This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 12012JN06
Act concerning the conditions of accession of the Republic of Croatia and the adjustments to the Treaty on European Union, the Treaty on the Functioning of the European Union and the Treaty establishing the European Atomic Energy Community- ANNEX VI Rural development (referred to in Article 35(2) of the Act of Accession)
Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika- ANNESS VI Żvilupp rurali (imsemmi fl-Artikolu 35 (2) tal-Att tal-Adeżjoni)
Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika- ANNESS VI Żvilupp rurali (imsemmi fl-Artikolu 35 (2) tal-Att tal-Adeżjoni)
ĠU L 112, 24.4.2012, p. 87–88
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 300, 9.11.2013, p. 88–89
(HR)
In force
24.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 112/6 |
ANNESS VI
Żvilupp rurali (imsemmi fl-Artikolu 35 (2) tal-Att tal-Adeżjoni)
MIŻURI ADDIZZJONALI TEMPORANJI DWAR L-IŻVILUPP RURALI GĦALL-KROAZJA
A. Appoġġ għall-azjendi agrikoli ta' semisussistenza taħt ristrutturazzjoni
Fil-qafas leġislattiv dwar l-iżvilupp rurali għall-perijodu ta' programmazzjoni 2014-2020, fir-rigward tal-Kroazja, għandu jingħata appoġġ speċjali għall-azjendi agrikoli ta' semisussistenza, skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 34 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, għal bdiewa fir-rigward ta' applikazzjonijiet approvati sal-31 ta' Diċembru 2017, dment li ma jkunux previsti miżuri u/jew appoġġ ġenerali simili fir-regolament l-ġdid dwar l-iżvilupp rurali għall-perijodu ta' programmazzjoni 2014-2020.
B. Gruppi ta' produtturi
Fil-qafas leġislattiv dwar l-iżvilupp rurali għall-perijodu ta' programmazzjoni 2014-2020, fir-rigward tal-Kroazja, għandu jingħata appoġġ speċjali biex jiġu ffaċilitati l-istabbiliment u l-operat amministrattiv tal-gruppi ta' produtturi, skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 35 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, għal gruppi ta' produtturi li huma rikonoxxuti uffiċjalment mill-awtorità kompetenti tal-Kroazja sal-31 ta' Diċembru 2017, dment li ma jkunux previsti miżuri u/jew appoġġ ġenerali simili fir-regolament l-ġdid dwar l-iżvilupp rurali għall-perijodu ta' programmazzjoni 2014-2020.
C. Leader
Fil-qafas leġislattiv tal-iżvilupp rurali għall-perijodu ta' programmazzjoni 2014-2020, fir-rigward tal-Kroazja, il-kontribuzzjoni minima mill-FAEŻR għall-programm ta' żvilupp rurali għal Leader għandha tkun stabbilita medjament f'livell li huwa mill-anqas nofs il-perċentwali tal-baġit li għandu jkun applikabbli għall-Istati Membri l-oħrajn, jekk jiġi stabbilit dan ir-rekwiżit.
D. Supplimenti għall-pagamenti diretti
1. |
Jista' jingħata appoġġ lil bdiewa li huma eliġibbli għal pagamenti jew għajnuniet diretti nazzjonali komplementari skont l-Artikolu 132 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009. |
2. |
L-appoġġ mogħti lil bidwi fir-rigward tas-snin 2014, 2015 u 2016 ma għandux jeċċedi d-differenza bejn:
|
3. |
Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-appoġġ mogħti taħt din subsezzjoni D fil-Kroazja fir-rigward tas-snin 2014, 2015 u 2016 ma għandhiex teċċedi l-20 % tal-allokazzjoni annwali rispettiva tagħha taħt il-FAEŻR. |
4. |
Ir-rata ta' kontribuzzjoni tal-Unjoni għas-supplimenti għall-pagamenti diretti ma għandhiex teċċedi 80 %. |
E. Strument għall-assistenza ta' qabel l-adeżjoni - Żvilupp rurali
1. |
Il-Kroazja tista' tkompli tintrabat f'kuntratti jew tidħol f'impenji taħt il-programm IPARD skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 718/2007 tat-12 ta' Ġunju 2007 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 li jistabbilixxi strument għall-assistenza ta' qabel l-adeżjoni (IPA) (1) sa ma tibda tintrabat f'kuntratti jew tidħol f'impenji skont ir-Regolament rilevanti dwar l-iżvilupp rurali. Il-Kroazja għandha tinforma lill-Kummissjoni bid-data li fiha tibda tintrabat f'kuntratti jew tidħol f'impenji skont ir-Regolament rilevanti dwar l-iżvilupp rurali. |
2. |
Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri meħtieġa għal dan il-għan f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 182/2011. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-IPA msemmi fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006. |
F. Evalwazzjoni ex post tal-IPARD
Fil-qafas leġislattiv dwar l-iżvilupp rurali għall-perijodu ta' programmazzjoni 2014-2020, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-programm tal-IPARD għall-Kroazja, l-infiq relatat mal-evalwazzjoni ex post tal-programm tal-IPARD previst fl-Artikolu 191 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 718/2007 jista' jkun eliġibbli taħt l-assistenza teknika.
G. Modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli
Fil-qafas leġislattiv dwar l-iżvilupp rurali għall-perijodu ta' programmazzjoni 2014-2020, fir-rigward tal-Kroazja, l-intensità massima ta' għajnuna għall-modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli għandha tkun ta' 75% tal-ammont ta' investiment eliġibbli għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (2), fi ħdan perijodu massimu ta' erba' snin mid-data tal-adeżjoni skont l-Artikoli 3(2) u 5(1) ta' dik id-Direttiva.
H. Żamma ta' standards
Fil-qafas leġislattiv dwar l-iżvilupp rurali għall-perijodu ta' programmazzjoni 2014-2020, fir-rigward tal-Kroazja, ir-rekwiżiti amministrattivi statutorji msemmija fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 applikabbli f'dak il-perijodu ta' programmazzjoni għandhom jiġu rispettati skont l-iskeda ta' żmien li ġejja: ir-rekwiżiti msemmija fil-Punt A tal-Anness II għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2014; ir-rekwiżiti msemmija fil-Punt B tal-Anness II għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2016; u r-rekwiżiti msemmija fil-punt C tal-Anness II għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2018.
(1) ĠU L 170, 29.6.2007, p. 1.
(2) ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1.