l-opinjoni oriġinali tiegħu u jinforma lill-Uffiċju tas-Sigurtà rigward jekk iqisx li l-awtorizzazzjoni għandhiex tiġi sospiża. Il-Buro’ tas-Sigurtà għandu jħares l-opinjoni ta’ l-Istat Membru, biss jekk kemm-il darba l-opinjoni hija favorevoli, l-Bord tas-Sigurtà iqis li ma hemm ebda raġuni gravi biex ma jagħmilx dan.

    Artikolu 17

    Istruzzjonijiet

    1. Meta jibdew id-dmirjiet tagħhom u f’intervalli regolari wara, l-persuni kollha fis-servizz tal-Komunità jew ta’ l-Istati Membri u dawk kollha koperti mill-Artikolu 196 tat-Trattat li xogħolhom jagħtihom aċċess għall-ECI għandhom jirċievu istruzzjonijiet mill-Fizzjal tas-Sigurtà msemmi fl-Artikolu 8 rigward il-ħtieġa għas-sigurta’ u kif għandha tinżamm.

    2. Meta jingħataw tali istruzzjonijiet, għandu jiġi enfasizzat li kwalunkwe vjolazzjoni ta’ l-obbligu li tinżamm is-sigurtà ta’ l-ECI tista’ tiġi trattata wkoll bħala vjolazzjoni tal-liġi kriminali li tgħodd rigward atti li jipperikolaw is-sigurtà ta’ l-Istat.

    3. Il-persuni li rċevew tali istruzzjonijiet għandhom jiffirmaw dikjarazzjoni li tikkonferma li rċevew l-istruzzjonijiet meħtieġa u li tafferma li qed jintrabtu li jikkonformaw magħha.

    Artikolu 18

    Żjarat u skambju ta’ informazzjoni

    1. Fejn, fil-kors ta’ żjara, persuna fis-servizz ta’ wieħed mill-istituzzjonijiet jew ta’ wieħed mis-servizzi jew stallazzjonijiet tal-Komunità, jew soġġetta għall-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru, għandha tirċievi jew tiddiskuti ECI gradat bħala Eura - Sigriet Assolut jew Eura - Sigriet li huwa fil-pussess jew ta’ korp ieħor minbarra dak il-korp li huwa impjegat fis-servizz tiegħu jew ta’ persuna soġġetta għall-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru ieħor, għandu jsir ftehim bejn dawk il-korpijiet jew bejn dawk il-persuni. Il-ftehim għandu jistipola li l-prinċipal tal-korp lil għalih tappartjeni l-persuna li qed iżżur jew, jekk m’hemmx tali korp, il-korp uffiċjali previst fl-Artikolu 7, għandu jibgħat dokument, iċċertifikat, fejn xieraq, mill-Fizzjal tas-Sigurtà, u jgħid ir-raġuni għaż-żjara u d-dettalji personali sħaħ li bihom tista’ tiġi identifikata l-persuna li ser iżżur. Fejn xieraq, dak id-dokument għandu wkoll jispeċifika l-grad ta’ l-awtorizzazzjoni tagħha.

    2. Il-Fizzjal tas-Sigurtà tal-korp li tkun saritlu ż-żjara għandu jagħti gwida lill-persuna in-kwistjoni matul iż-żjara .

    IT-TIELET PARTI

    PROTEZZJONI FIŻIKA TA’ L-ECI

    TAQSIMA I

    Marki distintivi u riproduzzjoni ta’ l-ECI

    Artikolu 19

    Marki distintivi

    1. Il-livelli ta’ sigurtà Eura - Sigriet Assolut, Eura - Sigriet u Eura - Kunfidenzjali għandhom jintwerew billi titwaħħal marka li tidher ċara b’ timbru fin-naħa ta’ fuq u ta’ isfel ta’ kull paġna ta’ kull document li jirrelata għall-ECI.

    Għal-livelli Eura - Ristrett, huwa biżżejjed li dawk il-kliem jiġu timbrati jew stampati fin-naħa ta’ fuq ta’ kull paġna ta’ dawn id-dokumenti rilevanti. Fil-każ ta’ doKument marbut f’volum, dawk il-kliem għandhom jintwerew biss fin-naħa ta’ fuq ta’ l-ewwel paġna ta’ dak il-volum.

    2. Kull paġna ta’ dokument li jirrelata għall-ECI gradat bħala Eura - Kunfidenzjali jew livelli ogħla għandha tiġi enumerata. In-numru totali ta’ paġni ta’ dokumenti ta’ l-ECI gradata bħala Eura - Sigriet Assolut għandu jingħata fuq l-ewwel paġna; b'kull kopja ta’ dan id-dokument għandu jkollu numru serjali. Ir-referenza ta’ dokument relatat ma’ ECI gradat bħala Eura - Sigriet Assolut ghandha tinghata fuq kull paġna li tintuża.

    3. Jekk jinbidlu livelli ta’ sigurtà ta’ kwanlukwe ECI determinat, id-dokumenti rilevanti għandhom ikunu markati kif xieraq biex jikkorrespondu mal-livelli ġodda ta’ l-ECI.

    Artikolu 20

    Riproduzzjoni

    1. In-numru ta’ riproduzzjonijiet sħaħ u parzjali ta’ l-ECI, fi kwalunkwe forma jew bi kwalunkwe metodu li jsiru, għandu jkun strettament limitat għar-rekwiżiti immedjati u essenzjali.

    2. Ir-riproduzzjoni (per eżempju, reprints, kopji, estratti, traduzzjonijiet, eċċ) ta’ ECI gradat bħala Eura - Sigriet Assolut għandha, fil każ ta’ ECI komunikat skond l-Artikolu 24 tat-Trattat, issir biss bil-kunsens tal-Buro’ tas-Sigurtà u, fil-każ ta’ ECI ikkomunikat skond l-artikolu 25 tat-Trattat, bil-kunsens ta’ l-Istat Membru li fih oriġina l-ECI.

    3. Qabel ma jiġi riprodott l-ECI gradat Eura - Sigriet, il-Fizzjal tas-Sigurtà ta’ l-impriża jew tal-korp li għandu l-pussess ta’ l-ECI għandu jiġi informat.

    4. Ir-referenzi indiċi kollha li jidentifikaw l-ECI fil-ħin meta jiġi riprodott għandhom jidhru fuq riproduzzjoni jew riproduzzjonijiet li jsiru minnu.

    5. Persuna jew korp fuq liema inizjattiva jkunu saru r-riproduzzjonijiet għandhom iwaħħlu r-referenza distintiva proprja ma’ kull riproduzzjoni, segwita, fil-każ ta’ l-ECI tal-livelli Eura -Sigriet Assolut jew Eura- Sigriet, minn dikjarazzjoni tan-numru totali tar-riproduzzjonijiet kollha li saru u anki n-numru individwali ta’ kull kopja.

    TAQSIMA II

    Sigurtà fil-bini

    Artikolu 21

    1. Id-dipartimenti xierqa tal-Komunità jew ta’ l-Istati Membri għandhom jaċċertaw li l-bini jew taqsimiet ta’ bini li fihom jinżammu ECI gradati Eura - Kunfudenzjali jew ta’ livelli ogħla jistgħu jiġu sorveljati b’ mod faċli u huma aċċessibbli biss għal persuni awtorizzati li jidħlu fihom.

    2. Biex jiġi verifikat l-aċċess ta’ persuni għal dan il-bini Jew taqsimiet ta’ bini, d-dipartimenti konċernati għandhom jieħdu passi biex jippermettu lill-impjegati u l-persuni li qed iżuru li jiġu identifikati b’mod pożittiv. Il-persuni li qed iżuru m’għandhomx ikunu mhux akkumpanjati fil-post li fihom ikunu jinsabu l-ECI.

    3. Wara l-ħinijiet normali tax-xogħol, il-bini jew taqsimiet ta’ bini li fihom jinżammu l-ECI imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu spezzjonati biex jiġi aċċertat illi l-kabinetti rinforzati tas-sigurtà u l-kabinetti li jkunu jinsabu fihom fajls, eċċ, ingħalqu sew u li l-ECI ġie msakkar sew.

    4. Il-il-bini jew taqsimiet ta’ bini li fihom jinżammu l-ECI gradati bħala Eura - Sigriet Assolut għandhom jiġu protetti minn gwardjani tas-sigurtà u sistema ta’ l-allarm.

    TAQSIMA III

    Kif l-ECI jinżamm fis-sod

    Artikolu 22

    Kabinetti rinforzati tas-sigurtà

    1. ECI gradati bħala Eura - Sigriet Assolut għandhom jinżammu f’kabinetti rinforzati tas-sigurtà b’ serratura b’ kombinazzjoni tripla.

    Is-settings tal-kombinazzjonijiet sigrieti għandhom jinbidlu kull darba li impjegat familjari mal-kombinazzjoni jiġi trasferit u kull darba li s-sigurtà tkun ġiet jew tidher li tkun ġiet kompromessa; inkella il-kombinazzjoni għandha tinbidel darba kull sitt xhur.

    2. ECI gradati bħala Eura - Sigriet u Eura - Kunfidenzjali għandhom jinżammu f’kabinetti rinforzati jew ta’ l-azzar tas-sigurtà li l-mekkaniżmu tat-tiskir tagħhom jiġi verifikat b’ mod regolari u huwa magħruf li huwa ta’ min joqgħod fuqu.

    3. ECI gradati bħala Eura - ristretti għandhom jinżammu b’ tali mod li l-ebda persuna li mhix awtorizzata ma tista’ tikseb aċċess għalihom.

    TAQSIMA IV

    Ir-reġistrazzjoni ta’ ECI

    Artikolu 23

    L-ECI kollha gradati Eura - Sigriet Assolut u Eura - Sigriet għandhom jiġu reġistrati b’ mod speċjali.

    Din ir-reġistrazzjoni għandha trendi possibbli:

    - li tinġabar minnufih lista tal-persuni li konsultaw jew li għandhom il-pussess ta’ tali dokumenti;

    - li jiġi determinat minnufih id-detentur ta’ kull waħda mill-kopji u tad-duplikati tagħhom.

    TAQSIMA V

    Ċirkolazzjoni ta’ l-ECI

    Artikolu 24

    Dispożizzjonijiet prattiċi

    1. Iċ-ċirkolazzjoni ta’ l-ECI f’bini jew grupp ta’ bini għandha tiġi salvagwardjata b’tali mod li ma jitħalla ebda ħruġ.

    2. L-ECI gradati Eura -Kunfidenzjali u livelli ogħla mibgħuta barra minn bini jew grupp ta’ bini għandha titqiegħed f’żewġ inviloppijiet, u dak ta’ ġewwa għandu juri l-livelli ta’ sigurtà. Il-livelli ta’ sigurtà m’ għandha fl-ebda ċirkostanza tintwera fuq l-invilopp ta’ barra.

    Kwalunkwe persuna li tirċievi ECI għandha tirrikonoxxi l-irċevuta minnufih fuq formola ta’ rċevuta. Dik il-formola ta’ rċevuta, li m’ għandu jkollha l-ebda livelli ta’ sigurtà, għandha turi n-numru ta’ riferenza ta’ l-ECI u n-numru tal-kopja u d-data, iżda mhux il-kontenut jew il-livelli ta’ sigurtà, tal-kopja. Ir-reċipjent għandu jirritorna l-formola ta’ rċevuta minnufih lil min bagħat l-ECI, li għandu jaċċerta li din l-obbligazzjoni tintlaħaq.

    3. ECI gradat Eura - ristrett ghandu jkun trattat b'tali mod li jaccerta s-sigurta tieghu.

    Artikolu 25

    Iċ-ċirkolazzjoni ta’ l-ECI fil-Komunità

    1. ECI gradati Eura - Sigriet Assolut trasmessi barra għandhom jintbagħtu f’borża diplomatika fil-kustodja ta’ messaġġier akkumpanjat minn persuna waħda oħra.

    ECI gradati Eura - Sigriet u Eura - Kunfidenzjali trasmessi barra għandhom jintbagħtu f’borża diplomatika.

    Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jgħoddu wkoll meta l-ECI huma trasmessi skond l-Artikoli 4 u 5 tal-protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika.

    2. Eċċezzjonalment, l-ECI msejħa fil-paragrafu 1 tista’ wkoll tiġi trasportata minn persuni oħrajn kemm-il darba:

    (a) dawk il-persuni huma awtorizzati li jkollhom aċċess għall-ECI ta’ waħda mill-livelli ta’ sigurtà in kwistjoni;

    (b) Il-kunsinni li jkun jinsab fihom l-ECI juru siġill uffiċjali li jeżentahom mill-kontroll tad-dwana;

    (ċ) il-persuna li ġġorrhom tkun fornita b’ċertifikat li hu rikonoxxut mill-pajjiżi kollha li minnhom huwa jgħaddi u li jawtorizzah li jakkumpanja l-kunsinna sad-destinazzjoni msemmija;

    (d) il-persuna li ġġorrhom hija debitament istruwita fid-doveri li jiddevolvu fuqha matul il-ġarr ta’ ECI.

    3. It-trasmissjoni ta’ l-ECI gradati Eura - ristrett m’għandhiex tkun soġġetta għal dispożizzjonijiet speċjali. Huwa, madankollu, ezzenzjali li jiġi aċċertat li l-ebda persuna li mhix awtorizzata ma jkollha aċċess għal tali informazzjoni.

    Artikolu 26

    Iċ-ċirkolazzjoni ta’ l-ECI fi Stat Membru

    1. ECI gradati Eura - Kunfidenzjali u ta’ livelli ogħla għandhom jintbagħtu bil-messaġġier. Il-messaġġiera għandhom iħarsu l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25(2)(a) u (d). Fil-każ ta’ ECI gradati Eura - Sigriet Assolut il-messaġġier għandu jiġi akkumpanjat minn persuna oħra.

    2. ECI gradata Eura - Sigrieta tista’, madankollu, tiġi trasmessa bil-posta bħala ittra assikurata. ECI gradata Eura - Kunfidenzjali tista’ wkoll tiġi trasmessa bil-posta reġistrata.

    3. ECI gradata Eura - ristretta għandha tiġi trasmessa skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 25(3).

    Artikolu 27

    Ġarr ta’ ECI fuq missjoni uffiċjali jew għall-iskopijiet ta’ laqgħat

    1. Il-ġarr ta’ ECI fuq missjonijiet uffiċjali jew għall-iskopijiet ta’ laqgħat barra mill-bini fejn jinżamm għandu jinżamm għall-minimu.

    2. ECI trasportata waqt missjonijiet uffiċjali għandha, meta mhix qed tintuża, tiġi depożitata f’post li jikkonforma f’kull rispett mar-rekwiżiti tas-sigurtà fis-sens ta’ l-Artikoli 21 u 22. Għandha tingħata l-assistenza neċessarja għal dak l-iskop mid-dipartimenti xierqa ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu titwettaq il-laqgħa jew il-missjoni speċjali. Jekk ikun impossibbli li l-ECI tiġi depożitata b’ dan il-mod, il-persuna li qed tivvjaġġa għandha tibqa’ personalment responsabbli għas-sigurtà tagħha, u tuża kwalunkwe miżuri ta’ sigurtà li għandha disponibbli. L- ECI għandha tibqa’ fil-kustodja personali tal-persuna li qed tivvjaġġa jekk ikun impossibbli li din tiġi depożitata f’kondizzjonijiet adegwati ta’ sigurta’.

    Għandu jkun ipprojbit b’mod partikolari li l-ECI titħalla, ukoll temporanjament, f’armarji tal-lukandi jew fil-vetturi.

    3. Dokumenti li jirrelataw għal ECI m’ għandhomx jinqraw fil-pubbliku.

    Artikolu 28

    Transmissjoni ta’ ECU bit-telekomunikazzjonijiet

    1. ECI gradata Eura - Kunfidenzjali u ta’ livelli ogħla jistgħu jintbagħtu bit-telegramma, radjo, telefon jew telex kemm-il darba tiġi enċifrata sew skond il-livelli ta’ sigurtà tad-dokument in kwistjoni.

    2. ECI gradata Eura - Sigriet Assolut għandha tiġi trasmessa b’ dan il-mod biss f’każijiet ta’ emerġenza u ta’ ħtieġa assoluta.

    3. Telefonati en clair rigward ECI gradata Eura - Kunfidenzjali u ta’ livelli ogħla għandhom ikunu projbiti.

    TAQSIMA VI

    Qerda ta’ l-ECI

    Artikolu 29

    Qerda sistematika

    1. Sabiex tiġi evitata akkumulazzjoni inutli ta’ ECI, il-kopji li m’għadhomx jgħoddu jew li huma żejda għandhom jinqerdu.

    Dokumenti gradati Eura - Sigriet jew Eura - Sigriet Assolut m’ għandhomx jinqerdu mingħajr awtorizzazzjoni qabel mill-awtorità li għandha l-awtorita; li tiddeċiedi dwar il-klassifikazzjoni tagħhom.

    2. ECI għandha tinqered bl-inċinerazzjoni, pulping jew xreddjar, li f’każ ta’ ECI gradata Eura - Sigriet jew Eura - Sigriet Assolut għandhom jitwettqu fil-preżenza tal-Fizzjal tas-Sigurtà jew ta’ persuna maħtura minnu għal dak l-iskop, li għandha tagħmel rapport dwar dan.

    3. Il-mezzi kollha ta’ riproduzzjoni, ta’ kwalunkwe tip, eġ, stencils, karta saħħara, ribbons, noti miktubin bl-idejn, negattivi tal-films, li ntużaw għall-produzzjoni jew għar-riproduzzjoni għandhom, wara li jkunu saru l-kopji li għandhom jinżammu, jinqerdu skond l-istruzzjonijiet mogħtija mill-Fizzjal tas-Sigurta’.

    Artikolu 30

    Qirda f’Emerġenza

    Kull awtorità li tippossjedi ECI għandha tagħmel pjan ta’ qirda f’emerġenza li f’każijiet eċċezzjonali tipprevjeni lill-ECI gradata Eura-Kunfidenzjali u ta’ livelli ogħla milli taqa’ f’idejn persuni mhux awtorizzati.

    TAQSIMA VII

    Dispożizzjonijiet speċjali

    Artikolu 31

    Jekk xi wħud mid-dispożizzjonijiet imsemmija qabel ma jisgħux jiġu applikati minħabba n-natura speċjali ta’ l-ECI, il-Fizzjal tas-Sigurtà għandu jieħu jew iġiegħel li jittieħdu l-miżuri xierqa biex jaċċerta li s-sigurtà ta’ tali ECI tingħata protezzjoni ekwivalenti għal dik stipolata f’dan ir-Regolament.

    IR-RABA’ PARTI

    MIŻURI LI GĦANDHOM JITTIEĦDU FIL-KAŻ TA’ ABBUZ TAR-REGOLAMENT DWAR IS-SIGURTÀ

    Artikolu 32

    Notifikazzjoni obbligatorja

    1. Kull persuna li ġiet istruwita skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u li ssib jew tassumi li sar abbuz tar-regolamenti dwar is-sigurtà jew tal-miżuri ta’ sigurtà, għandha minnufih tavża jew lill-Fizzjal tas-Sigurtà jew lill-prinċipal tad-dipartiment tiegħu.

    2. Malli abbuz jew abbuz suspettata fis-sens tal-paragrafu 1 jissuġġerixxi li ECI gradata Eura - Kunfidenzjali u ta’ livelli ogħla ġiet għall-għarfien ta’ persuna mhix awtorizzata, l-affari għandha tiġi riferuta minnufih għall-Buro’ tas-Sigurtà jew għall-korpijiet previsti fl-Artikolu 7, li għandu jaċċerta l-fatti.

    3. Jekk l-abbuz suspettat fis-sens tal-paragrafu 2 jiġi konfermat, il-korpijiet uffiċjali previsti fl-Artikolu 7 ta’ l-Istati Membri għandhom jiġu informati mill-Uffiċju tas-Sigurta’, jew vice versa; kull wieħed għandhom, għall-parti proprja jieħu kull pass:

    (a) biex jirrestrinġi għall-minimu d-danni kaġunati;

    (b) li jipprevjeni ripetizzjoni tal-ġrajja.

    Artikolu 33

    Proċedura tan-notifika ta’ l-Istati Membri

    Il-Buro’ tas-Sigurta’ għandu jinforma lill-Istati Membri dwar il-fatti stabbiliti permezz tal-korpijiet uffiċjali previsti fl-Artikolu 7.

    L-Istat jew Stati konċernati għandhom, jekk iqisu li huwa meħtieġ, jibagħtu lill-korp uffiċjali ta’ l-Istat kompetenti talba għall-bidu tal-proċedura stabbilita fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 194(1) tat-Trattat.

    IL-ĦAMES PARTI

    DISPOSIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 34

    Trattati jew ftehim ma’ pajjiżi terzi

    Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Komunità u ta’ l-Istati Membri (jew tal-Komunità jew ta’ l-Istati Membri) f’dan il-qasam li jirriżultaw minn Trattati jew ftehim konklużi ma’ pajjiżi terzi, organizzazzjoni internazzjonali jew ċittadin ta’ pajjiż terz.

    Artikolu 35

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-erbgħin jum wara dak tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, fil-31 ta’ Lulju 1958.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    Balke

    --------------------------------------------------

    Top