Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22008D0106

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 106/2008 tas- 26 ta’ Settembru 2008 li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 309, 20.11.2008, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/106/oj

    20.11.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 309/33


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 106/2008

    tas-26 ta’ Settembru 2008

    li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 89/2008 tal-4 ta’ Lulju 2008 (1).

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/276/KE tas-17 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2005/338/KE sabiex tiġi estiża l-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-konċessjoni tal-eko-tikketta Komunitarja lis-servizz għal post ta’ kampeġġ (2) għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim.

    (3)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/277/KE tas-26 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2005/405/KE sabiex tiġi estiża l-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-konċessjoni tal-eko-tikketta Komunitarja lill-prodotti tal-karta fina (3) għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim.

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-Anness XX tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

    (1)

    L-inċiż li ġej irid jkun miżjud mal-punt 2i (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/405/KE):

    “—

    32008 D 0277: Ir-Regolament tal-Kummissjoni 2008/277/KE tas-26 ta’ Marzu 2008 (ĠU L 87, 29.3.2008, p. 14).”

    (2)

    Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 2p (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/338/KE):

    “, kif emendat b’li ġej:

    32008 D 0276: Ir-Regolament tal-Kummissjoni 2008/276/KE tas-17 ta’ Marzu 2008 (ĠU L 87, 29.3.2008, p. 12).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Deċiżjonijiet 2008/276/KE u 2008/277/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-27 ta’ Settembru 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima u fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2008.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


    (1)  ĠU L 280, 23.10.2008, p. 27.

    (2)  ĠU L 87, 29.3.2008, p. 12.

    (3)  ĠU L 87, 29.3.2008, p. 14.

    (*)  M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


    Top