EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0479
2012/479/EU: Commission Implementing Decision of 14 August 2012 amending Decision 2007/777/EC as regards the entries for Israel in the lists of third countries from which certain meat products may be introduced into the Union (notified under document C(2012) 5703) Text with EEA relevance
2012/479/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 14 ta’ Awwissu 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2007/777/KE fir-rigward tal-annotazzjonijiet għall-Iżrael fil-listi tal-pajjiżi terzi, li minnhom jistgħu jiġu introdotti ċerti prodotti tal-laħam fl-Unjoni (notifikata bid-dokument numru C(2012) 5703) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2012/479/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 14 ta’ Awwissu 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2007/777/KE fir-rigward tal-annotazzjonijiet għall-Iżrael fil-listi tal-pajjiżi terzi, li minnhom jistgħu jiġu introdotti ċerti prodotti tal-laħam fl-Unjoni (notifikata bid-dokument numru C(2012) 5703) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 219, 17.8.2012, p. 23–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692
17.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 219/23 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-14 ta’ Awwissu 2012
li temenda d-Deċiżjoni 2007/777/KE fir-rigward tal-annotazzjonijiet għall-Iżrael fil-listi tal-pajjiżi terzi, li minnhom jistgħu jiġu introdotti ċerti prodotti tal-laħam fl-Unjoni
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 5703)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2012/479/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8 u l-punt 4 tal-Artikolu 8 tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta’ Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam u ta’ stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (2), tistabbilixxi regoli għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni u t-tranżitu u l-ħażna fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ kunsinni ta’ stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren trattati, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (3). |
(2) |
Il-Parti 2 tal-Anness II mad-Deċiżjoni 2007/777/KE tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom, minn fejn hija awtorizzata l-introduzzjoni ta’ prodotti tal-laħam u stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren trattati, sakemm dawn il-komoditajiet ikunu f'konformità mat-trattament msemmi f'dik il-lista. Fejn il-pajjiżi terzi jiġu reġjonalizzati biex jiġu inklużi f'dik il-lista, it-territorji reġjonalizzati tagħhom jiġu inklużi fil-Parti 1 ta’ dak l-Anness. |
(3) |
Il-Parti 4 tal-Anness II mad-Deċiżjoni 2007/777/KE tistabbilixxi t-trattamenti msemmija fil-Parti 2 ta’ dak l-Anness, filwaqt li tassenja kodiċi lil kull wieħed minn dawk it-trattamenti. Dik il-Parti tistabbilixxi trattament mhux speċifiku “A” u trattamenti speċifiċi “B” sa “F”, imniżżlin mill-aktar wieħed sever għall-inqas wieħed. |
(4) |
Wara t-tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti partijiet tal-Iżrael, id-Deċiżjoni 2007/777/KE, kif ġiet emendata bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 532/2012 (4), tistipula li l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ prodotti tal-laħam u stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren trattati ta’ tjur, tjur tal-kaċċa bir-rix imrobbija fl-irziezet, ratiti mrobbija fl-irziezet u tjur tal-kaċċa selvaġġi, huma awtorizzati miż-żoni ta’ dak il-pajjiż terz milqutin mit-tifqigħa biss jekk dawn ikun sarilhom it-trattament speċifiku “D”, skont il-Parti 4 tal-Anness II mad-Deċiżjoni 2007/777/KE. Iż-żona fl-Iżrael milquta mit-tifqigħa, li għaliha tapplika r-reġjonalizzazzjoni għal raġunijiet ta’ saħħa tal-annimali, hija elenkata fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II ma’ dik id-Deċiżjoni. |
(5) |
Skont l-informazzjoni ppreżentata dwar is-sitwazzjoni favorevoli tal-marda fir-rigward ta’ dik il-marda, l-Iżrael rnexxielu jikkontrolla t-tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja. Barra minn hekk, il-monitoraġġ imwettaq mill-awtorità kompetenti fl-Iżrael tul il-perjodu li għadda minn meta inqerdu t-tjur fl-azjendi tat-tjur infettati u t-tindif u d-diżinfettar ta’ dawk l-istabbilimenti, wera li l-marda ma komplietx tixtered. |
(6) |
Huwa għalhekk xieraq li jiġu emendati l-annotazzjonijiet għall-Iżrael fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness II mad-Deċiżjoni 2007/777/KE, sabiex jiġu awtorizzati l-importazzjonijiet mit-territorju kollu tal-Iżrael fl-Unjoni, ta’ prodotti tal-laħam u stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren trattati ta’ tjur, tjur tal-kaċċa bir-rix imrobbijin fl-irziezet, ratiti mrobbijin fl-irziezet u tjur tal-kaċċa selvaġġi li jkun sarilhom it-trattament mhux speċifiku “A”, skont il-Parti 4 tal-Anness II mad-Deċiżjoni 2007/777/KE. |
(7) |
Id-Deċiżjoni 2007/777/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
(8) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness II mad-Deċiżjoni 2007/777/KE huwa emendat skont l-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Awwissu 2012.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(2) ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49.
(3) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(4) ĠU L 163, 22.6.2012, p. 1.
ANNESS
L-Anness II mad-Deċiżjoni 2007/777/KE hu emendat kif ġej:
(1) |
Fil-Parti 1, l-annotazzjoni kollha għall-Iżrael titħassar. |
(2) |
Fil-Parti 2, l-annotazzjoni għall-Iżrael tinbidel b'dan li ġej:
|