Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22008D0098

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 98/2008 tas- 26 ta' Settembru 2008 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 309, 20.11.2008, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/98/oj

    20.11.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 309/19


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 98/2008

    tas-26 ta' Settembru 2008

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 62/2008 tas-6 ta' Ġunju 2008 (1).

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 109/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1924/2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (3)

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/17/KE tad-19 ta’ Frar 2008 li temenda ċerti Annessi għad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi tar-residwi għall-acephate, acetamiprid, acibenzolar-S-methyl, aldrin, benalaxyl, benomyl, carbendazim, chlormequat, chlorothalonil, chlorpyrifos, clofentezine, cyfluthrin, cypermethrin, cyromazine, dieldrin, dimethoate, dithiocarbamates, esfenvalerate, famoxadone, fenhexamid, fenitrothion, fenvalerate, glyphosate, indoxacarb, lambda-cyhalothrin, mepanipyrim, metalaxyl-M, methidathion, methoxyfenozide, pymetrozine, pyraclostrobin pyrimethanil, spiroxamine, thiacloprid, thiophanate-methyl u trifloxystrobin (3) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

    (4)

    Din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal Liechtenstein,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Kapitolu XII tal-Anness II għall-Ftehim se jiġi emedat kif ġej:

    (1)

    L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud ma' punti 38 (Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE), 39 (Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE) u 54 (Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE):

    “—

    32008 L 0017: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/17/KE tad-19 ta' Frar 2008 (ĠU L 50, 23.2.2008, p. 17).”

    (2)

    Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 54zzzt (Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

    “, kif emendat b'li ġej:

    32008 R 0109: Ir-Regolament (KE) Nru 109/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 (ĠU L 39, 13.2.2008. p. 14).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (KE) Nru 109/2008 u d-Direttiva 2008/17/KE fil-lingwa Iżlandiża u Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-27 ta' Settembru 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2008.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


    (1)  ĠU L 257, 25.9.2008, p. 23.

    (2)  ĠU L 39, 13.2.2008, p. 14.

    (3)  ĠU L 50, 23.2.2008, p. 17.

    (*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


    Top