Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12012J030

    Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika - Artikolu 30

    ĠU L 112, 24.4.2012, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 300, 9.11.2013, p. 30–30 (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/acc_2012/act_1/art_30/sign

    24.4.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 112/6


    ATT

    dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

    IR-RABA’ PARTI

    DISPOŻIZZJONIJIET TEMPORANJI

    TITOLU III

    DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

    Artikolu 30

    1.   Għall-ewwel sena wara l-adeżjoni, l-Unjoni għandha tipprovdi lill-Kroazja b’assistenza finanzjarja temporanja (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“Faċilità ta’ Transizzjoni”) sabiex tiżviluppa u ssaħħaħ il-kapaċità amministrattiva u ġudizzjarja tagħha biex timplimenta u tinforza l-liġi tal-Unjoni u biex tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattiki fost il-pari. Dik l-assistenza għandha tiffinanzja proġetti ta’ bini ta’ istituzzjonijiet u investimenti limitati u fuq skala żgħira li jkunu anċillari għalihom.

    2.   L-assistenza għandha tindirizza l-ħtieġa kontinwa għat-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali f’ċerti oqsma permezz ta’ azzjoni li ma tistax tiġi ffinanzjata mill-Fondi Strutturali jew mill-Fondi għall-Iżvilupp Rurali.

    3.   Għal proġetti ta’ ġemellaġġ bejn amministrazzjonijiet pubbliċi għall-finijiet ta’ bini ta’ istituzzjonijiet, għandha tkompli tapplika l-proċedura tas-sejħa għal proposti permezz tan-netwerk ta’ punti ta’ kuntatt fl-Istati Membri.

    4.   L-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-Faċilità ta’ Transizzjoni, bil-prezzijiet attwali, għall-Kroazja għandhom ikunu ta’ total ta’ EUR 29 miljun fl-2013 biex jiġu indirizzati l-prijoritajiet nazzjonali u orizzontali.

    5.   L-assistenza taħt il-Faċilità ta’ Transizzjoni għandha tiġi deċiża u implimentata f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 jew abbażi ta’ dispożizzjonijiet tekniċi oħra meħtieġa għat-tħaddim tal-Faċilità ta’ Transizzjoni, li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni.

    6.   Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex tiġi żgurata komplementarjetà adatta mal-appoġġ previst mill-Fond Soċjali Ewropew għar-riforma amministrattiva u l-kapaċità istituzzjonali.


    Top