This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22008D0105
Decision of the EEA Joint Committee No 105/2008 of 26 September 2008 amending Annex XVIII (Health and safety at work, labour law, and equal treatment for men and women) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 105/2008 tas- 26 ta' Settembru 2008 li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġi tax-xogħol u t-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 105/2008 tas- 26 ta' Settembru 2008 li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġi tax-xogħol u t-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
ĠU L 309, 20.11.2008, p. 31–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
20.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 309/31 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 105/2008
tas-26 ta' Settembru 2008
li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġi tax-xogħol u t-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness XVIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 33/2008 tal-14 ta' Marzu 2008 (1). |
(2) |
Id-Direttiva 2007/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 li temenda d-Direttiva 89/391/KEE tal-Kunsill, id-Direttivi partikulari tagħha kif ukoll id-Direttivi tal-Kunsill 83/447/KEE, 91/383/KEE, 92/29/KEE u 94/33/KE, bil-ħsieb li jiġu simplifikati u razzjonalizzati r-rapporti dwar l-implimentazzjoni prattika (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness XVIII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) |
Dan l-inċiż se jiġi miżjud f'punti 5 (id-Direttiva tal-Kunsill 83/477/ŻEE u 10 (id-Direttiva tal-Kunsill 89/655/KEE):
|
(2) |
Dawn li ġejjin għandhom jiġu miżjuda mal-punti 8 (id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE), 9 (id-Direttiva tal-Kunsill 89/654/KEE), 11 (id-Direttiva tal-Kunsill 89/656/KEE), 12 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/269/KEE), 13 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/270/KEE), 16 (id-Direttiva tal-Kunsill 91/383/KEE), 16a (id-Direttiva tal-Kunsill 92/29/KEE), 16b (id-Direttiva tal-Kunsill 92/57/KEE), 16c (id-Direttiva tal-Kunsill 92/58/KEE), 16d (id-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE), 16e (id-Direttiva tal-Kunsill 92/91/KEE), 16f (id-Direttiva tal-Kunsill 92/104/KEE), 16g (id-Direttiva tal-Kunsill 93/103/KE), 16h (id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE), 16i (id-Direttiva 1999/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 16ja (id-Direttiva 2002/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 16jb (id-Direttiva 2003/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 16jc (id-Direttiva 2004/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 16je (id-Direttiva 2006/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u 29 (id-Direttiva tal-Kunsill 94/33/KE): “, kif emendat b'li ġej:
|
Artikolu 2
It-testi tad-Direttiva 2007/30/KE fl-ilsien Islandiż u f’dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-27 ta' Settembru 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima u fis-Suppliment taż-ŻEE ma' Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2008.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN
(1) ĠU L 182, 10.7.2008, p. 30.
(2) ĠU L 165, 27.6.2007, p. 21.
(*) M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.