This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Legal aid in criminal proceedings
Għajnuna legali fi proċedimenti kriminali
Għajnuna legali fi proċedimenti kriminali
Din tistabbilixxi regoli minimi komuni li jikkonċernaw id-dritt għal għajnuna legali* fi proċedimenti kriminali madwar l-UE.
Din tistabbilixxi kriterji għall-għoti ta’ għajnuna legali, standards ta’ kwalità u rimedji f’każ ta’ ksur.
Din tikkumplimenta r-regoli tal-UE dwar l-aċċess għal avukat u dwar is-salvagwardji proċedurali għat-tfal li huma suspettati jew akkużati bi kriminalitajiet u ma taffettwax id-drittijiet li jiddefinixxu.
Kamp ta’ applikazzjoni
Ir-regoli japplikaw għal li ġej:
Dawn japplikaw għaċ-ċittadini kollha tal-UE u għall-pajjiżi kollha tal-UE ħlief id-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit (1).
Dritt għal għajnuna legali fi proċedimenti kriminali
Il-pajjiżi tal-UE:
Dritt għal għajnuna legali fi proċedimenti ta’ MAE
Persuni rikjesti* għandhom id-dritt għal għajnuna legali:
Dan id-dritt jista’ jiġi soġġett għal test tal-mezzi taħt l-istess kriterji għal proċedimenti kriminali.
Deċiżjoni, rimedju u persuni vulnerabbli
Suspettati, persuni akkużati, u persuni rikjesti għandhom:
Din ilha tapplika mill-24 ta’ Novembru 2016 u għandha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE sal-5 ta’ Mejju 2019.
Din id-Direttiva hija s-sitt u l-aħħar pakkett ta’ strumenti legali adottati f’konformità mal-Pjan direzzjonali tal-UE biex jissaħħu d-drittijiet proċedurali ta’ persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali ppubblikati fl-2009.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Direttiva (UE) 2016/1919 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar għajnuna legali għal persuni ssuspettati u akkużati fi proċedimenti kriminali u għal persuni rikjesti fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew (ĠU L 297, 4.11.2016, pp. 1-8)
L-emendi suċċessivi għad-Direttiva (UE) 2016/1919 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.
Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — It-Titolu VI — Ġustizzja L-Artikolu 47 — Dritt għal rimedju effettiv u għal proċess kriminali ġust (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 403)
Direttiva (UE) 2016/800 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar il-garanziji proċedurali għal tfal li huma suspettati jew li huma persuni akkużati fi proċedimenti kriminali (ĠU L 132, 21.5.2016, pp. 1-20)
Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma’ partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà (ĠU L 294, 6.11.2013, pp. 1-12)
Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Novevmbru 2009 dwar pjan direzzjonali għat-tisħiħ tad-drittijiet proċedurali ta’ persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali (ĠU C 295, 4.12.2009, pp. 1-3)
l-aħħar aġġornament 14.05.2018
(1) Ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea u jsir pajjiż terz (pajjiż mhux tal-UE) mill-1 ta’ Frar 2020.