This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22018A0525(01)
Agreement in the form of an Exchange of Letters between the European Union and the Kingdom of Norway concerning additional trade preferences in agricultural products
Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli
Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli
ĠU L 129, 25.5.2018, p. 3–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2018/760/oj
25.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 129/3 |
FTEHIM
fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli
A. Ittra mill-Unjoni Ewropea
Sinjura,
Għandi l-unur nagħmel referenza għan-negozjati bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (“il-Partijiet”) dwar kummerċ bilaterali fi prodotti agrikoli, li ntemmu fil-5 ta' April 2017.
Kien hemm sensiela ġdida ta' negozjati dwar il-kummerċ agrikolu bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Gvern Norveġiż abbażi tal-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), bl-għan li jkun hemm aktar liberalizzazzjoni progressiva tal-kummerċ agrikolu bejn il-Partijiet fuq bażi preferenzjali, reċiproka u ta' benefiċċju għal xulxin. In-negozjati tmexxew b'ordni, b'kunsiderazzjoni xierqa tal-iżviluppi fil-politiki agrikoli u fiċ-ċirkostanzi rispettivi tal-Partijiet, inkluż l-iżviluppi fil-kummerċ bilaterali u fil-kondizzjonijiet tal-kummerċ ma' sħab oħra fil-kummerċ.
Jiena b'dan nikkonferma li r-riżultati tan-negozjati kienu dawn li ġejjin:
1. |
In-Norveġja taċċetta li tagħti aċċess ħieles mid-dazju għal prodotti li joriġinaw fl-Unjoni Ewropea, elenkati fl-Anness I għal dan il-Ftehim. |
2. |
In-Norveġja taċċetta li tistabbilixxi kwoti tariffarji għal prodotti li joriġinaw fl-Unjoni Ewropea, elenkati fl-Anness II għal dan il-Ftehim. |
3. |
L-Unjoni Ewropea taċċetta li tagħti aċċess ħieles mid-dazju lil prodotti li joriġinaw fin-Norveġja, elenkati fl-Anness III għal dan il-Ftehim. |
4. |
L-Unjoni Ewropea taċċetta li tistabbilixxi kwoti tariffarji għal prodotti li joriġinaw fin-Norveġja, elenkati fl-Anness IV għal dan il-Ftehim. |
5. |
Il-kodiċijiet tariffarji stipulati fl-Annessi I sa IV għal dan il-Ftehim huma l-kodiċijiet tariffarji li japplikaw għall-Partijiet mill-1 ta' Jannar 2017. |
6. |
Il-kwoti tariffarji eżistenti għall-importazzjonijiet lejn in-Norveġja ta' 600 tunnellata laħam tal-majjal, 800 tunnellata laħam tat-tjur u 900 tunnellata laħam taċ-ċanga, kif elenkati fl-Anness II għall-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li ġie ffirmat fil-15 ta' April 2011 (“il-Ftehim tal-2011”), mhux se jiġu affettwati mill-implimentazzjoni ta' ftehim futur possibbli tad-WTO dwar l-agrikoltura. Għalhekk, il-punt 7 tal-Ftehim tal-2011 huwa mħassar. |
7. |
Rigward il-kwota tariffarja addizzjonali għall-importazzjonijiet lejn in-Norveġja ta' 1 200 tunnellata ġobon u baqta, il-Partijiet ftiehmu li 700 tunnellata minnhom ser jiġu amministrati bi rkant, filwaqt li l-500 tunnellata l-oħra ser jiġu amministrati permezz tas-sistema ta' liċenzjar. |
8. |
Il-Partijiet ser ikomplu bl-isforzi tagħhom biex jikkonsolidaw il-konċessjonijiet bilaterali kollha (kemm dawk diġà fis-seħħ kif ukoll dawk previsti f'dan il-Ftehim) fi Skambju ta' Ittri ġdid, li għandu jissostitwixxi l-ftehimiet agrikoli bilaterali eżistenti tagħhom. |
9. |
Ir-regoli tal-oriġini bl-għan li jiġu implimentati l-konċessjonijiet imsemmija fl-Annessi I sa IV għal dan il-Ftehim huma stabbiliti fl-Anness IV għall-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri tat-2 ta' Mejju 1992 (“il-Ftehim tal-1992”). Iżda l-Anness II għall-Protokoll 4 tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi applikat minflok l-Appendiċi tal-Anness IV għall-Ftehim tal-1992. |
10. |
Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-konċessjonijiet li jagħtu lil xulxin ma jiġux ipperikolati. |
11. |
Il-Partijiet jaqblu li jiżguraw li l-kwoti tariffarji jiġu ġestiti b'mod li jkunu jistgħu jsiru importazzjonijiet fuq bażi regolari, u li l-kwantitajiet miftiehma jkunu jistgħu jiġu realment importati. |
12. |
Il-Partijiet jaqblu li jiskambjaw, f'intervalli regolari, informazzjoni dwar prodotti fil-kummerċ, il-ġestjoni ta' kwoti tariffarji, kwotazzjonijiet ta' prezzijiet u kwalunkwe informazzjoni siewja dwar is-swieq domestiċi rispettivi tagħhom u dwar l-implimentazzjoni tar-riżultati ta' dawn in-negozjati. |
13. |
Ser isiru konsultazzjonijiet meta jintalbu minn Parti jew oħra dwar kwalunkwe kwistjoni b'rabta mal-implimentazzjoni tar-riżultati ta' dawn in-negozjati. F'każ ta' diffikultà fl-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, dawn il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fil-pront kemm jista' jkun, bl-għan li jiġu adottati miżuri korrettivi xierqa. |
14. |
Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom, f'konformità mal-Artikolu 19 tal-Ftehim ŻEE, li jkomplu bl-isforzi tagħhom bl-għan li jiksbu liberalizzazzjoni progressiva tal-kummerċ agrikolu. Għal dan l-għan, il-Partijiet jaqblu li fi żmien sentejn iwettqu rieżami ġdid tal-kundizzjonijiet tal-kummerċ fi prodotti agrikoli, bl-għan li jiġu esplorati possibbiltajiet ta' konċessjonijiet. |
15. |
F'każ ta' aktar tkabbir tal-Unjoni Ewropea, il-Partijiet ser jivvalutaw l-impatt fuq il-kummerċ bilaterali, bl-għan li jadattaw preferenzi bilaterali sabiex il-flussi ta' kummerċ preferenzjali eżistenti minn qabel bejn in-Norveġja u l-pajjiż aderenti jkunu jistgħu jissoktaw. |
Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tielet xahar wara d-data tad-depożitu tal-aħħar strument ta' approvazzjoni.
Napprezza jekk tkun tista' tikkonferma l-qbil tal-Gvern tiegħek ma' dan ta' hawn fuq.
Dejjem tiegħek,
Съставено в Брюксел на
Hecho en Bruselas, el
V Bruselu dne
Udfærdiget i Bruxelles, den
Geschehen zu Brüssel am
Brüssel,
Έγινε στις Βρυξέλλες, στις
Done at Brussels,
Fait à Bruxelles, le
Sastavljeno u Bruxellesu
Fatto a Bruxelles, addì
Briselē,
Priimta Briuselyje,
Kelt Brüsszelben,
Magħmul fi Brussell,
Gedaan te Brussel,
Sporządzono w Brukseli, dnia
Feito em Bruxelas,
Întocmit la Bruxelles,
V Bruseli
V Bruslju,
Tehty Brysselissä
Utfärdat i Bryssel den
Utferdiget i Brussel,
За Европейския съюз
Рог la Unión Europea
Za Evropskou unii
For Den Europæiske Union
Für die Europäische Union
Euroopa Liidu nimel
Για την Ευρωπαϊκή Ένωση
For the European Union
Pour l'Union européenne
Za Europsku uniju
Per l'Unione europea
Eiropas Savienības vārdā –
Europos Sąjungos vardu
Az Európai Unió részéről
Għall-Unjoni Ewropea
Voor de Europese Unie
W imieniu Unii Europejskiej
Pela União Europeia
Pentru Uniunea Europeană
Za Európsku úniu
Za Evropsko unijo
Euroopan unionin puolesta
För Europeiska unionen
For Den europeiske union
ANNESS I
AĊĊESS ĦIELES MID-DAZJU GĦAL IMPORTAZZJONIJIET LEJN IN-NORVEĠJA TA' PRODOTTI LI JORIĠINAW FL-UNJONI EWROPEA
Kodiċi tariffarju tad-dwana Norveġiża |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
01.01.2100 |
Żwiemel, ħmir, bgħula u bgħula tar-rkib ħajjin; Żwiemel; Annimali ta' razza pura għar-razza |
01.01.2902 |
Żwiemel, ħmir, bgħula u bgħula tar-rkib ħajjin; Żwiemel oħra; ta' piż ta' inqas minn 133kg |
01.01.2908 |
Żwiemel, ħmir, bgħula u bgħula tar-rkib ħajjin; Żwiemel oħra; Oħrajn |
02.07.4300 |
Laħam u ġewwieni li jittiekel, ta' tjur tal-intestatura 01.05 , frisk, imkessaħ jew friżat; ta' papri; fwied bix-xaħam, frisk jew imkessaħ |
02.07.5300 |
Laħam u ġewwieni li jittiekel, ta' tjur tal-intestatura 01.05 , frisk, imkessaħ jew friżat; ta' wiżż; fwied bix-xaħam, frisk jew imkessaħ |
05.06.9010 |
Għadam u ċ-ċentru tal-qrun, mhux maħdumin, bix-xaħam imneħħi, sempliċiment ippreparati (iżda mhux maqtugħin għall-forma), trattati bl-aċtu jew deġelatinizzati; trab u skart minn dawn il-prodotti; Oħrajn; għal għan ta' għalf |
05.11.9911 |
Prodotti ġejjin mill-annimali li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra; annimali mejtin tal-Kapitolu 1 jew 3, li mhumiex tajbin għall-konsum mill-bniedem; oħrajn; Trab tad-demm, mhux tajjeb biex jittiekel mill-bniedem; għal għan ta' għalf |
05.11.9930 |
Prodotti ġejjin mill-annimali li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra; annimali mejtin tal-Kapitolu 1 jew 3, li mhumiex tajbin għall-konsum mill-bniedem; oħrajn; Laħam u demm; għal għan ta' għalf |
05.11.9980 |
Prodotti ġejjin mill-annimali li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra; annimali mejtin tal-Kapitolu 1 jew 3, li mhumiex tajbin għall-konsum mill-bniedem; oħrajn; oħrajn; għal għan ta' għalf |
06.02.1021 |
Pjanti oħrajn ħajjin (inklużi l-għeruq tagħhom), biċċiet u żabriet; spawn għall-faqqiegħ; biċċiet u żabriet maqlugħin mill-għeruq; biċċiet għall-finijiet ta' mixtla jew ta' ortikoltura, għajr ta' pjanti jħaddru mill-15 ta' Diċembru sat-30 ta' April; Begonia ta' kull tip, Campanula isophylla, Euphorbia pulcherrima, Poinsettia pulcherrima, Fuchsia, Hibiscus, Kalanchoe u Petunia- li tiddendel (Petunia hybrida, Petunia atkinsiana) |
06.02.1024 |
Pjanti oħrajn ħajjin (inklużi l-għeruq tagħhom), biċċiet u żabriet; spawn għall-faqqiegħ; biċċiet u żabriet maqlugħin mill-għeruq; biċċiet għall-finijiet ta' mixtla jew ta' ortikoltura, għajr ta' pjanti jħaddru mill-15 ta' Diċembru sat-30 ta' April; Pelargonium (ġeranju) |
06.02.9032 |
Pjanti oħrajn ħajjin (inklużi l-għeruq tagħhom), biċċiet u żabriet; spawn għall-faqqiegħ; Oħrajn; b'għeruq bil-balla tal-ħamrija jew mediums ta' tkabbir oħra; pjanti oħra jew pjanti tajbin għat-taħwil, inklużi pjanti tal-frott u pjanti tal-ħxejjex għal għanijiet ornamentali; pjanti fi qsari jħaddru mill-1 ta' Mejju sal-14 ta' Diċembru; Asplenium, Begonia x rex-cultorum Chlorophytum, Euonymus japanicus, Fatsia japonica, Aralia sieboldii, Ficus elastica, Monstera, Philodendron scandens, Radermachera, Stereospermum, Syngonium u X-Fatshedera, ukoll meta importati bħala parti minn gruppi mħalltin ta' pjanti |
ex ex 07.08.2009 (1) |
Veġetali leguminużi, imqaxxrin jew bil-qoxra, friski jew imkessħin; fażola; fażola friska jew imkessħa (Vigna spp., Phaseolus spp.) għajr fażola ħadra, asparagus beans (Dolichos sesquipedalis), wax beans (Phaseolus) u string beans (Phaseolus vulgaris) |
07.09.9930 |
Ħxejjex oħrajn, friski jew imkessħin; oħrajn; oħrajn; qamħirrum ħelu; għal għan ta' għalf |
ex ex 07.10.2209 (1) |
Veġetali (mhux imsajrin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma), friżati; veġetali leguminużi, imqaxxrin jew bil-qoxra; fażola (Vigna spp., Phaseolus spp.); għajr fażola ħadra, asparagus beans (Dolichos sesquipedalis), wax beans (Phaseolus) u string beans (Phaseolus vulgaris). |
07.11.5100 |
Veġetali preservati provviżorjament (pereżempju, bil-gass dijossidu tal-kubrit, fis-salmura, f'ilma tal-kubrit jew f'taħlitiet oħrajn biex jippreżervaw), iżda mhux tajbin f'dak l-istat għal konsum immedjat; faqqiegħ u tartuf; faqqiegħ tal-ġens Agaricus |
07.11.5900 |
Veġetali preservati provviżorjament (pereżempju, bil-gass dijossidu tal-kubrit, fis-salmura, f'ilma tal-kubrit jew f'taħlitiet oħrajn biex jippreżervaw), iżda mhux tajbin f'dak l-istat għal konsum immedjat; faqqiegħ u tartuf; oħrajn |
07.14.3009 |
Manjoka, ararut, salep, artiċokks, patata ħelwa u għeruq u tuberi simili b'kontenut għoli ta' lamtu jew inulina, friski, imkessħin, friżati jew imnixxfin, kemm jekk flieli jew f'forma ta' gerbub kif ukoll jekk le; sago pith; jams (Dioscorea spp.); mhux għal għan ta' għalf |
ex ex 07.14.4000 (1) |
Manjoka, ararut, salep, artiċokks, patata ħelwa u għeruq u tuberi simili b'kontenut għoli ta' lamtu jew inulina, friski, imkessħin, friżati jew imnixxfin, kemm jekk flieli jew f'forma ta' gerbub kif ukoll jekk le; sago pith; taro (Colocasia spp.) |
07.14.5009 |
Manjoka, ararut, salep, artiċokks, patata ħelwa u għeruq u tuberi simili b'kontenut għoli ta' lamtu jew inulina, friski, imkessħin, friżati jew imnixxfin, kemm jekk flieli jew f'forma ta' gerbub kif ukoll jekk le; sago pith; yautia (Xanthosoma spp.) mhux għal għan ta' għalf |
08.11.2011 |
Frott u ġewż, nejjin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma, friżati, kemm jekk biż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu jew mingħajrha; tut, ċawsli jew loganberries |
08.11.2012 |
Frott u ġewż, nejjin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma, friżati, kemm jekk biż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu jew mingħajrha; biż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu; passolina bajda jew ħamra |
08.11.2013 |
Frott u ġewż, nejjin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma, friżati, kemm jekk biż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu jew mingħajrha; biż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu; ribes |
08.11.2092 |
Frott u ġewż, nejjin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma, friżati, kemm jekk biż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu jew mingħajrha; Oħrajn; Tut, ċawsli jew loganberries |
08.11.2094 |
Frott u ġewż, nejjin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma, friżati, kemm jekk biż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu jew mingħajrha; Oħrajn; Passolina bajda jew ħamra |
08.11.2095 |
Frott u ġewż, nejjin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma, friżati, kemm jekk biż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu jew mingħajrha; Oħrajn; Ribes |
08.12.1000 |
Frott u ġewż, preservati provviżorjament (per eżempju, bil-gass dijossidu tal-kubrit, fis-salmura, f'ilma tal-kubrit jew f'taħlitiet oħrajn biex jippreservaw), iżda mhux tajbin f'dak l-istat għal konsum immedjat; Ċirasa |
10.08.5000 |
Buckwheat, millieġ u skalora; ċereali oħrajn; kinoa (Chenopodium quinoa) |
11.09.0010 |
Gluteina tal-qamħ, imnixxfa jew le; għal għan ta' għalf |
12.12.2910 |
Ħarrub, alki tal-baħar u alki oħrajn, pitravi u kannamieli, friski, imkessħin, friżati jew imnixxfin, mitħunin jew le; għadam u qlub tal-għadam tal-frott u prodotti veġetali oħrajn (inklużi għeruq mhux inkaljati taċ-ċikwejra tal-varjetà Cichorium intybus sativum) ta' kwalità użata l-aktar għall-konsum uman, mhux imsemmijin jew inklużi band'oħra; Alki tal-baħar u alki oħrajn; Oħrajn; għal għan ta' għalf |
17.02.2010 |
Zokkrijiet oħrajn, inklużi laktows kimikament pur, maltosju, glukows u fruktows, f'forma solida; ġuleppijiet taz-zokkor li ma fihomx miżjudin ħwawar u materjal li jagħti l-kulur; għasel artifiċjali, kemm jekk imħallat ma' għasel naturali kif ukoll jekk le; karamella; zokkor tal-aġġru u ġulepp tal-aġġru; għal għan ta' għalf |
20.08.9300 |
Frott, ġewż u partijiet oħrajn ta' pjanti tajbin għall-ikel, ippreparati jew ippreservati mod ieħor, kemm jekk fihom zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew spirtu miżjud inkella le, li ma huma speċifikati jew inklużi mkien aktar; oħrajn, inklużi taħlitiet ħlief dawk ta' subtitlu 2008.1900 ; cranberries (Vaccinium macrocarpon, Vaccinium oxycoccos, Vaccinium vitis-idaea) |
20.09.8100 |
Meraq tal-frott (inkluż għeneb magħsur iżda qabel jeħmer) u meraq tal-ħxejjex, mhux fermentati u ma fihomx spirtu miżjud, fihom jew ma fihomx zokkor miżjud jew materjal ieħor biex jagħmel ħelu; meraq ta' kull frotta jew veġetali oħra singola; cranberry (Vaccinium macrocarpon, Vaccinium oxycoccos, Vaccinium vitis-idaea) |
ex ex 20.09.8999 |
Meraq tal-frott (inkluż għeneb magħsur iżda qabel jeħmer) u meraq tal-ħxejjex, mhux fermentati u ma fihomx spirtu miżjud, fihom jew ma fihomx zokkor miżjud jew materjal ieħor biex jagħmel ħelu; meraq ta' kull frotta jew veġetali oħra singola; Oħrajn, oħrajn, oħrajn, meraq jew konċentrat tal-mirtill |
22.06 |
Xorb ieħor iffermentat (pereżempju sidru, perry, mead, saké); taħlit ta' xorb iffermentat u taħlit ta' xorb iffermentat u xorb mhux alkoħoliku, li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra |
23.03.1012 |
Residwi ta' manifattura ta' lamtu u residwi simili, polpa tal-kannamieli, bagasse u skart ieħor tal-manifattura taz-zokkor, fermentazzjoni jew distillar ta' fond u skart, f'forma ta' gerbub jew le; fdal ta' manifattura ta' lamtu u fdal simili; għal għan ta' għalf; tal-patata. |
ANNESS II
KWOTI TARIFFARJI FUQ IMPORTAZZJONIJIET LEJN IN-NORVEĠJA TA' PRODOTTI LI JORIĠINAW FL-UNJONI EWROPEA
Kodiċi tariffarju tad-dwana Norveġiża |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Kwoti tariffarji konsolidati (kwantità fis-sena, f'tunnellati) |
Li minnhom kwoti addizzjonali (1) |
Dazju fil-kwota (NOK/kg) |
|
Laħam ta' annimali tal-ifrat, frisk jew imkessaħ |
2 500 |
1 600 |
0 |
02.01.1000 |
Karkassi u nofs karkassi |
|||
02.01.2001 |
Kwarti “kumpensati”, jiġifieri kwarti ta' quddiem u kwarti ta' wara tal-istess annimal ippreżentati fl-istess waqt |
|||
02.01.2002 |
Kwarti ta' quddiem oħrajn |
|||
02.01.2003 |
Kwarti ta' wara oħrajn |
|||
02.01.2004 |
L-hekk imsejħin “Qatgħat pistola” |
|||
|
Laħam ta' annimali tal-ifrat, friżat |
|
|
|
02.02.1000 |
Karkassi u nofs karkassi |
|||
02.02.2001 |
Kwarti “kumpensati”, jiġifieri kwarti ta' quddiem u kwarti ta' wara tal-istess annimal ippreżentati fl-istess waqt |
|||
02.02.2002 |
Kwarti ta' quddiem oħrajn |
|||
02.02.2003 |
Kwarti ta' wara oħrajn |
|||
02.02.2004 |
L-hekk imsejħin “Qatgħat pistola” |
|||
|
Laħam tal-majjal, frisk, imkessaħ jew friżat |
300 (2) |
300 (2) |
15 |
02.03.1904 |
Żaqq (streaky) u qatgħat tagħha; Bl-għadam. |
|||
|
Laħam u ġewwieni li jittiekel, ta' tjur tal-intestatura 01.05 , frisk, imkessaħ jew friżat Ta' tjur tal-ispeċi Gallus domesticus; |
950 |
150 |
0 |
02.07.1100 |
Mhux imqatta' f'biċċiet, frisk jew imkessaħ |
|||
02.07.1200 |
Mhux imqatta' f'biċċiet, friżat |
|||
02.07.2400 |
Ta' dundjani; Mhux imqatta' f'biċċiet, frisk jew imkessaħ |
|||
02.07.2500 |
Mhux imqatta' f'biċċiet, friżat |
|||
02.07.4401 |
Ta' papri, frisk jew imkessaħ; isdra u qatgħat tagħhom |
200 |
100 |
30 |
|
Laħam u ġewwieni li jittiekel, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat; dqiq u pasti mill-laħam jew mill-ġewwieni li jittiekel Laħam tal-majjal; Ġarretti, spalel u qatgħat tagħhom, bl-għadma; |
600 (3) |
200 (3) |
0 |
02.10.1101 |
B'kontenut ta' 15 % jew aktar tal-piż f'għadam |
|||
02.10.1109 |
Oħrajn (b'inqas minn 15 % tal-għadam ġewwa) |
|||
02.10.1900 |
Oħrajn (għajr Ġarretti, spalel u qatgħat tagħhom jew Żaqq u qatgħat tagħha, bl-għadma |
|||
04.06 |
Ġobon u baqta |
8 400 |
1 200 |
0 |
ex ex 06.02.9043 (4) 06.02.9044 |
Pjanti oħrajn ħajjin (inklużi l-għeruq tagħhom), biċċiet u żabriet; spawn għall-faqqiegħ Oħrajn; Pjanti fi qsari jew pjanti tajbin għat-taħwil, bil-ward; |
NOK 20 miljun |
NOK 12 miljun |
0 |
06.02.9031 |
Pjanti fi qsari jħaddru mill-1 ta' Mejju sal-14 ta' Diċembru (5) |
NOK 7 miljun |
NOK 3 miljun |
0 |
|
Ħass (Lactuca sativa) u ċikwejra (Cichorium spp.), friski jew imkessħin Ħass Iceberg; Mill-1 ta' Marzu sal-31 ta' Mejju; |
500 (6) |
100 (6) |
0 |
07.05.1112 |
Sħaħ |
|||
07.05.1119 |
Oħrajn |
|||
10.05.9010 |
Qamħirrum Għal għan ta' għalf |
15 000 |
5 000 |
0 |
16.01.0000 |
Zalzett u prodotti simili, ta' laħam, ġewwieni jew demm; preparazzjonijiet tal-ikel ibbażati fuq dawn il-prodotti |
600 |
200 |
0 |
ANNESS III
AĊĊESS ĦIELES MID-DAZJU GĦAL IMPORTAZZJONIJIET LEJN L-UNJONI EWROPEA TA' PRODOTTI LI JORIĠINAW FIN-NORVEĠJA
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni tan-nomenklatura magħquda |
||
0101 21 00 |
Żwiemel ħajjin, annimali ta' razza pura għar-razza |
||
0101 29 10 |
Żwiemel ħajjin, għajr annimali ta' razza pura għar-razza għall-qatla |
||
0101 29 90 |
Żwiemel ħajjin, għajr annimali ta' razza pura għar-razza, għajr għall-qatla |
||
0207 43 00 |
Fwied bix-xaħam tal-papri, frisk jew imkessaħ |
||
0207 53 00 |
Fwied bix-xaħam tal-wiżż, frisk jew imkessaħ |
||
ex 0506 90 00 |
Għadam u ċ-ċentru tal-qrun, u t-trab u l-iskart tagħhom, mhux maħdumin, bix-xaħam imneħħi, deġelatinizzati jew sempliċiment preparati (eskluż ossejn u għadam trattati bl-aċtu u maqtugħin għall-forma), għall-għalf tal-annimali |
||
ex 0511 99 85 |
Trab tad-demm għall-għalf tal-annimali, mhux tajjeb biex jittiekel mill-bniedem |
||
ex 0511 99 85 |
Laħam u demm għall-għalf tal-annimali, mhux tajjeb biex jittiekel mill-bniedem |
||
ex 0511 99 85 |
Prodotti oħra ġejjin mill-annimali għall-għalf tal-annimali, li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra, mhux tajbin biex jittieklu mill-bniedem (minbarra prodotti tal-ħut jew ta' krustaċej, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħra; annimali mejtin tal-Kapitolu 3; demm; laħam; sponoż naturali ġejjin minn annimali; semen minn annimali tal-ifrat) |
||
ex 0602 10 90 |
Biċċiet maqlugħin mill-għeruq ta' kull tip ta' Begonia, Campanula isophylla, Euphorbia pulcherrima, Poinsettia pulcherrima, Fuchsia, Hibiscus, Kalanchoe u Petunia- li tiddendel (Petunia hybrida, Petunia atkinsiana) għall-finijiet ta' mixtla jew ta' ortikoltura [għajr ta' pjanti jħaddru mill-15 ta' Diċembru sat-30 ta' April] |
||
ex 0602 10 90 |
Biċċiet maqlugħin mill-għeruq ta' Pelargonium għall-finijiet ta' mixtla jew ta' ortikoltura [għajr ta' pjanti jħaddru mill-15 ta' Diċembru sat-30 ta' April] |
||
ex 0602 90 99 |
Asplenium, Begonia x rex-cultorum, Chlorophytum, Euonymus japanicus, Fatsia japonica, Aralia sieboldii, Ficus elastica, Monstera, Philodendron scandens, Radermachera, Stereospermum, Syngonium u X-Fatshedera, ippreżentati bħala pjanti fi qsari jħaddru mill-1 ta' Mejju sal-14 ta' Diċembru |
||
ex 0708 20 00 |
Fażola (Vigna spp., Phaseolus spp.) imqaxxra jew bil-qoxra, friska jew imkessħa għajr fażola ħadra, asparagus beans (Dolichos sesquipedalis), wax beans (Phaseolus) u string beans (Phaseolus vulgaris) |
||
ex 0709 99 60 |
Qamħirrum ħelu għall-għalf tal-annimali, frisk jew imkessaħ |
||
ex 0710 22 00 |
Fażola (Vigna spp., Phaseolus spp.) nejja jew imsajra bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma, friżata għajr fażola ħadra, asparagus beans (Dolichos sesquipedalis), wax beans (Phaseolus) u string beans (Phaseolus vulgaris) |
||
0711 51 00 |
Faqqiegħ tal-ġens Agaricus, ippreżervat provviżorjament, iżda mhux tajjeb għal konsum immedjat f'dak l-istat |
||
0711 59 00 |
Faqqiegħ (għajr dak tal-ġens Agaricus) u tartuf ippreżervat provviżorjament, iżda mhux tajjeb għal konsum immedjat f'dak l-istat |
||
ex 0714 30 00 |
Jams (Dioscorea spp.) mhux għall-għalf tal-annimali, friski, imkessħin, friżati jew imnixxfin, kemm jekk flieli jew f'forma ta' gerbub kif ukoll jekk le |
||
ex 0714 40 00 |
Taro (Colocasia spp.) mhux għall-għalf tal-annimali, friski, imkessħin, friżati jew imnixxfin, kemm jekk flieli jew f'forma ta' gerbub kif ukoll jekk le |
||
ex 0714 50 00 |
Yautia (Xanthosoma spp.) mhux għall-għalf tal-annimali, friski, imkessħin, friżati jew imnixxfin, kemm jekk flieli jew f'forma ta' gerbub kif ukoll jekk le |
||
ex 0811 20 11 |
Tut, ċawsli jew loganberries, passolina bajda jew ħamra u ribes, nejjin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma, friżati, kemm jekk biż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu, b'kontenut ta' zokkor ogħla minn 13 % tal-piż |
||
ex 0811 20 19 |
Tut, ċawsli jew loganberries, passolina bajda jew ħamra u ribes, nejjin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma, friżati, kemm jekk biż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu, b'kontenut ta' zokkor mhux ogħla minn 13 % tal-piż |
||
0811 20 51 |
Passolina ħamra, nejja jew imsajra bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma, friżata, mingħajr iż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu |
||
0811 20 59 |
Tut u ċawsli, nej jew imsajjar bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma, friżat, mingħajr iż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu |
||
ex 0811 20 90 |
Loganberries, passolina bajda u ribes, nejjin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma, friżati, mingħajr iż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu |
||
0812 10 00 |
Ċirasa, ippreżervata provviżorjament, iżda mhux tajba għal konsum immedjat f'dak l-istat |
||
1008 50 00 |
Kinoa (Chenopodium quinoa) |
||
ex 1109 00 00 |
Glutina tal-qamħ għall-għalf tal-annimali, kemm jekk imnixxfa jew le |
||
ex 1212 29 00 |
Alki tal-baħar u alki oħrajn għall-għalf tal-annimali, friski, imkessħin, friżati jew imnixxfin, mitħunin jew le |
||
ex 1702 20 10 |
Zokkor tal-aġġru f'forma solida, li fih miżjudin ħwawar jew materjal li jagħti l-kulur, għall-għalf tal-annimali |
||
ex 1702 20 90 |
Zokkor tal-aġġru (għajr f'forma solida, li fih miżjudin ħwawar jew materjal li jagħti l-kulur) u ġulepp tal-aġġru għall-għalf tal-annimali |
||
2008 93 |
Cranberries (Vaccinium macrocarpon, Vaccinium oxycoccos, Vaccinium vitis-idaea), ippreparati jew ippreżervati mod ieħor, kemm jekk fihom zokkor jew materjal ieħor miżjud li jagħmel ħelu jew spirtu miżjud inkella le |
||
2009 81 |
Meraq tal-cranberries (Vaccinium macrocarpon, Vaccinium oxycoccos, Vaccinium vitisidaea), mhux fermentat u li ma fihx spirtu miżjud, kemm jekk fih zokkor jew materjal ieħor miżjud li jagħmel ħelu inkella le |
||
ex 2009 89 |
Meraq jew konċentrat tal-mirtill, mhux fermentat u li ma fihx spirtu miżjud, kemm jekk fih zokkor jew materjal ieħor miżjud li jagħmel ħelu inkella le |
||
2206 |
Xorb ieħor iffermentat (pereżempju sidru, perry, mead, saké); taħlit ta' xorb iffermentat u taħlit ta' xorb iffermentat u xorb mhux alkoħoliku, li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra |
||
ex 2303 10 90 |
Fdal ta' manifattura ta' lamtu u fdal simili, għall-għalf tal-annimali |
||
2302 50 |
Granza, dqiq inferjuri (sharps) u fdal oħrajn, fil-forma ta' gerbub jew le, ġejjin mit-tnaqqih, tħin jew xogħol ieħor fuq ċereali jew pjanti leguminużi:
|
||
ex 2309 90 31 |
Preparazzjonijiet ta' tip użat għal għalf ta' annimali, li ma fihomx lamtu jew fihom lamtu 10 % jew inqas bil-piż, li ma fihomx prodotti ta' ħalib jew fihom inqas minn 10 % tal-piż minn dawn il-prodotti, għajr ikel għall-klieb jew għall-qtates ippreżentat għal bejgħ bl-imnut, għajr l-ikel għall-ħut |
ANNESS IV
KWOTI TARIFFARJI FUQ IMPORTAZZJONIJIET FL-UNJONI EWROPEA TA' PRODOTTI LI JORIĠINAW FIN-NORVEĠJA
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni tan-nomenklatura magħquda |
Kwoti tariffarji konsolidati (kwantità fis-sena, f'tunnellati) |
Li minnhom kwoti addizzjonali (7) |
Dazju fil-kwota (EUR/kg) |
||||||
0207 14 30 |
Laħam u ġewwieni li jittiekel, ta' tjur tal-intestatura 0105 , frisk, imkessaħ jew friżat:
|
550 |
550 |
0 |
||||||
0207 14 70 |
Laħam u ġewwieni li jittiekel, ta' tjur tal-intestatura 0105 , frisk, imkessaħ jew friżat:
|
150 |
150 |
0 |
||||||
0204 |
Laħam tan-ngħaġ jew tal-mogħoż, frisk, imkessaħ jew friżat |
500 |
0 |
0 |
||||||
0210 |
Laħam u ġewwieni li jittiekel, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat; dqiq u pasti mill-laħam jew mill-ġewwieni li jittiekel |
|||||||||
0404 10 |
Xorrox u xorrox modifikat, kemm jekk konċentrat kif le jew biz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu |
1 250 |
1 250 |
0 |
||||||
0404 10 02 |
Xorrox u xorrox modifikat, fi trab, ħbub jew forom solidi oħrajn, mingħajr iż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu, b'kontenut ta' proteina “kontenut ta' nitroġenu × 6,38” ta' <= 15 % skont il-piż u kontenut ta' xaħam, skont il-piż, ta' <= 1,5 % |
3 150 |
3 150 |
0 |
||||||
0603 19 70 |
Fjuri maqtugħin u blanzuni ta' fjuri ta' tip adattati għal bukketti u għal għanijiet ornamentali, friski, għajr Ward, Qronfol, Orkidej, Krisantemi, Ġilji (Lilium spp.), Gladjoli u Ranunkli |
500 000 EUR |
500 000 EUR |
0 |
||||||
1602 |
Laħam, fdal tal-laħam jew demm oħrajn preparati jew preservati |
300 |
300 |
0 |
||||||
2005 20 20 |
Flieli rqaq tal-patata, moqlijin jew moħmijin, kemm jekk melħin jew imħawrin kif jekk le, ġo pakki li jżommu l-arja, tajbin għal konsum immedjat |
350 |
150 |
0 |
||||||
2309 90 96 |
Preparazzjonijiet ta' tip użati għal għalf ta' annimali; Oħrajn |
200 |
200 |
0 |
||||||
3502 20 |
Albumini (inklużi konċentrati ta' żewġ proteini jew aktar tax-xorrox, li fihom bil-piż iktar minn 80 % ta' proteini tax-xorrox, meqjusin fuq il-materjal xott), albuminati u derivattivi oħrajn ta' albumina:
|
500 |
500 |
0 |
B. Ittra mir-Renju tan-Norveġja
Sinjura,
Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek bid-data tal-lum, li tgħid hekk:
“Għandi l-unur nagħmel referenza għan-negozjati bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (“il-Partijiet”) dwar kummerċ bilaterali fi prodotti agrikoli, li ntemmu fil-5 ta' April 2017.
Kien hemm sensiela ġdida ta' negozjati dwar il-kummerċ agrikolu bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Gvern Norveġiż abbażi tal-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), bl-għan li jkun hemm aktar liberalizzazzjoni progressiva tal-kummerċ agrikolu bejn il-Partijiet fuq bażi preferenzjali, reċiproka u ta' benefiċċju għal xulxin. In-negozjati tmexxew b'ordni, b'kunsiderazzjoni xierqa tal-iżviluppi fil-politiki agrikoli u fiċ-ċirkostanzi rispettivi tal-Partijiet, inkluż l-iżviluppi fil-kummerċ bilaterali u fil-kondizzjonijiet tal-kummerċ ma' sħab oħra fil-kummerċ.
Jiena b'dan nikkonferma li r-riżultati tan-negozjati kienu dawn li ġejjin:
1. |
In-Norveġja taċċetta li tagħti aċċess ħieles mid-dazju għal prodotti li joriġinaw fl-Unjoni Ewropea, elenkati fl-Anness I għal dan il-Ftehim. |
2. |
In-Norveġja taċċetta li tistabbilixxi kwoti tariffarji għal prodotti li joriġinaw fl-Unjoni Ewropea, elenkati fl-Anness II għal dan il-Ftehim. |
3. |
L-Unjoni Ewropea taċċetta li tagħti aċċess ħieles mid-dazju lil prodotti li joriġinaw fin-Norveġja, elenkati fl-Anness III għal dan il-Ftehim. |
4. |
L-Unjoni Ewropea taċċetta li tistabbilixxi kwoti tariffarji għal prodotti li joriġinaw fin-Norveġja, elenkati fl-Anness IV għal dan il-Ftehim. |
5. |
Il-kodiċijiet tariffarji stipulati fl-Annessi I sa IV għal dan il-Ftehim huma l-kodiċijiet tariffarji li japplikaw għall-Partijiet mill-1 ta' Jannar 2017. |
6. |
Il-kwoti tariffarji eżistenti għall-importazzjonijiet lejn in-Norveġja ta' 600 tunnellata laħam tal-majjal, 800 tunnellata laħam tat-tjur u 900 tunnellata laħam taċ-ċanga, kif elenkati fl-Anness II għall-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li ġie ffirmat fil-15 ta' April 2011 (“il-Ftehim tal-2011”), mhux se jiġu affettwati mill-implimentazzjoni ta' xi ftehim tad-WTO dwar l-agrikoltura li jista' jkun hemm fil-futur. Għalhekk, il-punt 7 tal-Ftehim tal-2011 huwa mħassar. |
7. |
Rigward il-kwota tariffarja addizzjonali għall-importazzjonijiet lejn in-Norveġja ta' 1 200 tunnellata ġobon u baqta, il-Partijiet ftiehmu li 700 tunnellata minnhom se jiġu amministrati bi rkant, filwaqt li l-500 tunnellata l-oħra se jiġu amministrati permezz tas-sistema ta' liċenzjar. |
8. |
Il-Partijiet se jkomplu bl-isforzi tagħhom biex jikkonsolidaw il-konċessjonijiet bilaterali kollha (kemm dawk diġà fis-seħħ kif ukoll dawk previsti f'dan il-Ftehim) fi skambju ta' ittri ġdid, li għandu jissostitwixxi l-ftehimiet agrikoli bilaterali eżistenti tagħhom. |
9. |
Ir-regoli tal-oriġini bl-għan li jiġu implimentati l-konċessjonijiet imsemmija fl-Annessi I sa IV għal dan il-Ftehim huma stabbiliti fl-Anness IV għall-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri tat-2 ta' Mejju 1992 (“il-Ftehim tal-1992”). Iżda l-Anness II għall-Protokoll 4 tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi applikat minflok l-Appendiċi tal-Anness IV għall-Ftehim tal-1992. |
10. |
Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-konċessjonijiet li jagħtu lil xulxin ma jiġux ipperikolati. |
11. |
Il-Partijiet jaqblu li jiżguraw li l-kwoti tariffarji jiġu ġestiti b'mod li jkunu jistgħu jsiru importazzjonijiet fuq bażi regolari, u li l-kwantitajiet miftiehma jkunu jistgħu jiġu realment importati. |
12. |
Il-Partijiet jaqblu li jiskambjaw, f'intervalli regolari, informazzjoni dwar prodotti fil-kummerċ, il-ġestjoni ta' kwoti tariffarji, kwotazzjonijiet ta' prezzijiet u kwalunkwe informazzjoni siewja dwar is-swieq domestiċi rispettivi tagħhom u dwar l-implimentazzjoni tar-riżultati ta' dawn in-negozjati. |
13. |
Ser isiru konsultazzjonijiet meta jintalbu minn Parti jew oħra dwar kwalunkwe kwistjoni b'rabta mal-implimentazzjoni tar-riżultati ta' dawn in-negozjati. F'każ ta' diffikultà fl-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, dawn il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fil-pront kemm jista' jkun, bl-għan li jiġu adottati miżuri korrettivi xierqa. |
14. |
Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom, f'konformità mal-Artikolu 19 tal-Ftehim ŻEE, li jkomplu bl-isforzi tagħhom bl-għan li jiksbu liberalizzazzjoni progressiva tal-kummerċ agrikolu. Għal dan l-għan, il-Partijiet jaqblu li fi żmien sentejn iwettqu rieżami ġdid tal-kundizzjonijiet tal-kummerċ fi prodotti agrikoli, bl-għan li jiġu esplorati l-possibbiltajiet ta' konċessjonijiet. |
15. |
F'każ ta' aktar tkabbir tal-Unjoni Ewropea, il-Partijiet ser jivvalutaw l-impatt fuq il-kummerċ bilaterali, bl-għan li jadattaw preferenzi bilaterali sabiex il-flussi ta' kummerċ preferenzjali eżistenti minn qabel bejn in-Norveġja u l-pajjiż aderenti jkunu jistgħu jissoktaw. |
Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tielet xahar wara d-data tad-depożitu tal-aħħar strument ta' approvazzjoni.”.
Għandi l-unur nikkonferma li r-Renju tan-Norveġja jaqbel mal-kontenut tal-ittra tiegħek.
Dejjem tiegħek,
Utferdiget i Brussel,
Съставено в Брюксел на
Hecho en Bruselas, el
V Bruselu dne
Udfærdiget i Bruxelles, den
Geschehen zu Brüssel am
Brüssel,
Έγινε στις Βρυξέλλες, στις
Done at Brussels,
Fait à Bruxelles, le
Sastavljeno u Bruxellesu
Fatto a Bruxelles, addì
Briselē,
Priimta Briuselyje,
Kelt Brüsszelben,
Magħmul fi Brussell,
Gedaan te Brussel,
Sporządzono w Brukseli, dnia
Feito em Bruxelas,
Întocmit la Bruxelles,
V Bruseli
V Bruslju,
Tehty Brysselissä
Utfärdat i Bryssel den
For Kongeriket Norge
За Кралство Норвегия
Por el Reino de Noruega
Za Norské království
For Kongeriget Norge
Für das Königreich Norwegen
Norra Kuningriigi nimel
Για το Βασίλειο της Νορβηγίας
For the Kingdom of Norway
Pour le Royaume de Norvège
Za Kraljevinu Norvešku
Per il Regno di Norvegia
Norvēģijas Karalistes vārdā –
Norvegijos Karalystės vardu
A Norvég Királyság részéről
Għar-Renju tan-Norveġja
Voor het Koninkrijk Noorwegen
W imieniu Królestwa Norwegii
Pelo Reino da Noruega
Pentru Regatul Norvegiei
Za Nórske kráľovstvo
Za Kraljevino Norveško
Norjan kuningaskunnan puolesta
För Konungariket Norge
(1) Dawn il-prodotti jiġu importati ħielsa mid-dazju. Madankollu n-Norveġja tirriżerva d-dritt li ddaħħal dazju jekk il-prodotti jkunu importati għal għanijiet ta' għalf.
(1) Pro rata, jekk ikun meħtieġ, għall-perjodu 1.1-31.12, u waqt l-ewwel sena mill-applikazzjoni tal-ftehim. Kwoti addizzjonali għandhom jiġu miżjuda mal-kwoti eżistenti li ġew negozjati bħala parti minn ftehimiet preċedenti li saru bejn l-UE u n-Norveġja.
(2) Fil-perjodu 1.12-31.12.
(3) Il-kwantità tindika l-importazzjonijiet ta' ġarretti bl-għadma. Għal importazzjonijiet ta' ġarretti mingħajr għadma, jintuża fattur ta' konverżjoni ta' 1.15.
(4) Eċċezzjoni għall-pjanti li ġejjin: Argyranthemum frutescens, Chrysanthemum frutescens, Begonia x hiemalis, Begonia elatior, Campanula, Dendranthema x grandiflora, Chrysanthemum x morifolium, Euphorbia pulcherrima, Poinsettia pulcherrima, Hibiscus, Kalanchoe, Pelargonium, Primula u Saintpaulia.
(5) Il-pjanti li ġejjin huma inklużi: Condiaeum, Croton, Dieffenbachia, Epipremnum, Scindapsus aureum, Hedera, Nephrolepis, Peperomia obtusifolia, Peperomia rotundifolia, Schefflera, Soleirolia u Helxine, anki meta jiġu importati bħala parti minn gruppi mħallta ta' pjanti.
(6) Kriterji għall-utent finali: L-industrija tal-ipproċessar.
(7) Pro rata, jekk ikun meħtieġ, għall-perjodu 1.1-31.12, u waqt l-ewwel sena mill-applikazzjoni tal-ftehim. Kwoti addizzjonali għandhom jiġu miżjuda mal-kwoti eżistenti li ġew negozjati bħala parti minn ftehimiet preċedenti li saru bejn l-UE u n-Norveġja.