Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22008D0108

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 108/2008 tas- 26 ta’ Settembru 2008 li temenda l-Anness XXI (l-Istatistika) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 309, 20.11.2008, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/108/oj

    20.11.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 309/37


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 108/2008

    tas-26 ta’ Settembru 2008

    li temenda l-Anness XXI (l-Istatistika) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 92/2008 ta’-4 ta’ Lulju 2008 (1).

    (2)

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 364/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-format tekniku għat-trażmissjoni tal-istatistika tal-affiljati barranin u d-derogi li jridu jingħataw l-Istati Membri (2) għandu jiġi mdaħħal fil-Ftehim.

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej għandu jkun inkluż wara l-punt 19x (ir-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XXI għall-Ftehim:

    “19xa.

    32008 R 0364: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 364/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-format tekniku għat-trażmissjoni tal-istatistika tal-affiljati barranin u d-derogi li jridu jingħataw l-Istati Membri (ĠU L 112, 24.4.2008, p.14).

    Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

    Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-Anness III ‘DEROGI’:

    ‘Stat Membru

    Modulu tal-istatistika interna dwar l-affiljati barranin

    Modulu tal-istatistika interna dwar l-affiljati barranin

    In-Norveġja

    Eżenzjoni mit-tqassim tal-attività Ir-Rev. 1 tan-NACE Taqsima J għas-snin ta’ referenza 2007-2010

    Deroga sħiħa għas-snin ta’ referenza 2007-2008’”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (KE) Nru 364/2008 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-27 ta’ Settembru 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*)

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima u fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2008.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


    (1)  ĠU L 280, 23.10.2008, p. 32.

    (2)  ĠU L 112, 24.4.2008, p. 14.

    (*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


    Top