Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0196

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 196/2012 tas- 26 ta’ Ottubru 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

    ĠU L 21, 24.1.2013, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/196(2)/oj

    24.1.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 21/44


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 196/2012

    tas-26 ta’ Ottubru 2012

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/11/UE tas-7 ta’ Jannar 2010 dwar ir-rekwiżiti ta’ sikurezza li għandhom jiġu sodisfatti mill-istandards Ewropej għal apparati tal-illokkjar għal twieqi u bibien ta’ gallariji li ma jistgħux jinfetħu mit-tfal u mmuntati mill-konsumatur skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/376/UE tat-2 ta’ Lulju 2010 dwar ir-rekwiżiti ta’ sikurezza li għandhom jiġu sodisfatti mill-istandards Ewropej għal ċerti prodotti fl-ambjent tal-irqad għat-tfal skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

    (3)

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/48/UE tas-26 ta’ Jannar 2012 li ġġedded il-validità tad-Deċiżjoni 2009/251/KE li titlob lill-Istati Membri jiżguraw li prodotti li fihom il-bijoċidju dimetilfumarat ma jitqegħdux fis-suq jew ikunu disponibbli fih (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

    (4)

    Għalhekk, l-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Kapitolu XIX tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 3n (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/251/KE):

    “—

    32012 D 0048: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/48/UE tas-26 ta’ Jannar 2012 (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 35).”

    2.

    Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 3n (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/251/KE):

    “3o.

    32010 D 0011: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/11/UE tas-7 ta’ Jannar 2010 dwar ir-rekwiżiti ta’ sikurezza li għandhom jiġu sodisfatti mill-istandards Ewropej għal apparati tal-illokkjar għal twieqi u bibien ta’ gallariji li ma jistgħux jinfetħu mit-tfal u mmuntati mill-konsumatur skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 4, 8.1.2010, p. 91).

    3p.

    32010 D 0376: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/376/UE tat-2 ta’ Lulju 2010 dwar ir-rekwiżiti ta’ sikurezza li għandhom jiġu sodisfatti mill-istandards Ewropej għal ċerti prodotti fl-ambjent tal-irqad għat-tfal skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 170, 6.7.2010, p. 39).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Deċiżjonijiet 2010/11/UE, 2010/376/UE u tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/48/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għal Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2012, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’, u fis-Suppliment taż-ŻEE għal, Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2012.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Atle LEIKVOLL


    (1)  ĠU L 4, 8.1.2010, p. 91.

    (2)  ĠU L 170, 6.7.2010, p. 39.

    (3)  ĠU L 26, 28.1.2012, p. 35.

    (*)  Ma huma indikati ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


    Top