Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22022A0413(01)

    Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius

    ST/5658/2022/INIT

    ĠU L 115, 13.4.2022, p. 45–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2022/614/oj

    Related Council decision
    Related Council decision

    13.4.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 115/45

    FTEHIM fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius

    A.   Ittra mill-Unjoni Ewropea

    Għeżież Sinjuri,

    Bi pjaċir nikkonfermalkom li l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius jaqblu mal-arranġamenti provviżorji li ġejjin li jestendu l-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius (il-“Protokoll”), li applika mit-8 ta' Diċembru 2017 sas-7 ta' Diċembru 2021, sa ma jitlestew in-negozjati dwar it-tiġdid tal-Protokoll.

    Għalhekk, l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius qablu dwar dan li ġej:

    (1)

    Mill-1 ta’ Jannar 2022, jew kwalunkwe data oħra sussegwenti mal-iffirmar ta’ dan l-Iskambju ta’ Ittri, l-arranġamenti fis-seħħ matul l-aħħar sena tal-Protokoll għandhom jiġġeddu bl-istess kundizzjonijiet sakemm protokoll ġdid jiġi miftiehem u jsir applikabbli, iżda għal perijodu massimu ta’ sitt xhur.

    (2)

    Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni Ewropea sabiex il-bastimenti jkollhom aċċess għall-ilmijiet ta’ Mauritius skont dan l-Iskambju ta' Ittri għandha tikkorrispondi għal nofs l-ammont annwali previst fl-Artikolu 4(2), punt (a), tal-Protokoll, u b’hekk tammonta għal EUR 110 000, ekwivalenti għal tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 2 000 tunnellata. Dak il-ħlas għandu jsir f’pagament wieħed sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data tal-applikazzjoni provviżorja ta’ dan l-Iskambju ta’ Ittri. L-Artikolu 4(5) u (6) ta’ dan il-Protokoll għandu japplika mutatis mutandis.

    (3)

    Skont dan l-Iskambju ta’ Ittri, l-appoġġ għall-politika settorjali tas-sajd ta' Mauritius għandu jammonta għal EUR 110 000 u l-appoġġ għall-iżvilupp tal-politika marittima u tal-ekonomija tal-oċeani għandu jammonta għal EUR 67 500. Il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd għandu japprova l-ipprogrammar għal dan l-ammont skont l-Artikolu 5(1) tal-Protokoll sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan l-Iskambju ta’ Ittri. Il-kontribuzzjoni finanzjarja għall-appoġġ settorjali għandha titħallas f’pagament wieħed abbażi tal-programmazzjoni maqbula.

    (4)

    F’każ li n-negozjati biex jiġġedded il-Protokoll iwasslu biex il-protokoll il-ġdid jiġi ffirmat u sussegwentement biex jiġi applikat (b’mod provviżorju) qabel jiskadi l-perijodu ta’ sitt xhur previst fil-punt (1) hawn fuq, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-punti (2) u (3) hawn fuq għandha titnaqqas pro rata temporis. Fejn ammont li jikkorrispondi għat-tnaqqis applikabbli diġà jkun tħallas, dak l-ammont għandu jitnaqqas mill-ewwel kontribuzzjoni finanzjarja dovuta skont il-Protokoll il-ġdid.

    (5)

    Matul il-perijodu ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Iskambju ta' Ittri, l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinħarġu f’konformità mal-Kapitolu II tal-Anness għall-Protokoll. Il-ħlas tat-tariffa minn qabel għall-bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża u għall-bastimenti tas-sajd bil-konz għandu jikkorrispondi għal nofs it-tariffi stabbiliti, u għal nofs il-kwantitajiet rispettivi ta’ tonn u speċijiet li jixbhu lit-tonn imsemmija fil-Kapitolu II, punt 3, is-subpunt 3(a) sa (c), tal-Anness għall-Protokoll għall-aħħar sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll. It-tariffa tal-liċenzja applikabbli għall-bastimenti tal-provvista għandha tikkorrispondi għal nofs it-tariffa prevista fil-Kapitolu II, il-punt (4), tal-Anness għall-Protokoll, u konsegwentement għandha tammonta għal EUR 2 000.

    (6)

    L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd maħruġa skont dan l-Iskambju ta' Ittri għandhom jibqgħu validi sa tmiem il-perijodu ta’ estensjoni.

    (7)

    Fir-rigward tar-rappurtar tal-qabdiet stabbiliti fil-Kapitolu III tal-Anness għall-Protokoll, l-Unjoni għandha tipprovdi lil Mauritius, qabel tmiem kull trimestru, id-data dwar il-qabdiet għal kull bastiment tal-Unjoni awtorizzat. Mauritius għandu jipprovdi, fuq bażi trimestrali, id-data dwar il-qabdiet tal-bastimenti tal-Unjoni awtorizzati miksuba permezz tal-ġurnali ta’ abbord.

    (8)

    Għal kull tartarun tal-borża u konz tal-wiċċ, l-Unjoni għandha tibgħat dikjarazzjoni finali tat-tariffi dovuti mill-bastiment fir-rigward tal-attivitajiet tas-sajd tiegħu matul il-perijodu ta’ estensjoni lil Mauritius u lil sid il-bastiment rispettiv sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara t-tmiem tal-perijodu ta’ estensjoni. Meta l-ammont fid-dikjarazzjoni finali jkun akbar mit-tariffa tal-ħlas minn qabel imsemmija fil-punt (5), sid il-bastiment għandu jħallas il-bilanċ pendenti, sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara li jirċievi d-dikjarazzjoni finali. Kwalunkwe ammont imħallas għat-tariffa tal-ħlas minn qabel li jaqbeż id-dikjarazzjoni finali ma għandux jiġi rimborżat. Fir-rigward tat-tfassil, il-proċedura li għandha tiġi segwita minn Mauritius mal-wasla u l-kontestazzjoni tad-dikjarazzjoni finali, tal-Kapitolu III, il-punt (5), għandu japplika mutatis mutandis.

    (9)

    Fir-rigward tal-imbarkazzjoni tal-baħrin kif previst fil-Kapitolu VIII tal-Anness għall-Protokoll, matul l-attivitajiet tagħhom fl-ilmijiet ta’ Mauritius, sitt baħrin ikkwalifikati minn Mauritius għandhom jimbarkaw fuq il-flotta tal-Unjoni.

    (10)

    Dan l-Iskambju ta’ Ittri għandu japplika b’mod provviżorju mill-1 ta’ Jannar 2022 jew kwalunkwe data oħra sussegwenti mal-iffirmar, sa ma jidħol fis-seħħ. Huwa għandu jidħol fis-seħħ fid-data meta l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li lestew il-proċeduri neċessarji għal dak il-għan.

    Nitlobkom ġentilment tikkonfermaw li rċevejtu din l-ittra u li tikkonfermaw li r-Repubblika ta’ Mauritius taqbel mat-termini tagħha.

    Nassigurak, Sinjur, Sinjura, mill-ikbar stima li għandi lejk.

    Image 1

    B.   Ittra mir-Repubblika ta’ Mauritius

    Għeżież Sinjuri,

    Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek bid-data tal-lum, li tinqara kif ġej:

    “Bi pjaċir nikkonfermalkom li l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius jaqblu mal-arranġamenti provviżorji li ġejjin li jestendu l-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius (il-“Protokoll”), li applika mit-8 ta' Diċembru 2017 sas-7 ta' Diċembru 2021, sa ma jitlestew in-negozjati dwar it-tiġdid tal-Protokoll.

    Għalhekk, l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Mauritius qablu dwar dan li ġej:

    (1)

    Mill-1 ta’ Jannar 2022, jew kwalunkwe data oħra sussegwenti mal-iffirmar ta’ dan l-Iskambju ta’ Ittri, l-arranġamenti fis-seħħ matul l-aħħar sena tal-Protokoll għandhom jiġġeddu bl-istess kundizzjonijiet sakemm protokoll ġdid jiġi miftiehem u jsir applikabbli, iżda għal perijodu massimu ta’ sitt xhur.

    (2)

    Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni Ewropea sabiex il-bastimenti jkollhom aċċess għall-ilmijiet ta’ Mauritius skont dan l-Iskambju ta' Ittri għandha tikkorrispondi għal nofs l-ammont annwali previst fl-Artikolu 4(2), punt (a), tal-Protokoll, u b’hekk tammonta għal EUR 110 000, ekwivalenti għal tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 2 000 tunnellata. Dak il-ħlas għandu jsir f’pagament wieħed sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data tal-applikazzjoni provviżorja ta’ dan l-Iskambju ta’ Ittri. L-Artikolu 4(5) u (6) ta’ dan il-Protokoll għandu japplika mutatis mutandis.

    (3)

    Skont dan l-Iskambju ta’ Ittri, l-appoġġ għall-politika settorjali tas-sajd ta' Mauritius għandu jammonta għal EUR 110 000 u l-appoġġ għall-iżvilupp tal-politika marittima u tal-ekonomija tal-oċeani għandu jammonta għal EUR 67 500. Il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd għandu japprova l-ipprogrammar għal dan l-ammont skont l-Artikolu 5(1) tal-Protokoll sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan l-Iskambju ta’ Ittri. Il-kontribuzzjoni finanzjarja għall-appoġġ settorjali għandha titħallas f’pagament wieħed abbażi tal-programmazzjoni maqbula.

    (4)

    F’każ li n-negozjati biex jiġġedded il-Protokoll iwasslu biex il-protokoll il-ġdid jiġi ffirmat u sussegwentement biex jiġi applikat (b’mod provviżorju) qabel jiskadi l-perijodu ta’ sitt xhur previst fil-punt (1) hawn fuq, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-punti (2) u (3) hawn fuq għandha titnaqqas pro rata temporis. Fejn ammont li jikkorrispondi għat-tnaqqis applikabbli diġà jkun tħallas, dak l-ammont għandu jitnaqqas mill-ewwel kontribuzzjoni finanzjarja dovuta skont il-Protokoll il-ġdid.

    (5)

    Matul il-perijodu ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Iskambju ta' Ittri, l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinħarġu f’konformità mal-Kapitolu II tal-Anness għall-Protokoll. Il-ħlas tat-tariffa minn qabel għall-bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża u għall-bastimenti tas-sajd bil-konz għandu jikkorrispondi għal nofs it-tariffi stabbiliti, u għal nofs il-kwantitajiet rispettivi ta’ tonn u speċijiet li jixbhu lit-tonn imsemmija fil-Kapitolu II, punt 3, is-subpunt 3(a) sa (c), tal-Anness għall-Protokoll għall-aħħar sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll. It-tariffa tal-liċenzja applikabbli għall-bastimenti tal-provvista għandha tikkorrispondi għal nofs it-tariffa prevista fil-Kapitolu II, il-punt (4), tal-Anness għall-Protokoll, u konsegwentement għandha tammonta għal EUR 2 000.

    (6)

    L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd maħruġa skont dan l-Iskambju ta' Ittri għandhom jibqgħu validi sa tmiem il-perijodu ta’ estensjoni.

    (7)

    Fir-rigward tar-rappurtar tal-qabdiet stabbiliti fil-Kapitolu III tal-Anness għall-Protokoll, l-Unjoni għandha tipprovdi lil Mauritius, qabel tmiem kull trimestru, id-data dwar il-qabdiet għal kull bastiment tal-Unjoni awtorizzat. Mauritius għandu jipprovdi, fuq bażi trimestrali, id-data dwar il-qabdiet tal-bastimenti tal-Unjoni awtorizzati miksuba permezz tal-ġurnali ta’ abbord.

    (8)

    Għal kull tartarun tal-borża u konz tal-wiċċ, l-Unjoni għandha tibgħat dikjarazzjoni finali tat-tariffi dovuti mill-bastiment fir-rigward tal-attivitajiet tas-sajd tiegħu matul il-perijodu ta’ estensjoni lil Mauritius u lil sid il-bastiment rispettiv sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara t-tmiem tal-perijodu ta’ estensjoni. Meta l-ammont fid-dikjarazzjoni finali jkun akbar mit-tariffa tal-ħlas minn qabel imsemmija fil-punt (5), sid il-bastiment għandu jħallas il-bilanċ pendenti, sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara li jirċievi d-dikjarazzjoni finali. Kwalunkwe ammont imħallas għat-tariffa tal-ħlas minn qabel li jaqbeż id-dikjarazzjoni finali ma għandux jiġi rimborżat. Fir-rigward tat-tfassil, il-proċedura li għandha tiġi segwita minn Mauritius mal-wasla u l-kontestazzjoni tad-dikjarazzjoni finali, tal-Kapitolu III, il-punt (5), għandu japplika mutatis mutandis.

    (9)

    Fir-rigward tal-imbarkazzjoni tal-baħrin kif previst fil-Kapitolu VIII tal-Anness għall-Protokoll, matul l-attivitajiet tagħhom fl-ilmijiet ta’ Mauritius, sitt baħrin ikkwalifikati minn Mauritius għandhom jimbarkaw fuq il-flotta tal-Unjoni.

    (10)

    Dan l-Iskambju ta’ Ittri għandu japplika b’mod provviżorju mill-1 ta’ Jannar 2022 jew kwalunkwe data oħra sussegwenti mal-iffirmar, sa ma jidħol fis-seħħ. Huwa għandu jidħol fis-seħħ fid-data meta l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li lestew il-proċeduri neċessarji għal dak il-għan.

    Nitlobkom ġentilment tikkonfermaw li rċevejtu din l-ittra u li tikkonfermaw li r-Repubblika ta’ Mauritius taqbel mat-termini tagħha.”.

    Għandi l-unur nikkonferma li dak li ntqal aktar 'il fuq hu aċċettabbli għar-Repubblika ta’ Mauritius u li l-ittra tiegħek u din l-ittra jikkostitwixxu ftehim bi qbil mal-proposta tiegħek.

    Image 2

    Top