This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R2127
Commission Delegated Regulation (EU) 2019/2127 of 10 October 2019 amending Regulation (EU) 2017/625 of the European Parliament and of the Council as regards the date of application of certain provisions of Council Directives 91/496/EEC, 97/78/EC and 2000/29/EC (Text with EEA relevance)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2127 tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE, 97/78/KE u 2000/29/KE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2127 tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE, 97/78/KE u 2000/29/KE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2019/7297
ĠU L 321, 12.12.2019, p. 111–113
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
12.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 321/111 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2127
tal-10 ta’ Ottubru 2019
li jemenda r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE, 97/78/KE u 2000/29/KE
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 149(2) u l-Artikolu 165(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistabbilixxi qafas għal kontrolli uffiċjali u għal attivitajiet uffiċjali oħra biex jivverifika l-applikazzjoni korretta tal-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel u l-għalf. Dak il-qafas jinkludi kontrolli uffiċjali mwettqa fuq annimali u merkanzija li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2017/625 iħassar id-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE (2) u 97/78/KE (3) b’effett mill-14 ta’ Diċembru 2019. Barra minn hekk, jemenda r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) 2016/2031 (4) biex titħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE (5). |
(3) |
Sabiex tiġi evitata kwalunkwe lakuna leġiżlattiva sakemm jiġu adottati l-atti ta’ implimentazzjoni u l-atti delegati li jikkonċernaw materji msemmija fl-Artikolu 47(2), l-Artikolu 48, il-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 51(1), il-punt (a) tal-Artikolu 53(1), l-Artikolu 54(1) u (3), u l-punt (a) tal-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) 2017/625, ir-Regolament (UE) 2017/625 jipprevedi li d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE u 97/78/KE u d-Direttiva 2000/29/KE jenħtieġ ikomplu japplikaw sal-14 ta’ Diċembru 2022 jew data bikrija li tiġi ddeterminata mill-Kummissjoni. Fir-rigward tad-Direttiva 2000/29/KE, tali data bikrija trid tiġi wara d-data ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625. |
(4) |
Ġie adottat att delegat skont il-punt (a) tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) 2017/625, li jirregola l-kontrolli uffiċjali f’punti ta’ kontroll li mhumiex postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera. Dan l-att se japplika mill-14 ta’ Diċembru 2019. Madankollu, f’dak li għandu x’jaqsam mal-kategoriji ta’ konsenji ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 47(1) ta’ dak ir-Regolament, dan se jsir applikabbli biss mill-14 ta’ Diċembru 2020. Għalhekk id-dispożizzjonijiet korrispondenti tad-Direttiva 2000/29/KE jenħtieġ jibqgħu applikabbli sat-13 ta’ Diċembru 2020. |
(5) |
Ġie adottat att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 54(3) tar-Regolament (UE) 2017/625, li jirregola l-frekwenza tal-verifiki tal-identità u fiżiċi waqt id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali u oġġetti. Dan l-att se japplika mill-14 ta’ Diċembru 2019. Madankollu, f’dak li għandu x’jaqsam mal-kategoriji ta’ konsenji ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 47(1) ta’ dak ir-Regolament, dan se jsir applikabbli biss mill-14 ta’ Diċembru 2022. Għalhekk id-dispożizzjonijiet korrispondenti tad-Direttiva 2000/29/KE jenħtieġ jibqgħu applikabbli sat-13 ta’ Diċembru 2022. |
(6) |
Barra minn hekk, ġie adottat att ta’ implimentazzjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, li jistabbilixxi lista ta’ annimali u oġġetti li jridu jiġu soġġetti għal kontrolli uffiċjali sistematiċi mad-dħul tagħhom fl-Unjoni. Bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/478 (6), il-prodotti komposti żdiedu mal-kategoriji li jridu jiġu elenkati. Madankollu, ir-rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni għal dawn il-prodotti stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 (7) se japplikaw biss mill-21 ta’ April 2021. Ir-rekwiżiti eżistenti għall-prodotti komposti se jibqgħu applikabbli sal-20 ta’ April 2021. Għalhekk, huma meħtieġa miżuri tranżizzjonali fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 97/78/KE li jirregolaw il-materji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) 2017/625 b’rabta ma’ prodotti komposti. |
(7) |
Ġew adottati atti ta’ implimentazzjoni skont il-punt (b) tal-Artikolu 47(2) u l-punt (a) tal-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) 2017/625 li jirregolaw l-istabbiliment ta’ lista ta’ oġġetti soġġetti għal żieda temporanja ta’ kontrolli uffiċjali mad-dħul tagħhom fl-Unjoni, u il-format tad-Dokument Sanitarju Komuni tad-Dħul (CHED) rispettivament. Dawn l-atti se japplikaw mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625. |
(8) |
L-atti delegati ġew adottati skont l-Artikolu 48 u l-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 li jirregolaw l-eżenzjonijiet minn kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri u l-istabbiliment ta’ regoli speċifiċi dwar it-tranżitu u t-trażbord. Dawn l-atti se japplikaw mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625. |
(9) |
Huwa għalhekk xieraq li r-Regolament (UE) 2017/625 jiġi emendat skont dan. |
(10) |
Peress li r-regoli stabbiliti f’dan l-att huma interkonnessi u se jiġu applikati flimkien, huwa xieraq li jiġu stabbiliti f’att waħdieni minflok f’atti differenti b’bosta kontroreferenzi u riskji tad-duplikazzjoni. |
(11) |
Billi li r-Regolament (UE) 2017/625 u r-Regolamenti Delegati u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni msemmija hawn fuq japplikaw mill-14 ta’ Diċembru 2019, dan ir-Regolament għandu japplika wkoll minn dik id-data, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (UE) 2017/625
Ir-Regolament (UE) 2017/625 għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
L-Artikolu 149(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
2. |
L-Artikolu 165(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-14 ta’ Diċembru 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Ottubru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9).
(4) Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4).
(5) Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1).
(6) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/478 tal-14 ta’ Jannar 2019 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kategoriji ta’ kunsinni li jkunu soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera (ĠU L 82, 25.3.2019, p. 4).
(7) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 tal-4 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 18).