EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12012J028

Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika - Artikolu 28

ĠU L 112, 24.4.2012, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 300, 9.11.2013, p. 29–30 (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/acc_2012/act_1/art_28/sign

24.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 112/6


ATT

dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

IR-RABA’ PARTI

DISPOŻIZZJONIJIET TEMPORANJI

TITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

Artikolu 28

1.   Il-Kroazja għandha tħallas l-ammont li ġej lill-Fond ta’ Riċerka għall-Faħam u l-Azzar imsemmi fid-Deċiżjoni 2002/234/KEFA tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, fis-27 ta’ Frar 2002 fuq il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar (1):

(EUR, prezzijiet attwali)

Kroazja

494 000.

2.   Il-kontribuzzjoni għall-Fond ta’ Ricerka għall-Faħam u l-Azzar għandha ssir f’erba’ pagamenti li jibdew fl-2015 u għandha titħallas kif ġej, f’kull każ fl-ewwel jum ta’ xogħol tal-ewwel xahar ta’ kull sena:

2015: 15 %,

2016: 20 %,

2017: 30 %,

2018: 35 %.


(1)  ĠU L 79, 22.3.2002, p. 42.


Top