Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12004V271

    Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU III - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI - KAPITOLU IV - ŻONA TA' LIBERTÀ, SIGURTÀ U ĠUSTIZZJA - Sezzjoni 4 - Koperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali - Artikolu III-271

    ĠU C 310, 16.12.2004, p. 119–120 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/tcons_2004/art_271/oj

    12004V271

    Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU III - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI - KAPITOLU IV - ŻONA TA' LIBERTÀ, SIGURTÀ U ĠUSTIZZJA - Sezzjoni 4 - Koperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali - Artikolu III-271

    Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0119 - 0120


    Artikolu III-271

    1. Liġi kwadru Ewropea tista' tistabbilixxi regoli minimi dwar id-definizjoni ta' reati kriminali u ta' sanzjonijiet fiż-żoni ta' kriminalità partikolarment serji b'dimensjonijiet trans-konfini li jirriżultaw minn natura jew mill-impatt ta' dawn ir-reati jew minn ħtieġa speċjali li jiġu kumbattuti fuq bażi komuni.

    Dawn l-oqsma ta' kriminalità huma li ġejjin: it-terroriżmu, t-traffikar ta' bnedmin u l-isfruttament sesswali ta' nisa u tfal, it-traffikar illeċitu ta' droga, t-traffiku illeċitu ta' armi, l-money laundering, il-korruzzjoni, l-falsifikazzjoni ta' mezzi ta' ħlas, il-kriminalità fl-informatika u kriminalità organizzata.

    Fuq bażi ta' l-iżviluppi fil-kriminalità, il-Kunsill jista' jadotta deċiżjoni Ewropea li tidentifika oqsma oħra ta' kriminalità li jissodisfaw il-kriterji indikati f'dan il-paragrafu. Għandu jaġixxi b'mod unanimu wara li jkollu l-kunsens tal-Parlament Ewropew.

    2. Jekk jidher li l-approssimazzjoni tad-disposizzjonijiet leġislattivi u regolatorji ta' l-Istat Membru fil-qasam kriminali tkun indispensabbli sabiex tiġi assigurata l-implimentazzjoni effettiva ta' politika ta' l-Unjoni f'qasam li kien soġġett għall-miżuri ta' armonizzazzjoni, liġi kwadru Ewropea tista' tistabbilixxi regoli minimi fir-rigward tad-definizjoni ta' reati kriminali u ta' sanzjonijiet fil-qasam konċernat. Din il-liġi kwadru għandha tiġi adottata bl-istess proċedura li kienet użata għall-adozzjoni tal-miżuri ta' armonizzazzjoni in kwistjoni, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu III-264.

    3. Fejn membru tal-Kunsill jikkunsidra li abbozz ta' liġi kwadru Ewropea kif previst fil-paragrafu 2 jolqot xi aspetti fundamentali tas-sistema tal-ġustizzja kriminali tiegħu, jista' jitlob li l-abbozz tal-liġi kwadru jiġi mressaq quddiem il-Kunsill Ewropew. F'dan il-każ, il-proċedura prevista fl-Artikolu III-396 għandha tiġi sospiża. Wara diskussjoni, l-Kunsill Ewropew għandu, fi żmien 4 xhur minn din is-suspensjoni:

    a) jirreferi lura l-abbozz lill-Kunsill, li għandu jwaqqaf is-sospensjoni tal-proċedura prevista fl-Artikolu III-396 jekk applikabbli, jew

    b) jitlob lill-Kummissjoni jew lill-grupp ta' Stati Membri li jkunu taw bidu għall-abbozz, biex iressqu wieħed ġdid; f'dak il-każ, l-att li kien propost oriġinarjament għandu jitqies li ma jkunx ġie adottat.

    4. Jekk, sa l-aħħar tal-perijodu previst fil-paragrafu 3, il-Kunsill Ewropew ma jkunx aġixxa jew ma tkunx ittieħdet azzjoni mill-Kunsill Ewropew jew inkella jekk, fi żmien 12-il xahar wara li jkun ġie mressaq abbozz ġdid taħt il-paragrafu 3(b), il-liġi kwadru Ewropea ma tkunx ġiet adottata, u mill-inqas terz ta' l-Istati Membri jixtiequ jistabbilixxu koperazzjoni msaħħa fuq bażi ta' l-abbozz tal-liġi kwadru konċernat, huma għandhom jinnotifikaw lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni b'dan.

    F'dan il-każ, l-awtorizzazzjoni biex jipproċedu bil-koperazzjoni msaħħa prevista fl-Artikoli I-44(2) u III-419(1) għandha titqies li ngħatat u d-disposizzjonijiet dwar koperazzjoni msaħħa għandhom japplikaw.

    --------------------------------------------------

    Top