Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22016A0520(01)

Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook

ĠU L 131, 20.5.2016, p. 3–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2016/776/oj

Related Council decision
Related Council decision

20.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 131/3


FTEHIM TA' SĦUBIJA DWAR IS-SAJD SOSTENIBBLI

bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni”, u

IL-GVERN TAL-GŻEJJER COOK, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Gżejjer Cook”,

Flimkien imsejħin “il-Partijiet”,

FILWAQT LI JQISU r-relazzjoni ta' ħidma mill-qrib bejn l-Unjoni u l-Gżejjer Cook, l-aktar fil-kuntest tal-Ftehim ta' Cotonou, u x-xewqa tagħhom it-tnejn li jsaħħu dik ir-relazzjoni,

FILWAQT LI JQISU x-xewqa taż-żewġ Partijiet li jippromwovu l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd billi jikkoperaw bejniethom,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-Konvenzjoni tal-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar tal-10 ta' Diċembru 1982 (l-UNCLOS) u l-Ftehim dwar l-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta' Diċembru 1982 relatati mal-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta' Stokkijiet ta' Ħut Transżonali u Stokkijiet ta' Ħut li Jpassi Ħafna,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li l-Gżejjer Cook jeżerċitaw id-drittijiet sovrani jew il-ġuriżdizzjoni tagħhom f'żona li testendi sa 200 mil nawtiku mil-linja ta' referenza skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar,

DETERMINATI li japplikaw id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd rilevanti li l-Partijiet huma membri tagħhom,

KONXJI mill-importanza tal-prinċipji stabbiliti mill-Kodiċi ta' Kondotta għal Sajd Responsabbli adottat waqt il-Konferenza tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (il-FAO) fl-1995,

DETERMINATI li jikkoperaw, fl-interess ta' xulxin, biex jippromwovu l-introduzzjoni tas-sajd responsabbli biex ikunu żgurati l-konservazzjoni fit-tul u l-użu sostenibbli tar-riżorsi ħajjin tal-baħar,

KONVINTI li din il-koperazzjoni għandu jkollha l-għamla ta' inizjattivi u miżuri li, kemm jekk il-Partijiet jeħduhom flimkien u kemm jekk jeħduhom għal rashom, ikunu jikkumplimentaw lil xulxin u jiżguraw linji ta' politika konsistenti u sinerġija fl-isforzi,

BEĦSIEBHOM, għall-għanijiet ta' din il-koperazzjoni, jibdew djalogu biex jimplimentaw il-linji ta' politika tas-sajd tal-Gżejjer Cook billi jinvolvu lill-operaturi tas-soċjetà ċivili,

JIXTIEQU jistabbilixxu t-termini u l-kondizzjonijiet li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet tas-sajd tal-Gżejjer Cook u l-appoġġ tal-Unjoni biex f'dawk l-ilmijiet isir sajd sostenibbli,

DEĊIŻI li jkomplu jikkoperaw iktar mill-qrib bejniethom mil-lat ekonomiku fl-industrija tas-sajd u fl-attivitajiet relatati magħha billi jippromwovu l-koperazzjoni bejn il-kumpaniji miż-żewġ Partijiet,

B'DAN JIFTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim:

(a)

“l-awtoritajiet tal-Gżejjer Cook” tfisser il-Ministeru tar-Riżorsi tal-Baħar tal-Gżejjer Cook;

(b)

“l-awtoritajiet tal-Unjoni” tfisser il-Kummissjoni Ewropea;

(c)

“sajd” tfisser (i) it-tiftix għall-ħut, il-qbid tal-ħut, it-teħid tiegħu jew il-ġbir tiegħu; (ii) it-tentattivi biex jitfittex il-ħut, biex dan jinqabad, biex dan jittieħed jew biex dan jinġabar; (iii) it-twettiq ta' kull attività li, b'mod raġonevoli, tista' tkun mistennija twassal għal-lokalizzazzjoni tal-ħut, għall-qbid, it-teħid jew il-ġbir tiegħu; (iv) it-tpoġġija tal-irkaptu tal-aggregazzjoni tal-ħut jew tat-tagħmir assoċjat miegħu, fosthom is-sinjali bir-radju, it-tiftix għal dan l-irkaptu jew dan it-tagħmir jew l-irkupru tiegħu; (v) kwalunkwe attività fil-baħar li tappoġġa lill-attivitajiet deskritti f'dan il-paragrafu jew li ssir bi tħejjija għalihom; jew (vi) l-użu ta' inġenju tal-ajru b'rabta ma' kwalunkwe attività deskritta f'dan il-paragrafu;

(d)

“bastiment tas-sajd” tfisser kwalunkwe bastiment, vapur jew inġenju ieħor li jintuża għas-sajd kummerċjali jew għal attivitajiet relatati miegħu, li jkun mgħammar biex jintuża għal dawn l-attivitajiet jew li jkun ta' tip li s-soltu jintuża għal dawn l-attivitajiet;

(e)

“bastiment tal-Unjoni” tfisser bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru tal-Unjoni u li jkun irreġistrat fl-Unjoni;

(f)

“ilmijiet tas-sajd tal-Gżejjer Cook” tfisser l-ilmijiet li tagħhom il-Gżejjer Cook għandhom id-drittijiet sovrani jew il-ġuriżdizzjoni fejn jidħol is-sajd;

(g)

“żoni tas-sajd tal-Gżejjer Cook” tfisser dik il-parti mill-ilmijiet tas-sajd tal-Gżejjer Cook li fiha l-Gżejjer Cook ikunu awtorizzaw lill-bastimenti tal-Unjoni jwettqu attivitajiet tas-sajd, kif deskritt fil-Protokoll ta' dan il-Ftehim u fl-Anness tiegħu;

(h)

“sid il-bastiment” tfisser il-persuna li hija legalment responsabbli għall-bastiment tas-sajd, li jkollha l-bastiment f'idejha u jkollha kontroll fuqu;

(i)

“ċirkostanzi mhux tas-soltu” tfisser ċirkostanzi li xi waħda mill-Partijiet b'mod raġonevoli ma jkollhiex kontroll fuqha, minbarra l-fenomeni naturali, u li huma tali li ma jippermettux li jsiru attivitajiet tas-sajd fiż-żoni tas-sajd tal-Gżejjer Cook.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

Dan il-Ftehim jistabbilixxi l-prinċipji, ir-regoli u l-proċeduri li jirregolaw:

(a)

il-kondizzjonijiet li bihom il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu jwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żoni tas-sajd tal-Gżejjer Cook;

(b)

il-koperazzjoni ekonomika, finanzjarja, teknika u xjentifika fis-settur tas-sajd, bil-ħsieb li jiġi promoss is-sajd responsabbli fiż-żoni tas-sajd tal-Gżejjer Cook sabiex ikunu żgurati l-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd u biex jiġi żviluppat is-settur tas-sajd tal-Gżejjer Cook;

(c)

il-koperazzjoni dwar il-miżuri ta' ġestjoni, kontroll u sorveljanza biex jiġi rregolat is-sajd fiż-żoni tas-sajd tal-Gżejjer Cook bil-ħsieb li tkun żgurata l-konformità mar-regoli u mal-kondizzjonijiet imsemmijin hawn fuq u li jiġi żgurat li l-miżuri għall-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut u għall-ġestjoni tal-attivitajiet tas-sajd ikunu effettivi, b'mod partikolari biex jiġi miġġieled is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat.

Artikolu 3

Prinċipji u għanijiet wara l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim

1.   B'dan il-Partijiet qed jintrabtu li jippromwovu s-sajd responsabbli fl-ilmijiet tal-Gżejjer Cook kif previst fil-Kodiċi ta' Kondotta tal-FAO għal Sajd Responsabbli, skont il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni.

2.   L-awtoritajiet tal-Gżejjer Cook jintrabtu li ma jagħtux kondizzjonijiet aktar favorevoli minn dawk mogħtija skont dan il-Ftehim lil flotot barranin oħrajn li jistadu fiż-żoni tas-sajd tal-Gżejjer Cook u li għandhom l-istess karatteristiċi u li jistadu għall-istess speċijiet bħal dawk li jkopri dan il-Ftehim.

3.   F'ġieh it-trasparenza, il-Gżejjer Cook jintrabtu li jippubblikaw l-eżistenza ta' kull ftehim li jawtorizza lil flotot barranin jistadu fl-ilmijiet li jinsabu fil-ġuriżdizzjoni tagħhom. Il-Kumitat Konġunt ser janalizza t-tagħrif rilevanti dwar il-kapaċità tas-sajd fl-ilmijiet tal-Gżejjer Cook.

4.   Il-Partijiet jintrabtu li jimplimentaw il-Ftehim skont l-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Cotonou fejn jidħlu d-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi u l-istat tad-dritt u skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 8 u 96 tiegħu.

5.   Il-Partijiet jintrabtu li jiżguraw li dan il-Ftehim jiġi implimentat skont il-prinċipji ta' governanza ekonomika u soċjali tajba, filwaqt li titħares il-qagħda tal-istokkijiet tas-sajd.

6.   Id-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali fuq il-post tax-xogħol għandha tapplika għalkollox għall-baħrin kollha rreklutati fuq il-bastimenti tal-Unjoni, l-aktar fejn jidħlu l-libertà ta' assoċjazzjoni u n-negozjar kollettiv tal-ħaddiema, u t-tneħħija tad-diskriminazzjoni fir-rigward tal-impjiegi u tax-xogħol.

7.   Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin qabel ma jadottaw xi deċiżjoni li tista' taffettwa l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni skont dan il-Ftehim.

Artikolu 4

Aċċess għall-bastimenti tal-Unjoni għaż-żoni tas-sajd tal-Gżejjer Cook

1.   Il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu jistadu fiż-żoni tas-sajd tal-Gżejjer Cook biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni tas-sajd li tkun inħarġet skont dan il-Ftehim. Għandha tkun ipprojbita kull attività tas-sajd li ssir barra mill-qafas ta' dan il-Ftehim.

2.   L-awtoritajiet tal-Gżejjer Cook m'għandhomx jagħtu awtorizzazzjonijiet għas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni ħlief b'dan il-Ftehim. Għandu jkun ipprojbit li jingħataw awtorizzazzjonijiet għas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni barra mill-qafas ta' dan il-Ftehim, lb'mod partikolari fl-għamla ta' liċenzji privati.

3.   Il-proċedura biex bastiment jikseb awtorizzazzjoni tas-sajd, it-tariffi applikabbli u l-metodu tal-ħlas li s-sidien tal-bastimenti għandhom jużaw għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness tal-Protokoll.

Artikolu 5

Kontribuzzjoni finanzjarja

1.   L-Unjoni għandha tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lill-Gżejjer Cook skont it-termini u l-kondizzjonijiet stipulati fil-Protokoll u fl-Anness ta' dan il-Ftehim sabiex:

(a)

tkopri parti mill-ispejjeż tal-aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni għaż-żoni tas-sajd tal-Gżejjer Cook u għar-riżorsi tas-sajd tagħhom, mingħajr preġudizzju għall-ispejjeż tal-aċċess li jġarrbu s-sidien tal-bastimenti; u

(b)

issaħħaħ il-kapaċità tal-Gżejjer Cook li jiżviluppaw politika sostenibbli tas-sajd permezz tal-appoġġ settorjali.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja għall-appoġġ settorjali msemmi fil-paragrafu 1(b):

(a)

m'għandhiex tkun assoċjata mal-ħlasijiet għall-ispejjeż għall-aċċess imsemmijin fil-paragrafu 1(a),

(b)

għandha tkun stabbilita u kkondizzjonata l-kisba tal-għanijiet tal-appoġġ settorjali tal-Gżejjer Cook skont il-Protokoll u skont il-programmazzjoni annwali u pluriennali tal-implimentazzjoni tiegħu.

3.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja li tagħti l-Unjoni għandha titħallas kull sena skont il-Protokoll:

(a)

l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1(a) jista' jirrevedih il-Kumitat Konġunt fir-rigward ta':

(1)

tnaqqis fl-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Unjoni minħabba l-ġestjoni tal-istokkijiet ikkonċernati, meta dan jitqies li huwa meħtieġ għall-konservazzjoni u għall-użu sostenibbli tar-riżorsi skont l-aqwa parir xjentifiku disponibbli; jew

(2)

żieda fl-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Unjoni meta, skont l-aqwa parir xjentifiku disponibbli, il-qagħda tar-riżorsi tas-sajd tkun tippermetti dan;

(b)

l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1(b) jista' jiġi rivedut minħabba valutazzjoni mill-ġdid tat-termini tal-appoġġ finanzjarju biex fil-Gżejjer Cook tiġi implimentata politika settorjali tas-sajd, meta dan ikun iġġustifikat mir-riżultati speċifiċi tal-programmazzjoni annwali u pluriennali li josserva l-Kumitat Konġunt;

(c)

il-kontribuzzjoni finanzjarja tista' tiġi sospiża minħabba l-applikazzjoni tal-Artikoli 13 u 14.

Artikolu 6

Kumitat Konġunt

1.   Għandu jitwaqqaf Kumitat Konġunt li jkun magħmul minn rappreżentanti xierqa tal-Unjoni u tal-Gżejjer Cook. Dan il-Kumitat għandu jkun responsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim u jista' jadotta emendi fil-Protokoll, fl-Anness u fl-Appendiċijiet.

2.   Ir-rwol ta' monitoraġġ tal-Kumitat Konġunt għandu jikkonsisti b'mod partikolari f'dan li ġej:

(a)

il-monitoraġġ tal-prestazzjoni, l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim u, b'mod partikolari, id-definizzjoni tal-programmazzjoni annwali u pluriennali msemmija fl-Artikolu 5(2) u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tagħha;

(b)

l-iżgurar tal-komunikazzjoni u l-koperazzjoni meħtieġa fi kwistjonijiet ta' interess komuni fil-qasam tas-sajd;

(c)

ir-rwol ta' forum biex il-kwistjonijiet li jinqalgħu fl-interpretazzjoni jew fl-applikazzjoni tal-Ftehim jissolvew b'mod amikevoli.

3.   Fejn jidħol it-teħid tad-deċiżjonijiet, il-Kumitat Konġunt japprova l-emendi fil-Protokoll, fl-Annessi u fl-Appendiċijiet ta' dan il-Ftehim li jkollhom x'jaqsmu:

(a)

mar-reviżjoni tal-livell tal-opportunijiet tas-sajd u għaldaqstant tal-kontribuzzjoni finanzjarja rilevanti;

(b)

mal-proċeduri tal-appoġġ settorjali;

(c)

mal-kondizzjonijiet tekniċi u l-modalitajiet li bihom il-bastimenti tal-Unjoni jwettqu l-attivitajiet tad-sajd tagħhom.

4.   Il-Kumitat Konġunt għandu jwettaq ħidmietu skont l-għanijiet ta' dan il-Ftehim, skont ir-regoli adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd rilevanti, u filwaqt li jqis ir-riżultati tal-konsultazzjoni xjentifika msemmija fl-Artikolu 8.

5.   Il-Kumitat għandu jiltaqa' tal-inqas darba fis-sena, sena fil-Gżejjer Cook u s-sena ta' wara fl-Unjoni, jew f'post ieħor li ż-żewġ Partijiet jaqblu dwaru, u għandha tippresedih il-Parti ta' fejn tkun qed issir il-laqgħa. Jekk xi waħda mill-Partijiet titlob dan, dan għandu jitlaqqa' b'mod straordinarju. Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'kunsens u għandhom jitniżżlu mal-minuti maqbula tal-laqgħa. Dawn għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data meta l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li jkunu tlestew il-proċeduri meħtieġa għall-adozzjoni tagħhom.

6.   Il-Kumitat Konġunt jista' jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu stess.

Artikolu 7

Promozzjoni tal-koperazzjoni fost l-operaturi ekonomiċi u fis-soċjetà ċivili

1.   Il-Partijiet għandhom iħeġġu l-koperazzjoni ekonomika, xjentifika u teknika fis-settur tas-sajd u fis-setturi relatati miegħu. Dawn għandhom jikkonsultaw lil xulxin sabiex jiffaċilitaw u jippromwovu d-diversi miżuri li jistgħu jittieħdu għal dan il-għan.

2.   Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu l-iskambju tal-informazzjoni dwar it-tekniki tas-sajd u l-irkaptu tas-sajd, dwar il-metodi ta' preżervazzjoni u dwar l-ipproċessar industrijali tal-prodotti tas-sajd.

3.   Il-Partijiet għandhom, meta jkun xieraq, jagħmlu ħilithom biex joħolqu kondizzjonijiet favorevoli għall-promozzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-intrapriżi tagħhom fl-oqsma tekniċi, ekonomiċi u kummerċjali, billi jħeġġu l-ħolqien ta' ambjent favorevoli għall-iżvilupp tan-negozju u tal-investimenti.

4.   Il-Partijiet għandhom, meta jkun xieraq, iħeġġu l-ħolqien ta' intrapriżi konġunti fl-interess reċiproku tagħhom li għandhom jikkonformaw sistematikament mal-leġislazzjoni tal-Gżejjer Cook u mal-leġislazzjoni tal-Unjoni.

Artikolu 8

Koperazzjoni xjentifika

1.   Tul il-perijodu kopert minn dan il-Ftehim, l-Unjoni u l-Gżejjer Cook għandhom jagħmlu ħilithom biex jikkoperaw biex jissorveljaw l-iżvilupp tar-riżorsi fl-ilmijiet tal-Gżejjer Cook.

2.   Il-Partijiet jintrabtu, jekk ikun meħtieġ, li jikkonsultaw lil xulxinpermezz ta' grupp ta' ħidma xjentifika konġunt u fl-organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali kkonċernati sabiex isaħħu l-ġestjoni u l-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-baħar fl-Oċean Paċifiku Ċentrali u tal-Punent u li jikkoperaw fir-riċerka xjentifika rilevanti.

Artikolu 9

Koperazzjoni fil-qasam tal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza (MCS) u fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat

Il-Partjiet jintrabtu li jikkollaboraw flimkien biex jiġġieldu s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat sabiex ikun jista' jsir sajd responsabbli u sostenibbli.

Artikolu 10

Żona ta' applikazzjoni

Dan il-Ftehim għandu japplika, minn naħa waħda, għat-territorji fejn japplika t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, bil-kondizzjonijiet stipulati f'dak it-Trattat u, min-naħa l-oħra, għall-Gżejjer Cook.

Artikolu 11

Liġi applikabbli

1.   Il-bastimenti tal-Unjoni li jistadu fiż-żoni tas-sajd tal-Gżejjer Cook għandhom ikunu konformi mal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli tal-Gżejjer Cook, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fil-Ftehim. L-awtoritajiet tal-Gżejjer Cook għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet tal-Unjoni bil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli.

2.   Il-Gżejjer Cook jintrabtu li jieħdu l-passi x-xierqa kollha biex id-dispożizzjonijiet ta' monitoraġġ, kontroll u sorveljanza tas-sajd previsti f'dan il-Ftehim jiġu applikati b'mod effettiv. Il-bastimenti tal-Unjoni jridu jikkoperaw mal-awtoritajiet tal-Gżejjer Cook li għandhom ir-responsabbiltà li jwettqu dan il-monitoraġġ, dan il-kontroll u din is-sorveljanza.

3.   L-Unjoni tintrabat li tieħu l-passi x-xierqa kollha meħtieġa biex tiżgura li l-bastimenti tagħha jkunu jikkonformaw ma' dan il-Ftehim u mal-leġislazzjoni li tirregola s-sajd fl-ilmijiet tas-sajd tal-Gżejjer Cook.

4.   Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin qabel ma jadottaw kwalunkwe deċiżjoni li tista' taffettwa l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni skont dan il-Ftehim. Iż-żewġ Partijiet għandhom jgħarrfu lil xulxin bi kwalunkwe bidla fil-leġislazzjoni jew fil-politika tas-sajd rispettiva tagħhom li jkollha l-potenzjal tħalli impatt fuq l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni skont dan il-Ftehim. Kwalunkwe bidla fil-leġislazzjoni tal-Gżejjer Cook jew kwalunkwe leġislazzjoni ġdida tagħhom li jkollha impatt fuq l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni għandha tkun infurzabbli fir-rigward tal-bastimenti tal-Unjoni mis-60 jum wara l-jum li fih kin-notifika tal-Gżejjer Cook tasal għand l-awtoritajiet tal-Unjoni.

Artikolu 12

Perijodu tal-Ftehim

Dan il-Ftehim għandu japplika għal tmien snin mid-data meta tibda l-applikazzjoni provviżorja tiegħu. Dan għandu jiġġedded b'mod taċitu għal perjodi addizzjonali ta' tmien snin, sakemm ma tingħatax notifika ta' terminazzjoni skont l-Artikolu 14.

Artikolu 13

Sospensjoni

1.   L-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim tista' tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta' xi waħda mill-Partijiet fil-każ ta':

(a)

ċirkostanzi mhux tas-soltu li ma jippermettux li jsiru attivitajiet tas-sajd fiż-żoni tas-sajd tal-Gżejjer Cook; jew

(b)

tilwima bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni ta' dan il-Ftehim jew dwar l-implimentazzjoni tiegħu; jew

(c)

ksur ta' dan il-Ftehim minn xi waħda mill-Partijiet b'mod partikolari l-Artikolu 3(4) dwar il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem; jew

(d)

bidla sinifikanti fil-linji gwida tal-politika li wasslet għall-konklużjoni ta' dan il-Ftehim, li twassal lil xi waħda mill-Partijiet biex titlob li dan jiġi emendat.

2.   Is-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-Ftehim għandha tkun notifikata bil-miktub mill-Parti interessata lill-Parti l-oħra u għandha tieħu effett tliet xhur wara li tasal din in-notifika. Il-fatt li tintbagħat in-notifika jwassal biex jinfetħu konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni amikevoli għat-tilwima tagħhom fi żmien tliet xhur.

3.   F'każ li ma tinstabx soluzzjoni amikevoli għad-differenzi u tiġi implimentata sospensjoni, il-Partijiet għandhom ikomplu jikkonsultaw lil xulxin bil-ħsieb li jsibu soluzzjoni għat-tilwima tagħhom. Meta tinstab din is-soluzzjoni, għandha tissokta l-implimentazzjoni tal-Ftehim u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 5 għandu jitnaqqas b'mod proporzjonat u pro rata temporis skont il-perijodu li matulu jkun dam sospiż il-Ftehim, sakemm ma jintlaħaqx qbil mod ieħor.

Artikolu 14

Terminazzjoni

1.   Dan il-Ftehim jista' jintemm minn waħda mill-Partijiet, l-aktar fil-każ ta':

(a)

ċirkostanzi mhux tas-soltu;

(b)

degradazzjoni tal-istokkijiet ikkonċernati;

(c)

livell imnaqqas tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Unjoni; jew

(d)

nuqqas ta' konformità mal-impenji li daħlu għalihom il-Partijiet fir-rigward tal-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat.

2.   It-terminazzjoni tal-Ftehim għandha tiġi mgħarrfa bil-miktub mill-Parti interessata kkonċernata lill-Parti l-oħra u għandha tieħu effett sitt xhur wara li tasal din in-notifika sakemm il-Partijiet ma jaqblux bejniethom li jtawlu dan il-perjodu.

3.   Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin mill-mument tan-notifika tat-terminazzjoni biex isibu soluzzjoni amikevoli għat-tilwima tagħhom fi żmien dan il-perijodu ta' sitt xhur.

4.   Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 5 għas-sena meta tieħu effett it-terminazzjoni għandu jitnaqqas b'mod proporzjonat u pro rata temporis.

Artikolu 15

Protokoll u Anness

Il-Protokoll, l-Anness u l-Appendiċijiet tiegħu jiffurmaw parti integrali minn dan il-Ftehim.

Artikolu 16

Applikazzjoni provviżorja

L-iffirmar ta' dan il-Ftehim min-naħa tal-Partijiet iwassal għall-applikazzjoni provviżorja tiegħu qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ

Dan il-Ftehim huwa mfassal bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bin-Netherlandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bit-Taljan u bl-Ungeriż, b'kull test ugwalment awtentiku.

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa.


PROTOKOLL

Għall-Implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook

Artikolu 1

Perijodu ta' applikazzjoni u opportunitajiet tas-sajd

1.   Għal perijodu ta' erba' snin mid-data tal-applikazzjoni provviżorja tiegħu, l-opportunitajiet tas-sajd mogħtija skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) għandhom ikunu kif ġej:

 

Erba' (4) bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-purse seine biex jistadu għall-ispeċijiet li jpassu ħafna kif elenkati fl-Anness 1 tal-Konvenzjoni tal-1982 tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika suġġett għall-Artikoli 5 u 6 ta' dan il-Protokoll.

3.   Skont l-Artikolu 4 ta' dan il-Ftehim, il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu jwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żoni tas-sajd tal-Gżejjer Cook biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni tas-sajd li tkun inħarġet taħt dan il-Protokoll u skont l-Anness.

Artikolu 2

Kontribuzzjoni finanzjarja — Metodi ta' ħlas

1.   Għall-perijodu msemmi fl-Artikolu 1, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 5 tal-Ftehim għandha tkun ta' EUR żewġ miljun u tmien mija u sebgħin elf Euro (2 870 000) għat-tul ta' żmien kollu ta' dan il-Protokoll.

2.   Din il-kontribuzzjoni finanzjarja totali għandha tkun magħmula minn żewġ elementi li mhumiex assoċjati ma' xulxin:

(a)

ammont annwali għall-aċċess għaż-żoni tas-sajd tal-Gżejjer Cook ta' EUR tliet mija u ħamsa u tmenin elf Euro (385 000) għall-ewwel u t-tieni sena u ta' EUR tliet mija u ħamsin elf Euro (350 000) għat-tielet u r-raba' sena, li jkun ekwivalenti għal tunnellaġġ ta' referenza ta' 7 000 tunnellata fis-sena; u

(b)

ammont annwali speċifiku ta' EUR tliet mija u ħamsin elf Euro (350 000) għall-appoġġ u għall-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd tal-Gżejjer Cook.

3.   Il-paragrafu 1 għandu japplika suġġett għall-Artikoli 3, 5 u 6 ta' dan il-Protokoll.

4.   L-Unjoni Ewropea għandha tħallas l-ammonti stabbiliti fil-paragrafu 2(a) sa mhux aktar tard minn disgħin (90) jum wara li tibda l-applikazzjoni provviżorja għall-ewwel sena u, għas-snin ta' wara, sa mhux aktar tard mid-data tal-anniversarju tal-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Protokoll.

5.   L-awtoritajiet tal-Gżejjer Cook għandhom jimmonitorjaw l-iżvilupp tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni biex jiżguraw ġestjoni xierqa tal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-Unjoni, filwaqt li jqisu l-qagħda tal-istokkijiet tal-ħut u l-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni rilevanti.

(a)

Il-Gżejjer Cook għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet tal-Unjoni meta l-qabdiet totali tal-bastimenti tal-Unjoni rrappurtati fiż-żoni tas-sajd tal-Gżejjer cook jilħqu t-80 % mit-tunnellaġġ ta' referenza. Malli jirċievu din in-notifika, l-awtoritajiet tal-Unjoni għandhom jgħarrfu minnufih lill-Istati Membri b'dan.

(b)

Ladarba jintlaħqu t-80 % tat-tunnellaġġ ta' referenza, il-Gżejjer Cook għandhom jimmonitorjaw kuljum il-livell tal-qabdiet tal-bastimenti tal-Unjoni u jgħarrfu minnufih lill-awtoritajiet tal-Unjoni meta jintlaħaq il-livell tat-tunnellaġġ ta' referenza. L-awtoritajiet tal-Unjoni għandhom ukoll jgħarrfu minnufih lill-Istati Membri malli jirċievu din in-notifika mingħand il-Gżejjer Cook.

(c)

Meta l-qabdiet tal-bastimenti tal-Unjoni jkunu laħqu t-80 % tat-tunnellaġġ ta' referenza, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw minnufih lil xulxin u janalizzaw ir-relazzjoni bejn il-qabdiet tal-bastimenti tal-Unjoni u l-limiti tas-sajd speċifikati fil-leġislazzjoni nazzjonali tal-Gżejjer Cook sabiex jiżguraw li titħares tali leġislazzjoni. Fil-kuntest ta' tali konsultazzjoni, il-Kumitat Konġunt jista' jaqbel mal-fatt li l-bastimenti tal-Unjoni jistadu għal tunnellaġġ addizzjonali.

(d)

Mid-data meta l-Gżejjer Cook jgħarrfu lill-Unjoni li jkun intlaħaq it-tunnellaġġ ta' referenza, ir-rata unitarja li sidien il-bastimenti jħallsu għall-qabdiet li jagħmlu wara li jinqabeż it-tunnellaġġ ta' referenza ta' sebat elef (7 000) għandha tiżdied bi 80 % oħra tar-rata unitarja għas-sena kkonċernata sa tmiem il-perijodu tal-awtorizzazzjonijiet annwali tas-sajd. Is-sehem tal-Unjoni m'għandux jinbidel. L-ammont totali annwali li tħallas l-Unjoni ma għandux jaqbeż id-doppju tal-ammont indikat fil-paragrafu 2(a) tal-Artikolu 2. Meta l-kwantitajiet li jaqbdu l-bastimenti tal-Unjoni jaqbżu l-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-doppju tal-ammont totali tal-ħlas annwali min-naħa tal-Unjoni, l-ammont dovut għall-kwantità li taqbeż dan il-limitu għandu jitħallas is-sena ta' wara.

6.   L-awtoritajiet tal-Gżejjer Cook għandu jkollhom diskrezzjoni sħiħa dwar kif tintuża l-kontribuzzjoni finanzjarja speċifikata fl-Artikolu 2 paragrafu (2)(a).

7.   Kull element tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2 għandu jitħallas ġo kont bankarju ddeżinjat tal-Gvern fil-Gżejjer Cook. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2(b) għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-entità rilevanti li tkun qed timplimenta l-appoġġ settorjali għall-qasam tas-sajd. L-awtoritajiet tal-Gżejjer Cook għandhom jipprovdu fi żmien dovut lill-awtoritajiet tal-Unjoni bid-dettalji tal-kont bankarju u tagħrif dwar il-linja rilevanti tal-liġi baġitarja nazzjonali. Id-dettalji tal-kont bankarju għandhom jinkludu tal-inqas: l-isem l-entità benefiċjarja, isem id-detentur tal-kont bankarju, l-indirizz tad-detentur tal-kont bankarju; isem il-bank; il-kodiċi SWIFT; in-numru IBAN.

Artikolu 3

Appoġġ settorjali

1.   Sa mhux aktar tard minn 120 ġurnata minn meta jibda jiġi applikat b'mod provviżorju l-Protokoll, il-Kumitat Konġunt għandu jiddeċiedi fuq programm settorjali pluriennali u fuq regoli ta' implimentazzjoni dettaljati li jkunu jkopru, b'mod partikolari:

(a)

linji gwida annwali u pluriennali għall-użu tal-ammont speċifiku tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2 paragrafu 2(b);

(b)

l-għanijiet kemm annwali kif ukoll pluriennali, li għandhom jinkisbu, maż-żmien, sabiex jiġi stabbilit il-qafas ta' governanza, fosthom l-iżvilupp u ż-żamma tal-istituzzjonijiet xjentifiċi u tar-riċerka meħtieġa, sabiex jiġu promossi l-proċessi ta' konsultazzjoni ma' gruppi li jkollhom interess fil-qasam, sabiex tissaħħaħ il-ħila li jitwettqu l-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza u jittejbu elementi oħra li jżidu l-kapaċità biex il-Gżejjer Cook jiġu megħjuna jkomplu jtejbu l-politika nazzjonali tagħhom dwar is-sajd sostenibbli. L-għanijiet għandhom iqisu l-prijoritajiet li l-Gżejjer Cook ikunu esprimew fil-linji ta' politika nazzjonali tagħhom relatati mal-promozzjoni tas-sajd responsabbli u tas-sajd sostenibbli, inklużi ż-żoni protetti tal-baħar, jew f'dawk li jkollhom impatt fuq dan;

(c)

il-kriterji u l-proċeduri, fosthom, fejn ikun xieraq, l-indikaturi baġitarji u finanzjarji, sabiex issir l-evalwazzjoni tar-riżultati miksuba kull sena.

2.   Kwalunkwe emenda proposta fil-programm settorjali pluriennali għandha tiġi approvata mill-Kumitat Konġunt.

3.   Jekk xi waħda mill-Partijiet titlob laqgħa straordinarja tal-Kumitat Konġunt, hija għandha tibgħat talba bil-miktub tal-inqas 14-il jum qabel id-data tal-laqgħa proposta.

4.   Kull sena, fil-kuntest tal-Kumitat konġunt, iż-żewġ Partijiet għandhom jevalwaw il-kisba ta' riżultati speċifiċi fl-implimentazzjoni tal-programm settorjali pluriennali maqbul.

(a)

Kull sena, il-Gżejjer Cook għandhom jippreżentaw rapport ta' progress dwar l-azzjonijiet implimentati u r-riżultati miksuba permezz tal-appoġġ settorjali, li għandu jiġi eżaminat mill-Kumitat Konġunt. Il-Gżejjer Cook għandhom iressqu wkoll rapport finali qabel ma jiskadi l-Protokoll. Jekk ikun meħtieġ, il-Partijiet jistgħu jkomplu jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali wara li jiskadi l-Protokoll.

(b)

L-ammont speċifiku tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2 paragrafu 2(b) għandu jitħallas bi ħlasijiet parzjali. Għall-ewwel sena tal-Protokoll, il-ħlas parzjali jrid isir skont il-ħtiġijiet identifikati bħala parti mill-programmazzjoni maqbula. Għas-snin ta' applikazjoni ta' wara, il-ħlasijiet parzjali għandhom isiru skont il-ħtiġijiet identifikati bħala parti mill-programmazzjoni maqbula u skont analiżi tar-riżultati miksuba fl-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali. Il-ħlasijiet parzjali għandhom isiru mhux aktar tard minn 45 jum wara d-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt.

5.   L-Unjoni tirriżerva d-dritt li tirrevedi u/jew li tissospendi, f'parti jew b'mod sħiħ, il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fl-Artikolu 2 paragrafu 2(b):

(a)

jekk, ir-riżultati miksuba jkunu jvarjaw ħafna minn mal-programmazzjoni wara evalwazzjoni min-naħa tal-Kumitat Konġunt;

(b)

fil-każ li din il-kontribuzzjoni finanzjarja ma tintużax kif ikun stabbilixxa l-Kumitat Konġunt.

6.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha terġa' tibda titħallas mill-ġdid wara konsultazzjoni bejn il-Partijiet u qbil fil-Kumitat Konġunt, meta jkun iġġustifikat abbażi tar-riżultati tal-implimentazzjoni tal-programmazzjoni maqbula msemmija fil-paragrafu 1. Madankollu, il-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fl-Artikolu 2 paragrafu 2(b) ma tistax titħallas wara perjodu ta' sitt (6) xhur minn meta jiskadi l-Protokoll.

7.   Kull sena, il-Gżejjer Cook jistgħu jallokaw, jekk ikun meħtieġ, ammont addizzjonali għall-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 22(b) mill-ammont imsemmi fl-Artikolu 2 paragrafu (2)(a) sabiex jiġi implimentat il-programm pluriennali. Din l-allokazzjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Unjoni fi żmien xahrejn (2) mid-data tal-anniversarju ta' meta jibda jiġi applikat b'mod provviżorju dan il-Protokoll.

8.   Il-Partijiet jintrabtu li jiżguraw il-viżibbiltà tal-miżuri implimentati bl-appoġġ settorjali.

Artikolu 4

Koperazzjoni xjentifika għal sajd responsabbli

1.   Tul il-perjodu li jkopri dan il-Protokoll, filwaqt li jirrikonoxxu s-sovranità tal-Gżejjer Cook fejn jidħlu r-riżorsi tas-sajd tagħhom, il-Partijiet għandhom jikkoperaw biex jissorveljaw il-qagħda tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet tas-sajd tal-Gżejjer Cook.

2.   Il-Partijiet għandhom jikkoperaw ukoll, skont il-bżonn, biex jiskambjaw bejniethom l-informazzjoni dwar il-konservazzjoni u l-informazzjoni statistika, bijoloġika u ambjentali rilevanti li taffettwa l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet tas-sajd tal-Gżejjer Cook għall-finijiet tal-ġestjoni u tal-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-baħar.

3.   Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu l-koperazzjoni bejniethom dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni responsabbli tas-sajd fil-Kummissjoni għas-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali (id-WCPFC) u f'kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali, reġjonali jew sottoreġjonali rilevanti oħra, u l-Kumitat Konġunt jista' jadotta miżuri biex jiżgura l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd tal-Gżejjer Cook.

Artikolu 5

Reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd u tad-dispożizzjonijiet tekniċi min-naħa tal-Kumitat Konġunt

1.   Il-Kumitat Konġunt jista' jagħmel valutazzjoni mill-ġdid tal-opportunitajiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 1 u jiddeċiedi li jirrevedihom, diment li r-riżoluzzjonijiet u l-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tad-WCPFC ikunu jappoġġaw il-fatt li aġġustament bħal dan ikun jiżgura l-ġestjoni sostenibbli tat-tonn u tal-ispeċijiet li jixbhuh fl-Oċean Paċifiku Ċentrali u tal-Punent, filwaqt li jinnota li l-Partijiet għandhom interess speċjali fil-ġestjoni tal-istokk tat-tonn obeż.

2.   F'dan il-każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2 paragrafu 2(a) għandha tiġi aġġustata b'mod proporzjonat u pro rata temporis. Madankollu, l-ammont totali annwali li tħallas l-Unjoni m'għandux jaqbeż id-doppju taċ-ċifra indikata fl-Artikolu 2 paragrafu 2(a).

3.   Il-Kumitat Konġunt jista' wkoll, jekk ikun meħtieġ, jeżamina u jiddeċiedi li jadotta bi qbil reċiproku d-dispożizzjonijiet tekniċi tal-Protokoll u tal-Anness.

Artikolu 6

Opportunitajiet ġodda ta' sajd u sajd sperimentali

1.   F'każ li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jsiru interessati li jibdew iwettqu attivitajiet tas-sajd li mhumiex previsti fl-Artikolu 1 ta' dan il-Protokoll, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fil-kuntest tal-Kumitat Konġunt qabel ma tingħata xi awtorizzazzjoni possibbli għat-tali attivitajiet u, fejn ikun xieraq, jaqblu fuq il-kondizzjonijiet għal dawn l-attivitajiet, fosthom biex jemendaw b'mod korrispondenti dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu.

2.   Fuq talba ta' Parti waħda, il-Kumitat Konġunt għandu jistabbilixxi, każ b'każ, l-ispeċijiet, il-kondizzjonijiet u l-parametri l-oħrajn li huma rilevanti.

3.   Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom iwettqu s-sajd sperimentali skont il-parametri li ser jaqbel fuqhom il-Kumitat Konġunt, inkluż, fejn xieraq, f'arranġament amministrattiv. L-awtorizzazzjonijiet għas-sajd sperimentali għandhom jingħataw għal perijodu massimu ta' sitt xhur skont il-qagħda tal-istokkijiet tal-ħut.

4.   F'każ li l-Partijiet iqisu li l-kampanji sperimentali wasslu għal riżultati pożittivi, l-awtoritajiet tal-Gżejjer Cook għandhom jallokaw proporzjon, li jkun jikkorrispondi għall-kontribuzzjoni tal-bastimenti tal-Unjoni għas-sajd sperimentali, mill-opportunitajiet tas-sajd għall-ispeċi tal-ħut il-ġdida lill-Unjoni sa ma jiskadi dan il-Protokoll. Il-kumpens finanzjarju msemmi fl-Artikolu 2 paragrafu 2(a) ta' dan il-Protokoll għandu, b'konsegwenza ta' dan, jiġi miżjud. It-tariffi u l-kondizzjonijiet li sidien il-bastimenti jridu jħallsu previsti fl-Anness għandhom jiġu emendati kif meħtieġ. Il-Kumitat Konġunt għandu jagħmel l-emendi korrispondenti f'dan il-Protokoll u fl-Anness tiegħu.

Artikolu 7

Sospensjoni

1.   Dan il-Protokoll, inkluż il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2 paragrafi 2(a) u (b), jista' jiġi sospiż fuq l-inizjattiva ta' xi waħda mill-Partijiet fil-każijiet u skont il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13 tal-Ftehim.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3, il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja tista' terġa' tibda titħallas malli s-sitwazzjoni eżistenti qabel l-avvenimenti msemmija fl-Artikolu 13 tal-Ftehim terġa' tiġi stabbilita jew malli tinstab soluzzjoni skont il-Ftehim.

Artikolu 8

Terminazzjoni

Dan il-Protokoll jista' jiġi tterminat fuq l-inizjattiva ta' xi waħda mill-Partijiet fil-każijiet u skont il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 14 tal-Ftehim.

Artikolu 9

Kunfidenzjalità

1.   Il-Gżejjer Cook għandhom iżommu l-kunfidenzjalità u s-sigurtà tad-dejta dwar l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet tas-sajd tagħhom li tkun sensittiva mil-lat kummerċjali b'mod li ma jkunx inqas strett mill-istandards stabbiliti mill-Kummissjoni WCPFC għas-Segretarjat WCPFC fil-Politika tagħha dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni.

2.   Iż-żewġ Partijiet għandhom jiżguraw li tkun tista' tixxerred biss dejta aggregata li tkun taqa' fid-dominju pubbliku għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet tas-sajd tal-Gżejjer Cook, skont ir-Regoli u l-Proċeduri tad-WCPFC għall-ħarsien tad-dejta miġbura mill-Kummissjoni, għall-aċċess għaliha u għat-tixrid tagħha. Id-dejta ddefinita bħala dejta li ma taqax fid-dominju pubbliku mit-Taqsima 4.1 ta' dawk ir-Regoli u l-Proċeduri tad-WCPFC u d-dejta li tista' titqies bħala kunfidenzjali mod ieħor għandha tintuża biss għall-applikazzjoni tal-Ftehim.

Artikolu 10

Skambju elettroniku tad-dejta

1.   Il-Gżejjer Cook u l-Unjoni ser jintrabtu li jimplimentaw is-sistemi meħtieġa għall-iskambju elettroniku tal-informazzjoni u tad-dokumenti kollha relatati mal-implimentazzjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll. Il-forma elettronika ta' dokument f'kull waqt ser titqies ekwivalenti għall-verżjoni stampata.

2.   Iż-żewġ Partijiet ser jgħarrfu minnufih lil xulxin b'kull ħsara fis-sistema tal-kompjuter li twaqqaf dawn l-iskambji. F'dawk iċ-ċirkostanzi, l-informazzjoni u d-dokumenti relatati mal-implimentazzjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll għandhom jinbidlu b'mod awtomatiku bil-verżjoni stampata tagħhom bil-mod iddefinit fl-Anness.

Artikolu 11

Obbligi meta jiskadi l-Protokoll jew meta dan jiġi tterminat

Fil-każ ta' skadenza tal-Protokoll jew meta dan jiġi tterminat kif previst fl-Artikolu 14 tal-Ftehim, is-sidien tal-bastimenti tal-Unjoni għandhom ikomplu jkunu responsabbli għal kull ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim jew tal-Protokoll jew ta' kull liġi tal-Gżejjer Cook li jkun seħħ qabel ma skada l-Protokoll jew qabel ma dan ġie tterminat, u għal kull tariffa tal-liċenzja jew kull ħlas dovut li jkun għadu pendenti li ma jkunx tħallas meta jkun skada l-Protokoll jew meta dan ikun ġie tterminat.

Artikolu 12

Applikazzjoni provviżorja

Malli l-Partijiet jiffirmaw dan il-Protokoll tibda l-applikazzjoni provviżorja tiegħu qabel jidħol fis-seħħ.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li tlestew il-proċeduri meħtieġa.

ANNESS

KONDIZZJONIJIET BIEX IL-BASTIMENTI TAL-UNJONI EWROPEA JWETTQU ATTIVITAJIET TAS-SAJD SKONT IL-PROTOKOLL LI JISTABBILIXXI L-OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD U L-KONTRIBUZZJONI FINANZJARJA PREVISTI FIL- FTEHIM TA' SĦUBIJA DWAR IS-SAJD SOSTENIBBLI BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-GŻEJJER COOK

Kapitolu I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Taqsima 1

Definizzjonijiet

1.

“Awtorità kompetenti” tfisser:

(a)

fil-każ tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem “l-Unjoni”): il-Kummissjoni Ewropea;

(b)

fil-każ tal-Gżejjer Cook: il-Ministeru tar-Riżorsi tal-Baħar.

Id-dettalji ta' kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti rispettivi jinsabu fl-Appendiċi 1.

2.

“Awtorizzazzjoni tas-sajd” tfisser liċenzja jew dritt validu biex jitwettqu attivitajiet tas-sajd għal speċijiet speċifiċi bl-użu ta' rkaptu speċifiku u fiż-żoni tas-sajd speċifikati, skont it-termini mogħtija f'dan l-Anness.

3.

“Delegazzjoni” tfisser id-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea f'Suva, il-Fiġi.

4.

“Forza Maġġuri” tfisser it-telfien jew l-immobilizzazzjoni fit-tul ta' bastiment minħabba ħsara teknika serja.

Taqsima 2

Żoni tas-sajd

1.   Il-bastimenti tal-Unjoni li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd li jkunu ħarġuha l-Gżejjer Cook skont il-Ftehim għandhom ikunu awtorizzati jwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żoni tas-sajd tal-Gżejjer Cook, jiġifieri fl-ilmijiet tas-sajd tal-Gżejjer Cook ħlief għaż-żoni protetti u dawk fejn is-sajd huwa pprojbit. Qabel jibda jiġi applikat b'mod provviżorju l-Ftehim, il-Gżejjer Cook għandhom jibagħtu lill-Unjoni l-koordinati tal-ilmijiet tas-sajd tagħhom u taż-żoni protetti u ta' dawk li fihom ma jistax isir sajd.

2.   Il-Gżejjer Cook għandhom jgħarrfu lill-Unjoni bi kwalunkwe tibdil fiż-żoni msemmija skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11 tal-Ftehim.

Taqsima 3

Aġent li jirrappreżenta l-bastiment

Il-bastimenti kollha tal-Unjoni li japplikaw għal awtorizzazzjoni tas-sajd jistgħu jkunu rrappreżentati minn aġent residenti fil-Gżejjer Cook (li jista' jkun kumpanija jew individwu), u li l-awtorità kompetenti tal-Gżejjer Cook tkun ġiet mgħarrfa bih kif xieraq.

Taqsima 4

Bastimenti tal-Unjoni eliġibbli

Biex bastiment tal-Unjoni jkun eliġibbli biex jikseb awtorizzazzjoni tas-sajd, is-sid, il-kaptan u l-bastiment innifsu m'għandhomx ikunu pprojbiti milli jistadu fl-ilmijiet tas-sajd tal-Gżejjer Cook. Dawn iridu jkunu f'qagħda regolari mal-liġijiet tal-Gżejjer Cook u jridu jkunu ssodisfaw kull obbligu preċedenti relatat mal-attivitajiet tas-sajd tagħhom fil-Gżejjer Cook fil-kuntest tal-ftehimiet dwar is-sajd konklużi mal-Unjoni. Barra minn hekk, huma għandhom ikunu konformi mal-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd, ikunu mniżżlin fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tad-WCPFC, ikunu fir-reġistru tal-bastimenti tajbin għat-tbaħħir tal-Aġenzija tas-Sajd tal-Forum (FFA) u ma jkunux fil-lista tal-bastimenti tas-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (is-sajd IUU) ta' xi organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (ORĠS).

Kapitolu II

Ġestjoni tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd

Taqsima 1

Perijodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd

1.   L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd li jkunu nħarġu skont il-Protokoll għandhom jibqgħu validi għal perjodu ta' 12-il xahar u jkunu jistgħu jiġġeddu. Sabiex jiġi stabbilit meta jibda l-perjodu ta' validità, perijodu annwali tfisser:

(a)

għas-sena meta l-Protokoll jibda jiġi applikat b'mod provviżorju, il-perijodu mid-data ta' meta dan jibda japplika b'mod provviżorju sal-31 ta' Diċembru tal-istess sena;

(b)

wara dan, kull sena kalendarja sħiħa;

(c)

għas-sena meta jiskadi l-Protokoll, il-perjodu mill-1 ta' Jannar sad-data ta' skadenza tal-Protokoll.

2.   Għall-ewwel u għall-aħħar perijodu annwali, il-ħlas dovut mis-sidien tal-bastimenti skont it-Taqsima 5, punt 2 għandu jiġi kkalkulat pro rata temporis.

Taqsima 2

Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd

1.   Il-bastimenti tal-Unjoni eliġibbli biss, kif iddefiniti fil-Kapitolu I, Taqsima 4 ta' dan l-Anness, jistgħu jiksbu awtorizzazzjoni tas-sajd.

2.   L-awtorità kompetenti tal-Unjoni għandha tibgħat b'mod elettroniku lill-awtorità kompetenti tal-Gżejjer Cook, b'kopja lid-Delegazzjoni, applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd għal kull bastiment li jkun jixtieq jistad skont il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”) tal-inqas 20 jum tax-xogħol qabel ma jibda l-perijodu annwali ta' validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd kif speċifikat fit-Taqsima 1 ta' dan il-Kapitolu.

3.   Meta applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd ma tkunx intbagħtet qabel ma jibda l-perijodu annwali ta' validità, sid il-bastiment xorta waħda jista' jibgħatha sa 20 jum ta' xogħol qabel id-data meta jkun qed jintalab li jibdew l-attivitajiet tas-sajd. F'każijiet bħal dawn, l-awtorizzazzjoni tas-sajd ser tkun valida biss sa tmiem il-perijodu annwali li matulu tkun intalbet. Sidien il-bastimenti għandhom iħallsu t-tariffi bil-quddiem dovuti għall-perijodu kollu ta' validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd.

4.   Għal kull applikazzjoni tal-bidu għal awtorizzazzjoni tas-sajd, jew wara bidla teknika kbira fil-bastiment ikkonċernat, l-Unjoni għandha tibgħat l-applikazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Gżejjer Cook bil-posta elettronika billi tuża l-formola mogħtija fl-Appendiċi 2, u magħha għandha tibgħat id-dokumenti li ġejjin:

(a)

evidenza li tħallset it-tariffa bil-quddiem għall-perijodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd;

(b)

ritratti riċenti diġitali bil-kulur tal-bastiment (li jkunu ttieħdu sa 12-il xahar qabel), li jkollhom id-data fuqhom u li jkollhom riżoluzzjoni ta' 72 dpi u jkunu tal-inqas ta' 1 400 tikka b'1 050 tikka, u li jkunu juru l-ġenb tal-bastiment, inkluż l-isem tiegħu miktub bl-alfabett bażiku Latin tal-ISO;

(c)

kopja taċ-ċertifikat tat-tagħmir ta' sikurezza tal-bastiment;

(d)

kopja taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni tal-bastiment;

(e)

kopja taċ-ċertifikat ta' kontroll tal-kondizzjonijiet sanitarji tal-bastiment;

(f)

kopja taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni fir-reġistru tal-bastimenti tajbin għat-tbaħħir tal-FFA;

(g)

il-pjan tal-istivar.

5.   Meta tiġi biex tiġġedded l-awtorizzazzjoni tas-sajd ta' bastiment li ma jkunux inbidlulu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu, mal-applikazzjoni għat-tiġdid għandhom jintbagħtu biss l-evidenza li tkun tħallset it-tariffa bil-quddiem, iċ-ċertifikat attwali ta' reġistrazzjoni fir-reġistru tal-bastimenti tajbin għat-tbaħħir tal-FFA u l-kopji ta' kwalunkwe ċertifikati mġedda mniżżlin fil-punt 4(c), (d) u (e).

6.   It-tariffa bil-quddiem għandha titħallas ġol-kont bankarju li jkunu pprovdew l-awtoritajiet tal-Gżejjer Cook. Is-sidien tal-bastimenti għandhom iħallsu l-ispejjeż inerenti marbutin mat-trasferimenti bankarji.

7.   Il-ħlasijiet għandhom jinkludu t-taxxi nazzjonali u lokali kollha minbarra t-taxxi tal-portijiet u l-ispejjeż tas-servizzi.

8.   Jekk applikazzjoni ma tkunx kompluta jew ma tkunx tissodisfa mod ieħor il-kondizzjonijiet mogħtija fil-punti 4, 5, 6 u 7 t'hawn fuq, fi żmien sebat ijiem tax-xogħol minn meta jirċievu l-applikazzjoni f'forma elettronika, l-awtoritajiet tal-Gżejjer Cook għandhom jgħarrfu lill-awtorità kompetenti tal-Unjoni, b'kopja ta' dan lid-Delegazzjoni, bir-raġunijiet għala l-applikazzjoni qed titqies bħala applikazzjoni mhix kompluta jew li ma tissodisfax mod ieħor il-kondizzjonijiet mogħtija fil-punti 4, 5, 6 u 7.

Taqsima 3

Ħruġ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd

1.   L-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinħareġ mill-Gżejjer Cook fi żmien 15-il jum minn meta jirċievu l-applikazzjoni sħiħa bil-posta elettronika.

2.   L-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tiġi trasmessa minnufih b'mezzi elettroniċi mill-awtorità kompetenti tal-Gżejjer Cook b'kopja lid-Delegazzjoni. Fl-istess ħin, kopja stampata tal-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tintbagħat lil sid il-bastiment.

3.   Malli toħroġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd, l-awtorità kompetenti tal-Gżejjer Cook għandha tinkludi l-bastiment f'lista ta' bastimenti tal-Unjoni li huma awtorizzati jistadu fiż-żoni tas-sajd tal-Gżejjer Cook. Din il-lista għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-entitajiet kollha tal-monitoraġġ, tal-kontroll u tas-sorveljanza tal-Gżejjer Cook u għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Unjoni, b'kopja lid-Delegazzjoni.

4.   Il-forma stampata tal-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tieħu post dik elettronika malli dan ikun possibbli.

5.   L-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinħareġ għal bastiment speċifiku u m'għandhiex tkunu trasferibbli ħlief f'każijiet ta' forza maġġuri, kif spjegat fit-Taqsima 4 t'hawn taħt.

6.   L-awtorizzazzjoni tas-sajd (f'forma elettronika jew stampata meta din tkun disponibbli) trid tinżamm abbord il-bastiment il-ħin kollu.

Taqsima 4

Trasferiment tal-awtorizzazzjoni tas-sajd

1.   Meta tiġi ppruvata forza maġġuri u l-Unjoni titlob dan, l-awtorizzazzjoni tas-sajd ta' bastiment tista' tiġi ttrasferita għal bastiment ieħor eliġibbli li jkollu karatteristiċi simili għall-perjodu ta' validità li jkun għad fadal tagħha, mingħajr ma jsir ħlas ieħor bil-quddiem.

2.   Jekk l-awtorità kompetenti tal-Gżejjer Cook tawtorizza t-trasferiment, sid l-ewwel bastiment, jew l-aġent ta' dak il-bastiment, għandu jagħti lura l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment lill-awtorità kompetenti tal-Gżejjer Cook u javża lill-awtorità tal-Unjoni u lid-Delegazzjoni b'dan.

3.   L-awtorizzazzjoni tas-sajd il-ġdida għandha tieħu effett dakinhar li l-awtorità kompetenti tal-Gżejjer Cook tirċievi l-liċenzja tas-sajd tal-bastiment li jkun intlaqat mill-forza maġġuri. L-awtorizzazzjoni li tkun intbagħtet lura għandha titqies bħala awtorizzazzjoni mħassra. L-awtorità tal-Gżejjer Cook għandha tgħarraf lill-awtorità tal-Unjoni u lid-Delegazzjoni bit-trasferiment tal-awtorizzazzjoni tas-sajd.

Taqsima 5

Kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd – tariffi u ħlasijiet bil-quddiem

1.   It-tariffi li jridu jħallsu sidien il-bastimenti għandhom jiġu kkalkulati skont ir-rata li ġejja għal kull tunnellata ta' ħut maqbud:

(a)

għall-ewwel sena ta' applikazzjoni tal-Protokoll, EUR ħamsa u ħamsin (55) għal kull tunnellata;

(b)

għat-tieni sena ta' applikazzjoni tal-Protokoll, EUR ħamsa u sittin (65) għal kull tunnellata;

(c)

għas-snin ta' applikazjoni ta' wara tal-Protokoll, EUR sebgħin (70) għal kull tunnellata.

2.   L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinħarġu meta sidien il-bastimenti jkunu ħallsu l-ammonti li ġejjin lill-Gżejjer Cook:

(a)

tariffa annwali ta' ħlas bil-quddiem:

(i)

għall-ewwel sena ta' applikazzjoni tal-Protokoll, il-ħlas bil-quddiem għandu jkun ta' EUR tnejn u għoxrin elf (22 000), li huwa ekwivalenti għal EUR ħamsa u ħamsin (55) għal kull tunnellata għal erba' mitt (400) tonna u ħuta ta' speċijiet li jixbhuh maqbuda fiż-żoni tas-sajd tal-Gżejjer Cook;

(ii)

għat-tieni sena ta' applikazzjoni tal-Protokoll, il-ħlas bil-quddiem għandu jkun ta' EUR sitta u għoxrin elf (26 000), li huwa ekwivalenti għal EUR ħamsa u sittin (65) għal kull tunnellata għal erba' mitt (400) tonna u ħuta ta' speċijiet li jixbhuh maqbuda fiż-żoni tas-sajd tal-Gżejjer Cook;

(iii)

għas-snin ta' applikazjoni ta' wara tal-Protokoll, il-ħlas bil-quddiem għandu jkun ta' EUR tmienja u għoxrin elf (28 000), li huwa ekwivalenti għal EUR sebgħin (70) għal kull tunnellata għal erba' mitt (400) tonna u ħuta ta' speċijiet li jixbhuh maqbuda fiż-żoni tas-sajd tal-Gżejjer Cook;

(b)

kontribuzzjoni annwali speċjali għall-awtorizzazzjoni tas-sajd ta' EUR tmienja u tletin elf u ħames mija (38 500) għal kull bastiment tal-Unjoni.

L-ewwel sena ta' applikazzjoni tal-Protokoll tfisser il-perijodu mid-data ta' meta jibda japplika b'mod provviżorju sal-31 ta' Diċembru ta' dik is-sena. L-aħħar sena hija l-perijodu mill-1 ta' Jannar sad-data tal-anniversarju tal-applikazzjoni provviżorja. Għall-ewwel u l-aħħar sena, il-kontribuzzjoni ta' sidien il-bastimenti għandha tiġi kkalkulata pro rata temporis.

Taqsima 6

Dikjarazzjoni finali tat-tariffi

1.   L-awtorità tal-Gżejjer Cook għandha tfassal dikjarazzjoni tat-tariffi dovuti għas-sena kalendarja ta' qabel abbażi tad-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet li jkunu bagħtu l-bastimenti tal-Unjoni.

2.   Id-dikjarazzjoni għandha tintbagħat lill-awtorità tal-Unjoni qabel il-31 ta' Marzu tas-sena attwali u kopja tagħha għandha tintbagħat lid-Delegazzjoni. L-awtorità tal-Unjoni għandha tibgħatha qabel il-15 ta' April fl-istess waqt lil sidien il-bastimenti u lill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati.

3.   F'każ li sidien il-bastimenti ma jaqblux mad-dikjarazzjoni li tibgħat l-awtorità tal-Gżejjer Cook, huma jistgħu jitolbu lill-awtorità tal-Unjoni tikkonsulta lill-istituti xjentifiċi li għandhom il-kompetenza jivverifikaw l-istatistika dwar il-qabdiet, bħall-IRD (l-“Institut de recherche pour le développement”), l-IEO (l-“Instituto Español de Oceanografia”) u l-IPIMAR (l-“Instituto de Investigação das Pescas e do Mar”), u wara jiddiskutu mal-awtorità tal-Gżejjer Cook dwar dan u jżommu lill-awtorità tal-Unjoni u lid-Delegazzjoni mgħarrfin b'dan sabiex qabel il-31 ta' Mejju tas-sena attwali tiġi stabbilita d-dikjarazzjoni finali. Jekk sidien il-bastimenti ma jagħmlu l-ebda kumment sa dik id-data, id-dikjarazzjoni li tkun bagħtet l-awtorità tal-Gżejjer Cook titqies bħala d-dikjarazzjoni finali. Jekk id-dikjarazzjoni finali tkun inqas mill-ħlas bil-quddiem imsemmi fit-Taqsima 5 punt 2, sid il-bastiment m'għandux ikun jista' jirkupra l-bilanċ.

Kapitolu III

Monitoraġġ

Taqsima 1

Reġistrazzjoni tal-qbid u r-rappurtar tiegħu

1.   Il-bastimenti tal-Unjoni li huma awtorizzati jistadu fiż-żoni tas-sajd tal-Gżejjer Cook skont il-Ftehim għandhom jibagħtu l-informazzjoni dwar il-qabdiet tagħhom lill-awtorità kompetenti tal-Gżejjer Cook kif ġej, sa ma ż-żewġ Partijiet ikunu implimentaw sistema elettronika tar-rappurtar tal-qbid (“ERS”).

2.   Il-bastimenti tal-Unjoni li huma awtorizzati jistadu fiż-żoni tas-sajd tal-Gżejjer Cook għandhom jimlew il-folja tal-ġurnal ta' abbord tas-sajd mogħtija fl-Appendiċi 3 għal kull jum li matulu jkunu fiż-żoni tas-sajd tal-Gżejjer Cook. Jekk il-bastimenti ma jaqbdu l-ebda ħuta jew jekk ikunu għaddejjin minn hemm biss fi tranżitu lejn xi mkien ieħor, il-formola xorta waħda trid timtela. Din għandha timtela b'mod ċar u l-kaptan tal-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jiffirmaha.

3.   Meta l-bastimenti tal-Unjoni jkunu fiż-żoni tas-sajd tal-Gżejjer Cook, huma għandhom jibagħtu kull sebat ijiem sommarju tal-ġurnal ta' abbord tas-sajd imsemmi fil-punt 2 lill-awtorità kompetenti tal-Gżejjer Cook billi jużaw il-Mudell Numru 3 mogħti fl-Appendiċi 4.

4.   Safejn għandu x'jaqsam mat-tressiq tal-ġurnal ta' abbord tas-sajd imsemmi fil-punt 2, il-bastimenti tal-Unjoni għandhom:

(a)

fil-każ li jidħlu f'port tad-dħul tal-Gżejjer Cook (Avarua, Avatui, Arutanga, Tuanganui, Omoka, Tauhunu, Tukao, Yato), jibagħtu l-formola mimlija lill-awtorità rispettiva tal-Gżejjer Cook fi żmien ħamest (5) ijiem minn meta jaslu fil-port, jew inkella qabel ma jħallu dak il-port, skont liema minnhom isseħħ l-ewwel. L-awtorità tal-Gżejjer Cook għandha tagħtihom irċevuta bil-miktub;

(b)

meta joħorġu miż-żoni tas-sajd tal-Gżejjer Cook mingħajr ma jgħaddu l-ewwel minn port tad-dħul tal-Gżejjer Cook, għandhom jintbagħtu kopji tal-folji tal-ġurnal ta' abbord fi żmien ħmistax (15)-il jum tax-xogħol minn meta joħorġu miż-żoni tas-sajd tal-gżejjer Cook u dan għandhom jagħmluh kif ġej:

(i)

bil-posta elettronika, fl-indirizz tal-posta elettronika tal-awtorità kompetenti tal-Gżejjer Cook; jew

(ii)

bil-faks, fin-numru mogħti mill-awtorità kompetenti tal-Gżejjer Cook.

Il-verżjoni oriġinali ta' kull ġurnal ta' abbord tas-sajd għandha tintbagħat fi żmien sebat (7) ijiem tax-xogħol minn meta bastiment jidħol għall-ewwel darba f'port wara li jkun ħareġ miż-żoni tas-sajd tal-Gżejjer Cook.

5.   Fl-istess waqt iridu jintbagħtu kopji ta' dawn il-folji tal-ġurnal ta' abbord tas-sajd lill-istituti xjentifiċi msemmija fil- Kapitolu II, Taqsima 6, punt 3, fl-istess perijodu taż-żmien previst fil-punt 4 t'hawn fuq.

6.   Il-kliem “żoni tas-sajd tal-Gżejjer Cook” għandhom jiddaħħlu fil-folji tal-ġurnal ta' abbord imsemmijin hawn fuq għall-perijodi meta l-bastiment ikun jinsab fiż-żoni tas-sajd tal-Gżejjer Cook.

7.   Iż-żewġ Partijiet ser jagħmlu ħilithom biex jimplimentaw ERS marbuta mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni fiż-żoni tas-sajd tal-Gżejjer Cook, suġġett għal ftehim komuni dwar il-linji gwida għall-ġestjoni u l-implimentazzjoni ta' ERS.

8.   Ladarba tiġi implimentata s-sistema elettronika tad-dikjarazzjoni tal-qabdiet, din tieħu post għalkollox id-dispożizzjonijiet ta' reġistrazzjoni deskritti fil-punti 2 sa 4 t'hawn fuq, ħlief jekk ikun hemm xi problemi tekniċi jew ħsarat fis-sistema, f'liema każ id-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet għandhom isiru skont il-punti 2 sa 4 t'hawn fuq.

Taqsima 2

Komunikazzjoni dwar id-dħul fl-ilmijiet tas-sajd tal-gżejjer cook u l-ħruġ minnhom

1.   Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tat-Taqsima 1 ta' dan il-Kapitolu, il-bastimenti tal-Unjoni li huma awtorizzati jistadu skont il-Ftehim għandhom javżaw lill-awtorità tal-Gżejjer Cook li huma beħsiebhom jidħlu fiż-żoni tas-sajd tal-Gżejjer Cook jew joħorġu minnhom tal-inqas 24 siegħa qabel ma jagħmlu dan.

2.   Meta jibagħtu din in-notifika tad-dħul jew tal-ħruġ, il-bastimenti għandhom jibagħtu wkoll informazzjoni dwar l-ammont u l-ispeċijiet ta' ħut li għandhom fil-qabdiet abbord. Il-bastimenti għandhom jibagħtu wkoll il-pożizzjoni li probabbli jkunu fiha fil-ħin li fih beħsiebhom jidħlu fiż-żoni tas-sajd jew joħorġu minnhom. Dawn in-notifiki għandhom isiru fil-format mogħti fl-Appendiċi 4, il-Mudelli Numru 1 u Numru 2 u għandhom jintbagħtu bil-faks jew bil-posta elettronika lill-kuntatti mniżżlin fihom.

3.   Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jinstabu jistadu mingħajr ma jkunu bagħtu n-notifika tad-dħul minn qabel imsemmija fil-punt 2 ta' din it-Taqsima għandhom jitqiesu bħala bastimenti mingħajr awtorizzazzjoni tas-sajd. F'dawn il-każijiet japplikaw is-sanzjonijiet imsemmija fil-Kapitolu V.

Taqsima 3

Ħatt l-art

1.   Il-portijiet magħżulin għall-ħatt l-art fil-Gżejjer Cook huma l-portijiet ta' Avatui u Omoka.

2.   Il-bastimenti tal-Unjoni li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd li jkunu ħarġuha l-Gżejjer Cook u li jkunu jixtiequ jħottu l-art il-qabdiet tagħhom fil-portijiet magħżulin tal-Gżejjer Cook għandhom jibagħtu t-tagħrif li ġej lill-awtorità kompetenti tal-Gżejjer Cook tal-inqas 72 siegħa qabel ma jkunu se jagħmlu dan:

(a)

il-port tal-ħatt l-art;

(b)

isem il-bastiment tas-sajd li jkun ser iħott il-ħut l-art u s-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju (l-IRCS) tiegħu;

(c)

id-data u l-ħin tal-ħatt l-art;

(d)

il-kwantità ta' ħut li ser jinħatt l-art, mogħtija f'kg mqarrba għall-eqreb 100 kg u mqassma skont l-ispeċi;

(e)

il-preżentazzjoni tal-prodotti.

3.   Il-bastimenti jridu jibagħtu d-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art tagħhom lill-awtorità kompetenti tal-Gżejjer Cook sa mhux aktar tard minn 48 siegħa minn meta jitlesta l-ħatt l-art jew inkella qabel ma l-bastiment iħalli l-port, skont liema minnhom isseħħ l-ewwel.

Taqsima 4

Trażbord

1.   Il-bastimenti tal-Unjoni li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd li jkunu ħarġuha l-Gżejjer Cook u li jkunu jixtiequ jittrażbordaw il-qabdiet fl-ilmijiet tas-sajd tal-Gżejjer Cook għandhom jagħmlu dan biss fil-portijiet magħżulin tal-Gżejjer Cook kif imsemmi fil-Kapitolu III, Taqsima 1, punt 4(a). Ma jistax isir trażbord fuq il-baħar 'il barra mill-portijiet u kull persuna li tikser din id-dispożizzjoni għandha tkun suġġetta għall-pieni previsti fil-liġijiet tal-Gżejjer Cook.

2.   Sid il-bastiment jew l-aġent li jirrappreżenta l-bastiment iridu jibagħtu t-tagħrif li ġej lill-awtorità kompetenti tal-Gżejjer Cook tal-inqas 72 siegħa minn qabel:

(a)

il-port tat-trażbord fejn ser isir it-trażbord;

(b)

isem il-bastiment tas-sajd donatur u l-IRCS tiegħu;

(c)

isem il-bastiment tas-sajd riċevitur u l-IRCS tiegħu;

(d)

id-data u l-ħin tat-trażbord;

(e)

il-kwantità ta' ħut li se jiġi ttrażbordat, mogħtija f'kg mqarrba għall-eqreb 100 kg u mqassma skont l-ispeċi;

(f)

il-preżentazzjoni tal-prodotti.

3.   Il-bastimenti għandhom jibagħtu d-dikjarazzjonijiet tat-trażbord tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti tal-Gżejjer Cook sa mhux aktar tard minn 48 siegħa minn meta jitlesta t-trażbord jew inkella qabel ma l-bastiment donatur iħalli l-port, skont liema minnhom isseħħ l-ewwel.

Taqsima 5

Sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti (VMS)

Mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istat tal-bandiera u għall-obbligi tal-bastimenti tal-Unjoni fil-konfront taċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd tal-Istat tal-bandiera tagħhom, kull bastiment tal-Unjoni għandu jkun konformi mas-Sistema ta' Monitoraġġ tal-Bastimenti tal-FFA (il-VMS tal-FFA) li tapplika dal-ħin fiż-żoni tas-sajd tal-Gżejjer Cook.

Taqsima 6

Osservaturi

1.   Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd li jkunu ħarġuha l-Gżejjer Cook, meta jkunu qed jistadu fiż-żoni tas-sajd tal-Gżejjer Cook għandhom jiżguraw li jkollhom kopertura tal-osservaturi skont il-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni rilevanti tad-WCPFC u skont il-leġislazzjoni rilevati tal-Gżejjer Cook.

2.   Il-bastimenti tal-Unjoni għandu jkollhom abbord osservatur awtorizzat mill-Programm tal-Osservaturi Reġjonali tad-WCPFC jew osservatur tal-IATTC awtorizzat permezz tal-Memorandum ta' Qbil maqbul bejn id-WCPFC u l-IATTC dwar l-approvazzjoni reċiproka tal-osservaturi.

Kapitolu IV

Kontroll

1.   Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġislazzjoni nazzjonali tal-Gżejjer Cook dwar l-attivitajiet tas-sajd, kif ukoll mal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni adottati mid-WCPFC.

2.   Proċeduri ta' kontroll:

(a)

Il-kaptani tal-bastimenti tal-Unjoni li jkunu qed iwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żoni tas-sajd tal-Gżejjer Cook għandhom jikkoperaw ma' kull uffiċjal awtorizzat tal-Gżejjer Cook li jkun identifikat kif xieraq li jkun qed iwettaq spezzjonijiet u kontrolli tal-attivitajiet tas-sajd;

(b)

mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tal-leġislazzjoni nazzjonali tal-Gżejjer Cook, it-tlugħ abbord għandu jsir b'tali mod li l-pjattaforma tal-ispezzjoni u l-ispetturi jkunu jistgħu jiġu identifikati bħala uffiċjali awtorizzati tal-Gżejjer Cook;

(c)

Il-Gżejjer Cook għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Unjoni lista tal-pjattaformi kollha tal-ispezzjoni użati għall-ispezzjonijiet fuq il-baħar. Dik il-lista għandu jkun fiha tal-inqas dan li ġej:

(i)

l-ismijiet tal-bastimenti tal-għassa tas-sajd (FPV);

(ii)

id-dettalji tal-bastimenti tal-FPV;

(iii)

ritratti tal-FPV;

(d)

Il-Gżejjer Cook jistgħu, fuq talba tal-Unjoni jew ta' korp maħtur minnha, jħallu lill-ispetturi tal-Unjoni josservaw l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni, fosthom it-trażbord, matul il-kontrolli li jsiru fuq l-art;

(e)

ladarba spezzjoni tkun tlestiet u l-ispettur ikun iffirma r-rapport tal-ispezzjoni, ir-rapport għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-kaptan biex dan ikun jista' jiffirmah u jżid kwalunkwe kumment li jista' jkollu dwaru. Din il-firma m'għandhiex tippreġudika d-drittijiet tal-Partijiet fil-kuntest ta' xi proċedura marbuta ma' allegat ksur. Qabel ma l-ispettur jinżel mill-bastiment, il-kaptan tal-bastiment għandu jingħata kopja tar-rapport tal-ispezzjoni;

(f)

l-ispetturi m'għandhomx iqattgħu iżjed ħin abbord il-bastiment milli jkollhom bżonn biex iwettqu dmirijiethom.

3.   Il-kaptani tal-bastimenti tal-Unjoni li jkunu qed jittrażbordaw il-ħut jew iħottuh l-art f'port tal-Gżejjer Cook għandhom iħallu lill-uffiċjali awtorizzati tal-Gżejjer Cook jispezzjonaw it-tali attivitajiet u għandhom jiffaċilitawlhom dawn l-ispezzjonijiet.

4.   Meta ma jitħarsux id-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Kapitolu, l-awtorità tal-Gżejjer Cook tirriżerva d-dritt li tissospendi l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment li jkun qed iwettaq il-ksur sakemm jitlestew il-formalitajiet u li tapplika l-piena stabbilita fil-leġislazzjoni eżistenti tal-Gżejjer Cook. L-Istat Membru tal-bandiera u l-awtorità kompetenti tal-Unjoni għandhom jiġu mgħarrfa b'dan minnufih.

Kapitolu V

Infurzar

1.   Sanzjonijiet

(a)

In-nuqqas ta' ħarsien ta' xi waħda mid-dispożizzjonijiet tal-kapitoli ta' hawn fuq, tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd rilevanti, jew tal-liġijiet nazzjonali tal-Gżejjer Cook, għandu jkun suġġett għall-pieni stabbiliti fil-liġijiet nazzjonali tal-Gżejjer Cook.

(b)

L-Istat Membru tal-bandiera u l-awtorità kompetenti tal-Unjoni għandhom jiġu mgħarrfa minnufih u bis-sħiħ b'kull sanzjoni applikata u bil-fatti rilevanti kollha marbutin mal-każ.

(c)

Meta s-sanzjoni tieħu l-għamla ta' sospensjoni jew revoka tal-awtorizzazzjoni tas-sajd, matul il-perijodu li jkun għad fadal li għalih tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti tal-Unjoni tista' titlob awtorizzazzjoni tas-sajd oħra li kieku kienet tkun applikabbli, għal bastiment ta' sid ieħor.

2.   Arrest u detenzjoni tal-bastimenti tas-sajd

(a)

Il-Gżejjer Cook għandhom jgħarrfu lill-Unjoni u lill-Istat Membru tal-bandiera minnufih bl-arrest u/jew bid-detenzjoni ta' kwalunkwe bastiment tas-sajd li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd skont il-Ftehim.

(b)

Il-Gżejjer Cook għandhom jibagħtu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-Unjoni u lill-Istat Membru tal-bandiera fi żmien tnax (12)-il siegħa mill-arrest u/jew mid-detenzjoni u jispjegawlhom fid-dettall iċ-ċirkostanzi u r-raġunijiet li wasslu għal dan l-arrest u/jew għal din id-detenzjoni.

3.   Il-proċedura għall-iskambju tal-informazzjoni fil-każ ta' arrest u/jew ta' detenzjoni

(a)

Filwaqt li jitħarsu l-iskadenzi u l-proċedimenti legali previsti fil-liġijiet nazzjonali tal-Gżejjer Cook b'rabta mal-arrest u/jew mad-detenzjoni, malli tasal l-informazzjoni t'hawn fuq għandha ssir laqgħa ta' konsultazzjoni bejn ir-rappreżentanti tal-Unjoni u dawk tal-Gżejjer Cook, li għaliha jista' jkun li jattendi wkoll rappreżentant tal-Istat Membru kkonċernat.

(b)

Matul din il-laqgħa, il-Partijiet għandhom jgħaddu lil xulxin kull dokument u/jew tagħrif rilevanti li jista' jgħin biex jiġu ċċarati l-fatti. Sid il-bastiment, jew l-aġent tiegħu, għandu jiġi mgħarraf bl-eżitu tal-laqgħa u b'kull miżura li toħroġ mill-arrest u/jew mid-detenzjoni.

4.   Soluzzjoni għall-arrest u/jew għad-detenzjoni

(a)

Għandu jsir tentattiv biex l-allegat ksur jissolva b'mod amikevoli. Din il-proċedura għandha titlesta mhux aktar tard minn tlett (3) ijiem tax-xogħol minn meta jsir l-arrest u/jew id-detenzjoni, f'konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali tal-Gżejjer Cook.

(b)

F'każ li l-kwistjoni tissolva b'mod amikevoli, l-ammont li għandu jitħallas għandu jiġi stabbilit billi wieħed jirreferi għal-leġislazzjoni nazzjonali tal-Gżejjer Cook. Jekk il-kwistjoni ma tkunx tista' tissolva b'mod amikevoli, għandhom jinbdew il-proċedimenti legali.

(c)

Malli jkunu ġew sodisfatti l-obbligi li jkunu ġejjin mis-soluzzjoni amikevoli jew malli tkun tħallset il-pleġġ legali l-bastiment għandu jiġi rrilaxxat u l-kaptan tiegħu jinħeles.

5.   L-awtorità tal-Unjoni u d-Delegazzjoni għandhom jinżammu infurmati b'kwaluknwe proċediment li jkun inbeda u b'kwalunkwe piena li tkun ġiet imposta.

Kapitolu VI

Koperazzjoni fil-ġlieda kontra s-sajd IUU

1.   Sabiex jissaħħu l-monitoraġġ tas-sajd u l-ġlieda kontra s-sajd IUU, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ser jagħmlu ħilithom biex jirrappurtaw il-preżenza ta' xi bastiment ieħor tas-sajd fl-ilmijiet tas-sajd tal-Gżejjer Cook.

2.   Meta l-kaptan ta' bastiment tas-sajd tal-Unjoni jinnota bastiment tas-sajd iwettaq attivitajiet suspettati li huma attivitajiet tas-sajd IUU, huwa jiġbor kemm jista' jkun informazzjoni dwar dak il-bastiment u dwar l-attività tiegħu x'ħin jilmħu. Ir-rapporti tal-osservazzjonijiet jintbagħtu minnufih lill-awtorità kompetenti tal-Gżejjer Cook u kopja tagħhom tintbagħat liċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd (iċ-ĊMS) tal-Istat tal-bandiera.

3.   L-awtorità tal-Gżejjer Cook ser tibgħat lill-Unjoni, malajr kemm jista' jkun, kull rapport tal-osservazzjoni li jkollha dwar bastimenti tas-sajd li jkunu qed iwettqu attivitajiet suspettati li huma attivitajiet tas-sajd IUU fl-ilmijiet tas-sajd tal-Gżejjer Cook.

Appendiċijiet ta' dan l-Anness

Appendiċi 1 —

Id-dettalji ta' kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti

Appendiċi 2 —

Il-formola tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd

Appendiċi 3 —

Il-folja tal-ġurnal ta' abbord tas-sajd

Appendiċi 4 —

Il-mudelli tal-format ta' komunikazzjoni tar-rapporti

Appendiċi 1

Id-dettalji ta' kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti

Id-dettalji ta' kuntatt tal-UE

1.

L-Awtoritajiet tal-Unjoni

Indirizz

:

Mare B3 — Il-ftehimiet bilaterali u l-kontroll tas-sajd fl-ibħra internazzjonali

Rue Joseph II, 79, 01/079

1049 Brussell

Indirizz tal-posta elettronika

:

mare-b3@ec.europa.eu

Numru tat-telefown

:

(+32) 229 69 493

Numru tal-faks

:

(+32) 229 514 33

2.

L-unità tal-għoti tal-liċenzji tal-Unjoni

Indirizz

:

D4 — L-Unità għall-ġestjoni integrata tad-dejta dwar is-sajd

Rue Joseph II, 99

B-1049 Brussell

Indirizz tal-posta elettronika

:

mare-licences@ec.europa.eu

Numru tat-telefown

:

(+32) 229 91 262

3.

Iċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd (iċ-ĊMS) ta' Spanja

Indirizz

:

Centro de Seguimiento Pesquero

Sección Sistema Localización Buques

Subdirección General de Control e Inspección — Secretaria General de Pesca

C/ Velazquez 147, planta baja. Madrid

Numru tat-telefown

:

(+34) 913 471 559

Indirizz tal-posta elettronika

:

csp@magrama.es

Id-dettalji ta' kuntatt tal-Gżejjer Cook

1.

L-awtorità tas-sajd

Indirizz

:

Ministry of Marine Resources

Avarua, PO Box 85, Rarotonga

Il-Gżejjer Cook

Indirizz tal-posta elettronika

:

rar@mmr.gov.ck

Numru tat-telefown

:

(+682) 29 730

Numru tal-faks

:

(+682) 29 721

2.

L-awtorità tal-għoti tal-liċenzji

Indirizz

:

Ministry of Marine Resources

Avarua, PO Box 85, Rarotonga

Il-Gżejjer Cook

Indirizz tal-posta elettronika

:

licensing@mmr.gov.ck

Numru tat-telefown

:

(+682) 29 730

Numru tal-faks

:

(+682) 29 721

3.

Iċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd (iċ-ĊMS)

Indirizz

:

Ministry of Marine Resources

Avarua, PO Box 85, Rarotonga

Il-Gżejjer Cook

Indirizz tal-posta elettronika

:

a.jones@mmr.gov.ck

Numru tat-telefown

:

(+682) 29 730

Numru tal-faks

:

(+682) 29 721

4.

Il-punt ta' kuntatt tal-Gżejjer Cook

Isem

:

Ben Ponia, is-Segretarju tar-Riżorsi tal-Baħar

Indirizz tal-posta elettronika

:

b.ponia@mmr.gov.ck

Numru tal-mowbajl

:

(+682) 555 24

Appendiċi 2

Image

Test ta 'immaġni

IL-FORMOLA A

IL-GVERN TAL-GŻEJJER COOK

Id-Digriet tal-2005 dwar ir-Riżorsi tal-Baħar

APPLIKAZZJONI GĦAL LIĊENZJA GĦAL BASTIMENT TAS-SAJD

(Ir-Regolament numru 4 tar-Regolamenti tal-2012 dwar ir-Riżorsi tal-Baħar (l-għoti tal-liċenzji marbutin magħhom))

STRUZZJONIJIET:: * Immarka l-kaxxi biċ-ċar bis-sinjal R fejn dan huwa xieraq

* Wieġeb il-mistoqsijiet kollha mogħtija f’din il-formola jew billi tikteb fl-ispazju pprovdut jew billi timmarka t-tweġiba x-xierqa

* Immarka l-kunjom b’sing taħtu.

* L-indirizz ifisser l-indirizz postali sħiħ.

* Agħti l-unitajiet kollha bis-sistema metrika u speċifika jekk tuża unitajiet oħra.

1. Liċenzja għal bastiment tas-sajd tal-Gżejjer Cook Liċenzja għal bastiment tas-sajd ta’ pajjiż ieħor

(jew Liċenzja għal bastiment tas-sajd “lokali/ta’ sidien mill-Gżejjer Cook”) (jew Liċenzja għal bastiment tas-sajd mikri)

2. Dettalji dwar il-bastiment

Isem il-bastiment:

Pajjiż tar-reġistrazzjoni (tal-bandiera):

Sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju:

Numru ta’ reġistrazzjoni tal-Istat tal-bandiera:

DETTALJI TA’ QABEL DWAR IL-BASTIMENT (JEKK INHU APPLIKABBLI)

L-isem ta’ qabel tal-bastiment:

L-aħħar pajjiż tar-reġistrazzjoni (tal-bandiera):

L-aħħar sinjal tas-sejħa bir-radju:

L-aħħar numru ta’ reġistrazzjoni tal-Istat tal-bandiera:

Is-sena meta seħħet il-bidla:

Image

Test ta 'immaġni

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-BASTIMENT

It-tunnellaġġ gross reġistrat (GRT):

It-tul totali:

Il-pajjiż fejn inbena:

Is-sena meta nbena:

Il-materjal tal-buq:

Aluminju

Fibra tal-ħġieġ

Azzar

Injam

Materjal ieħor - jekk jogħġbok speċifika

Id-ditta u l-mudell tal-magna:

Is-saħħa totali tal-magna:

Il-kapaċità totali tal-ġarr ta’ fjuwil:

Il-veloċità nominali (f’mili nawtiċi):

Il-kapaċità totali tal-ħżin:

L-għadd totali ta’ membri tal-ekwipaġġ abbord normalment:

Il-metodi tal-ħżin:

Fis-salmura

Fil-friża jew billi jintużaw il-pajpijiet tal-arja

Fis-silġ

Fl-ilma baħar imkessaħ

Twissija: Wieħed ikun qed jikkommetti reat li għalih jista’ jkollu jħallas multa jekk jagħmel dikjarazzjoni falza, mhix kompluta jew li tqarraq b’ħaddieħor. Jekk l-informazzjoni li tingħata tkun falza, mhix kompluta jew tkun tqarraq b’ħaddieħor, mhix ser tinħareġ liċenzja, jew inkella l-liċenzja li tkun inħarġet abbażi ta’ din l-applikazzjoni titħassar.

IT-TIP TA’ BASTIMENT

Bastiment tas-sajd bil-purse seine li jintuża waħdu

Bastiment tas-sajd bil-konz

Bastiment għall-ġarr tal-ħut

Bastiment tas-sajd bil-purse seine li jintuża fi grupp:

Bastiment tas-sajd bil-qasab u x-xlief

Tip ta’ bastiment ieħor - jekk jogħġbok speċifika:

Vapur li jforni vapuri oħra

Bastiment tat-tkarkir

Dgħajsa tas-sajd bix-xbieki

Dgħajsa tas-sajd bir-rixa

Dgħajsa tat-tiftix

Bastiment tas-sajd għall-ħut tal-qiegħ jew bastiment tas-sajd fil-fond

IL-KERREJ TAL-BASTIMENT/L-OPERATUR TAL-BASTIMENT/SID IL-BASTIMENT/IL-KAPTAN TAL-BASTIMENT

Il-kerrej/l-operatur:

Is-sid:

Isem

Isem

Indirizz

Indirizz

Il-kaptan:

Il-kaptan tas-sajd:

Isem

Isem

Indirizz

Indirizz

Image

Test ta 'immaġni

Iva

Le

1.

Hemm xi proċedimenti għaddejjin kontra sid il-bastiment jew il-kerrej tiegħu skont il-liġijiet dwar il-falliment ta’ xi ġuriżdizzjoni? Jekk twieġeb “Iva” għal din il-mistoqsija, agħti d-dettalji dwar dan (fuq folja separata).

Iva

Le

2.

Il-bastiment qatt kien involut f’xi reat kontra d-Digriet dwar ir-Riżorsi tal-Baħar? Jekk twieġeb “Iva” għal din il-mistoqsija, agħti d-dettalji dwar dan (fuq folja separata).

Iva

Le

3.

Il-bastiment għandu liċenzji tas-sajd validi oħrajn biex jistad f’postijiet oħra f’dan ir-reġjun? Jekk twieġeb “Iva” għal din il-mistoqsija, għid liema kienu l-pajjiżi li ħarġu dawn il-liċenzji u agħti n-numri ta’ dawn il-liċenzji.

Pajjiż

Numru tal-liċenzja

4.

Agħti d-dettalji ta’ kull impriża konġunta jew ta’ kull arranġament kuntrattwali ieħor li jista’ jkun hemm mal-Gvern tal-Gżejjer Cook jew ma’ kull ċittadin tal-Gżejjer Cook b’rabta mal-attivitajiet tas-sajd proposti, hekk li:

a) il-kumpaniji għandhom jibagħtu dikjarazzjoni, separatament jew in solidum, li jkun fiha d-dettalji kollha tal-impriża konġunta bejniethom b’rabta mal-bastimenti tal-kumpanija (ehmeż id-dettalji fuq folja separata);

b) il-kumpaniji għandhom jibagħtu pjan tan-negozju lill-Ministeru tar-Riżorsi tal-Baħar li jkun fih id-dettalji kollha tal-attivitajiet tas-sajd, tal-esportazzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-kumpaniji proposti, fosthom l-ispejjeż previsti u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji (ehmeż id-dettalji fuq folja separata).

Iva

Le

5.

Bħalissa hemm fis-seħħ ftehim dwar l-aċċess bejn il-Gvern tal-Gżejjer Cook u l-gvern tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment skont liema qed issir l-applikazzjoni jew hemm fis-seħħ ftehim bejn il-Gvern tal-Gżejjer Cook u assoċjazzjoni li tirrappreżenta s-sidien jew il-kerrejja barranin tal-bastimenti tas-sajd li fiha huwa membru sid il-bastiment jew il-kerrej tiegħu?

Image

Test ta 'immaġni

DETTALJI TAL-KOMPONENTI TAL-VMS TAL-BASTIMENT LI JUŻAW IT-TEKNOLOĠIJA INMARSAT

Iva

Le

Il-bastiment huwa mgħammar b’komponenti tal-VMS li għandhom approvazzjoni tat-tip tal-VMS tal-FFA? Jekk twieġeb “Iva” għal din il-mistoqsija, agħti d-dettalji dwar dan hawn taħt.

Numru tal-unità mobbli tal-Inmarsat:

Isem min installa s-sistema:

Numru tas-serje tal-unità tal-Inmarsat:

Id-dettalji ta’ kuntatt:

Id-ditta u l-mudell:

Il-verżjoni tas-softwer:

Twissija: Wieħed ikun qed jikkommetti reat li għalih jista’ jkollu jħallas multa jekk jagħmel dikjarazzjoni falza, mhix kompluta jew li tqarraq b’ħaddieħor. Jekk l-informazzjoni li tingħata tkun falza, mhix kompluta jew tkun tqarraq b’ħaddieħor, mhix ser tinħareġ liċenzja, jew inkella l-liċenzja li tkun inħarġet abbażi ta’ din l-applikazzjoni titħassar.

DETTALJI DWAR L-APPLIKANT

Isem:

Immarka kif xieraq:

L-aġent awtorizzat

Indirizz:

Il-kerrej/l-operatur

Is-sid

Numru tat-telefown:

Numru tal-faks:

Indirizz tal-posta elettronika:

Image

Test ta 'immaġni

DIKJARAZZJONI TAL-APPLIKANT

B’dan qed napplika għal liċenzja għall-bastiment tas-sajd (bastiment tas-sajd tal-Gżejjer Cook/bastiment tas-sajd barrani) deskritt hawn fuq. Niddikjara li l-informazzjoni mogħtija hawn fuq hija vera, kompluta u korretta. Nifhem li meta jkun hemm tibdil fl-informazzjoni mogħtija jien obbligat nirrappurtah mill-ewwel lis-Segretarju tar-Riżorsi tal-Baħar fi żmien sebat ijiem u nifhem ukoll li jekk nonqos milli nagħmel dan jista’ jkun li nitħarrek.

L-applikant

Id-data

3. Lista ta’ kontroll tad-dokumenti mehmużin

Mal-applikazzjoni tiegħek ehmeż id-dokumenti li ġejjin:

· Iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tat-tbaħħir tal-Gżejjer Cook

· Iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-FFA

· Il-Ftehim tal-kiri tal-bastiment mingħajr l-ekwipaġġ/il-Ftehim tal-kiri b’rabta mas-sajd

· Ritratti riċenti tal-bastiment u tal-marki u tal-identifikazzjoni tiegħu (ritratti tan-naħa tal-lemin u tan-naħa tax-xellug tal-vapur kollu meta tħares lejn il-pruwa u ritratt tal-poppa li ma jkunx ilhom iktar minn sitt xhur li ttieħdu)

· Il-pjanijiet skematiċi u tal-istivar iċċertifikati (flimkien magħrufin ukoll bħala l-Pjan tal-arranġamenti ġenerali)

· Lista tal-membri tal-ekwipaġġ u d-dettalji tagħhom

· Kopji ta’ kull liċenzja oħra tas-sajd/permess ieħor tas-sajd validu f’żona oħra

Din l-applikazzjoni għandha tintbagħat lis-Segretarju tal-Ministeru tar-Riżorsi tal-Baħar fl-indirizz mogħti hawn taħt u magħha għandha tintbagħat it-tariffa preskritta għall-applikazzjoni.

The Secretary

Ministry of Marine Resources

P.O. Box 85

Avarua

Il-Gżejjer Cook

Numru tat-telefown: (682) 28721

Numru tal-faks: (682) 29721

Twissija: Wieħed ikun qed jikkommetti reat li għalih jista’ jkollu jħallas multa jekk jagħmel dikjarazzjoni falza, mhix kompluta jew li tqarraq b’ħaddieħor. Jekk l-informazzjoni li tingħata tkun falza, mhix kompluta jew tkun tqarraq b’ħaddieħor, mhix ser tinħareġ liċenzja, jew inkella l-liċenzja li tkun inħarġet abbażi ta’ din l-applikazzjoni titħassar.

Appendiċi 3

Image

Test ta 'immaġni

REVISED: MARCH 2014 SPC / FFA REGIONAL PURSE-SEINE LOGSHEET PAGE OF

NAME OF VESSEL

FISHING PERMIT OR LICENCE NUMBER(S)

YEAR

TRIP No. THIS YEAR

NAME OF FISHING COMPANY

FFA VESSEL REGISTER NUMBER

NAME OF AGENT IN PORT OF UNLOADING

PORT OF DEPARTURE

PLACE OF UNLOADING

COUNTRY OF REGISTRATION

UNIQUE VESSEL IDENTIFICATION (UVI)

·

ALL DATES AND TIMES MUST BE IN NAUTICAL TIME

·

RECORD SMALL AND LARGE YELLOWFIN AND BIGEYE SEPARATELY

DATE AND TIME OF DEPARTURE

DATE AND TIME OF ARRIVAL IN PORT

REGISTRATION NUMBER IN COUNTRY OF REGISTRATION

INTERNATIONAL RADIO CALLSIGN

AMOUNT OF FISH ONBOARD AT START OF TRIP

AMT OF FISH ONBOARD AFTER UNLOADING

MONTH

DAY

ACTIVITY CODE

NAUTICAL NOON TIME OR SET POSITION

SCHOOL ASSOC CODE

START OF SET TIME

END OF SET TIME

RETAINED CATCH (METRIC TONNES)

DISCARDS

LATITUDE

DDMM.MMM

N

S

LONGITUDE

DDDMM.MMM

E

W

SKIPJACK

YELLOW FIN

BIGEYE

OTHER SPECIES

WELL NUMBERS

TUNA SPECIES

OTHER SPECIES

Small

≼ 9 kgs

Large

≽ 9 kgs

Small

≼ 9 kgs

Large

≽ 9 kgs

NAME

METRIC TONNES

NAME

METRIC TONNES

CODE

NAME

NUMBER

METRIC TONNES

PAGE TOTAL

ACTIVITY CODES

·

RECORD ALL SETS

·

IF NO FISHING SET MADE IN A DAY, RECORD THE MAIN ACTIVITY FOR THAT DAY

1 FISHING SET

2 SEARCHING

3 TRANSIT

4 NO FISHING — BREAKDOWN

5 NO FISHING — BAD WEATHER

6 IN PORT — PLEASE SPECIFY

7 NET CLEANING SET

10 DEPLOYING OR RETREIVINGRAFTS, FADS OR PAYAOS

SCHOOL ASSOCIATION CODES

1 UNASSOCIATED

2 FEEDING ON BAITFISH

3 DRIFTING LOG, DEBRIS OR DEAD ANIMAL

4 DRIFTING RAFT, FAD OR PAYAO

5 ANCHORED RAFT, FAD OR PAYAO

TUNA DISCARD CODES

1 FISH DAMAGED / UNFIT FOR CONSUMPTION

2 VESSEL FULLY LOADED

3 GEAR FAILURE

TRIP TOTAL

UNLOADINGS TO CANNERY, COLD STORAGE, CARRIER OR OTHER VESSEL

START DATE

END DATE

CANNERY OR VESSEL DESTINATION

INTL RADIO CALL SIGN

SKIPJACK

YELLOW FIN

BIGEYE

MIXED

OTHERS

REJECTS

NAME OF CAPTAIN

SIGNATURE OF CAPTAIN

DATE

Appendiċi 4

Il-mudelli tal-format ta' komunikazzjoni tar-rapporti

1.   Ir-rapport tad-dħul (COE) (1)

Kontenut

Trażmissjoni

Destinazzjoni tal-messaġġ

 

Kodiċi tal-azzjoni

COE

Isem il-bastiment

 

IRCS

 

Pożizzjoni tad-dħul

Il-latitudni/il-lonġitudni

Data u ħin tad-dħul (f'UTC)

JJ/XX/SSSS — SS:MM

Kwantità ta' ħut abbord (f'tunnellati) imqassam skont l-ispeċi:

 

Tonn isfar (YFT)

(f'tunnellati)

Tonn obeż (BET)

(f'tunnellati)

Palamit (SKJ)

(f'tunnellati)

Tip ta' ħut ieħor (speċifika liema hu)

(f'tunnellati)

2.   Ir-rapport tal-ħruġ (COX) (2)

Kontenut

Trażmissjoni

Destinazzjoni tal-messaġġ

 

Kodiċi tal-azzjoni

COX

Isem il-bastiment

 

IRCS

 

Pożizzjoni tal-ħruġ

Il-latitudni/il-lonġitudni

Data u ħin tal-ħruġ (f'UTC)

JJ/XX/SSSS — SS:MM

Kwantità ta' ħut abbord (f'tunnellati) imqassam skont l-ispeċi:

 

Tonn isfar (YFT)

(f'tunnellati)

Tonn obeż (BET)

(f'tunnellati)

Palamit (SKJ)

(f'tunnellati)

Tip ta' ħut ieħor (speċifika liema hu)

(f'tunnellati)

3.   Format tar-rapport tal-qabdiet (CAT) ladarba l-bastiment ikun jinsab fiż-żoni tas-sajd fl-ilmijiet tal-Gżejjer Cook (3)

Kontenut

Trażmissjoni

Destinazzjoni tal-messaġġ

 

Kodiċi tal-azzjoni

CAT

Isem il-bastiment

 

IRCS

 

Data u ħin tar-rapport (f'UTC)

JJ/XX/SSSS — SS:MM

Kwantità ta' ħut abbord (f'tunnellati) imqassam skont l-ispeċi:

 

Tonn isfar (YFT)

(f'tunnellati)

Tonn obeż (BET)

(f'tunnellati)

Palamit (SKJ)

(f'tunnellati)

Tip ta' ħut ieħor (speċifika liema hu)

(f'tunnellati)

Għadd ta' kalati li ntefgħu mill-aħħar rapport 'l hawn:

 

4.   Ir-rapporti kollha għandhom jintbagħtu lill-awtorità kompetenti permezz tad-dettalji ta' kuntatt li ġejjin:

(a)

Indirizz tal-posta elettronika: a.jones@mmr.gov.ck

(b)

Numru tal-faks: (+682) 29721


(1)  Dan jintbagħat erbgħa u għoxrin (24) siegħa qabel ma l-bastiment jidħol fiż-żoni tas-sajd li jkunu jinsabu fl-ilmijiet tas-sajd tal-Gżejjer Cook.

(2)  Dan jintbagħat erbgħa u għoxrin (24) siegħa qabel ma l-bastiment joħroġ miż-żoni tas-sajd li jkunu jinsabu fl-ilmijiet tas-sajd tal-Gżejjer Cook.

(3)  Dan jintbagħat kull ġimgħa wara li l-bastiment jidħol fiż-żoni tas-sajd li jkunu jinsabu fl-ilmijiet tas-sajd tal-Gżejjer Cook.


Top