This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22023X0417(10)
Unilateral Declaration by the United Kingdom in the Joint Committee established by the Agreement on the withdrawal of the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland from the European Union and the European Atomic Energy Community of 24 March 2023 on the democratic consent mechanism in Article 18 of the Windsor Framework (See Joint Declaration No 1/2023.)
Dikjarazzjoni unilaterali mir-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal- 24 ta’ Marzu 2023 dwar il-mekkaniżmu ta’ kunsens demokratiku fl-Artikolu 18 tal-Qafas ta’ Windsor (Ara d-Dikjarazzjoni Konġunta Nru 1 tal-2023.)
Dikjarazzjoni unilaterali mir-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal- 24 ta’ Marzu 2023 dwar il-mekkaniżmu ta’ kunsens demokratiku fl-Artikolu 18 tal-Qafas ta’ Windsor (Ara d-Dikjarazzjoni Konġunta Nru 1 tal-2023.)
PUB/2023/429
ĠU L 102, 17.4.2023, p. 98–98
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 102/98 |
DIKJARAZZJONI UNILATERALI MIR-RENJU UNIT FIL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT MILL-FTEHIM DWAR IL-ĦRUĠ TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ MILL-UNJONI EWROPEA U MILL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA
tal- 24 ta’ Marzu 2023
dwar il-mekkaniżmu ta’ kunsens demokratiku fl-Artikolu 18 tal-Qafas ta’ Windsor (1)
Ir-Renju Unit jinnota li s-soluzzjonijiet konġunti mħabbra f’Windsor huma maħsuba biex jikkostitwixxu sensiela ta’ miżuri prattiċi u sostenibbli biex jiġu indirizzati, b’mod definittiv, in-nuqqasijiet u s-sitwazzjonijiet mhux previsti li tfaċċaw minn meta daħal fis-seħħ il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq (“il-Protokoll”).
Ir-Renju Unit jirrikonoxxi l-importanza li jiġi żgurat li dawn l-arranġamenti jkunu dejjem kapaċi jiksbu l-akbar appoġġ possibbli fil-komunità fl-Irlanda ta’ Fuq, f’konformità mar-responsabbiltà tiegħu li jirrispetta l-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira jew ta’ Belfast tal-10 ta’ April 1998, inklużi l-ftehimiet u l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni sussegwenti tiegħu, fil-partijiet kollha tiegħu – u fir-rigward tar-responsabbiltajiet speċifiċi tiegħu li jirrispetta l-identità, l-ethos u l-aspirazzjonijiet taż-żewġ komunitajiet. Il-mekkaniżmu ta’ kunsens demokratiku fl-Artikolu 18 tal-Qafas ta’ Windsor jipprovdi salvagwardja kontinwa u importanti f’dan ir-rigward, li flimkien magħha r-Renju Unit huwa impenjat li jikkummissjona rieżami indipendenti fiċ-ċirkostanzi stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Unilaterali tiegħu dwar il-kunsens (2). Fi kwalunkwe ċirkostanza bħal din, kemm jekk wara l-ewwel eżerċizzju tal-mekkaniżmu ta’ kunsens demokratiku kif ukoll jekk wara, ir-Renju Unit jimpenja ruħu li jressaq ir-rakkomandazzjonijiet tar-rieżami qddiem il-Kumitat Konġunt, filwaqt li jirrikonoxxi r-responsabbiltà tal-Kumitat Konġunt skont l-Artikolu 164 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkunsidra kwalunkwe kwistjoni ta’ interess relatata ma’ qasam kopert mill-Qafas ta’ Windsor, u li jfittex modi u metodi xierqa biex jipprevjeni problemi li jistgħu jinqalgħu f’oqsma koperti mill-Qafas ta’ Windsor.
(1) Ara d-Dikjarazzjoni Konġunta Nru 1 tal-2023.
(2) Dikjarazzjoni mill-Gvern tal-Maestà Tagħha tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq dwar l-operazzjoni tad-dispożizzjoni “Kunsens demokratiku fl-Irlanda ta’ Fuq” tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq.