Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12004V094

    Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI II - IL-KARTA TAD-DRITTIJIET FUNDAMENTALI TA' L-UNJONI - TITOLU IV - SOLIDARJETÀ - Artikolu II-94

    ĠU C 310, 16.12.2004, p. 48–49 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/tcons_2004/art_94/oj

    12004V094

    Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI II - IL-KARTA TAD-DRITTIJIET FUNDAMENTALI TA' L-UNJONI - TITOLU IV - SOLIDARJETÀ - Artikolu II-94

    Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0048 - 0049


    Artikolu II-94

    Sigurtà soċjali u assistenza soċjali

    1. L-Unjoni tirrikonoxxi u tirrispetta d-dritt għal benefiċċji ta' sigurtà soċjali u servizzi soċjali li jipprovdu protezzjoni f'każijiet bħal ma huma l-maternità, l-mard, l-inċidenti industrijali, d-dipendenza jew l-anzjanità, u fil-kaz ta' telf ta' xogħol, skond ir-regoli stipulati mid-dritt ta' l-Unjoni u mil-liġijiet u l-prattiċi nazzjonali.

    2. Kull min jirrisjedi jew imur minn post għal ieħor legalment fl-Unjoni Ewropea hu intitolat għall-benefiċċji ta' sigurtà soċjali u l-vantaġġi soċjali skond id-dritt ta' l-Unjoni u l-liġijiet u l-prattiċi nazzjonali.

    3. Sabiex jiġu kkumbattuti l-esklużjoni soċjali u l-faqar, l-Unjoni tirrikonoxxi u tirrispetta d-dritt għall-għajnuna soċjali u ta' akkomodazzjoni sabiex tiżgura l-eżistenza deċenti għal dawk kollha li huma neqsin minn riżorsi suffiċjenti, skond ir-regoli stabbiliti fil-dritt ta' l-Unjoni u mil-liġijiet u l-prattiċi nazzjonali.

    --------------------------------------------------

    Top