Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12004V167

    Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU III - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI - KAPITOLU I - SUQ INTERN - Sezzjoni 5 - Regoli dwar il-kompetizzjoni - Subsezzjoni 2 - Għajnuniet mill-Istati Membri - Artikolu III-167

    ĠU C 310, 16.12.2004, p. 71–72 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/tcons_2004/art_167/oj

    12004V167

    Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU III - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI - KAPITOLU I - SUQ INTERN - Sezzjoni 5 - Regoli dwar il-kompetizzjoni - Subsezzjoni 2 - Għajnuniet mill-Istati Membri - Artikolu III-167

    Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0071 - 0072


    Artikolu III-167

    1. Salv kif provdut xort'oħra fil-Kostituzzjoni, kull għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi ta' l-Istat fi kwalunkwe forma li twassal għal distorsjoni jew thedded li twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerta merkanzija għandha, sa fejn tolqot l-kummerċ bejn Stati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.

    2. Dawn li ġejjin għandhom ikunu kompatibbli mas-suq intern:

    a) għajnuna li jkollha karattru soċjali, mogħtija lil konsumaturi individwali, sakemm dik l-għajnuna tingħata mingħajr diskriminazzjoni relatata ma' l-oriġini tal-prodotti konċernati;

    b) għajnuna biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali jew ġrajjiet eċċezzjonali;

    ċ) għajnuna mogħtija lill-ekonomija ta' ċerti żoni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja milquta mid-diviżjoni tal-Ġermanja, sa fejn din l-għajnuna hija meħtieġa sabiex tikkumpensa għall-iżvantaġġi ekonomiċi kkawżati minn dik id-diviżjoni. Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa, l-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jadotta deċiżjoni Ewropea li tħassar dan il-punt.

    3. Dawn li ġejjin jistgħu jiġu kkunsidrati kompatibbli mas-suq intern:

    a) għajnuna biex tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku ta' żoni fejn il-livell ta' għixien hu baxx b'mod anormali jew fejn ikun hemm nuqqas serju ta' impjiegi, u ta' reġjuni previsti fl-Artikolu III-424, minħabba s-sitwazzjoni strutturali, ekonomika u soċjali tagħhom;

    b) għajununa biex tippromwovi l-eżekuzzjoni ta' proġett importanti ta' interess komuni Ewropew jew biex tirrimedja disturbi serji fl-ekonomija ta' Stat Membru;

    ċ) għajnuna biex tiffaċilita l-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta' ċerti reġjuni ekonomiċi, meta din l-għajnuna ma tolqotx il-kondizzjonijiet tal-kummerċ tant li jkollha effett kuntrarju għall-interess komuni;

    d) għajnuna biex tippromwovi l-kultura u l-konservazzjoni tal-patrimonju meta din l-għajnuna ma tolqotx kondizzjonijiet ta' kummerċ u kompetizzjoni fl-Unjoni tant li jkollha effett kuntrarju għall-interess komuni;

    e) kategoriji oħra ta' għajnuna bħal dawn li jistgħu jiġu speċifikati minn regolamenti jew minn deċiżjonijiet Ewropej adottati mill-Kunsill tal-Ministri fuq proposta mill-Kummissjoni.

    --------------------------------------------------

    Top