Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22008D0103

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 103/2008 tas- 26 ta' Settembru 2008 li temenda l-Anness VI (is-Sigurtà Soċjali) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 309, 20.11.2008, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2011; Impliċitament imħassar minn 22011D0076

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/103/oj

20.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 309/29


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 103/2008

tas-26 ta' Settembru 2008

li temenda l-Anness VI (is-Sigurtà Soċjali) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn il-quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness VI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 159/2007 tas-7 ta' Diċembru 2007 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva tal-Komunitajiet Ewropej dwar is-Sigurtà Soċjali għall-ħaddiema Migranti Nru 207 tas-7 ta' April 2006 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 76 u l-Artikolu 79 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 dwar id-duplikazzjoni tal-benefiċċji u allowances tal-familji (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 3.81 (id-Deċiżjoni Nru 205) tal-Anness VI tal-Ftehim:

“3.82.

32006 D 0442: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva tal-Komunitajiet Ewropej dwar is-Sigurtà Soċjali għall-ħaddiema Migranti Nru 207 tas-7 ta' April 2006 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 76 u l-Artikolu 79(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 dwar id-duplikazzjoni tal-benefiċċji u allowances tal-familji (ĠU L 175, 29.6.2006, p. 83).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni Nru 207 fl-ilsien Iżlandiż u f’dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-27 ta' Settembru 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima u fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)  ĠU L 124, 8.5.2008, p. 24.

(2)  ĠU L 175, 29.6.2006, p. 83.

(*)  M’huma ndikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top