EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TB0246

Kawża T-246/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2018 – Aurora Group Danmark vs EUIPO – Retail Distribution (PANZER) (“Trade Mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

OJ C 161, 7.5.2018, p. 51–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/51


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2018 – Aurora Group Danmark vs EUIPO – Retail Distribution (PANZER)

(Kawża T-246/16) (1)

((“Trade Mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2018/C 161/57)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Partijiet

Rikorrenti: Aurora Group Danmark A/S (Ballerup, id-Danimarka) (rappreżentant: L. Elmgaard Sørensen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment D. Gaja, sussegwentement T. Frydendahl u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Retail Distribution ApS (Hinnerup, id-Danimarka) (rappreżentant: E. A. Skovbo, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Marzu 2016 (Każ R 447/2015-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Retail Distribution u Aurora Group Danmark.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Aurora Group Danmark A/S u Retail Distribution ApS għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll, kull wieħed, għandu jbati nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 279, 1.8.2016.


Top