EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0275

Kawża C-275/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tal- 15 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 93/36/KEE — Kuntratti pubbliċi għal provvisti — Provvista ta’ software għall-ġestjoni tar-reġistrazzjoni ta’ vetturi — Proċedura negozjata mingħajr ma s-sejħa għal offerti tiġi ppubblikata minn qabel)

ĠU C 297, 5.12.2009, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-275/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 93/36/KEE - Kuntratti pubbliċi għal provvisti - Provvista ta’ software għall-ġestjoni tar-reġistrazzjoni ta’ vetturi - Proċedura negozjata mingħajr ma s-sejħa għal offerti tiġi ppubblikata minn qabel)

2009/C 297/13

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Wilms u D. Kukovec, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u N. Graf Vitzthum, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 6 flimkien mal-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/36/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkoordina l-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi ta’ provvista (ĠU L 199, p. 1) — Kuntratt għall-provvista ta’ software għall-ġestjoni tar-reġistrazzjoni ta’ vetturi konkluż mingħajr proċedura ta’ sejħa għal offerti bejn żewġ korpi amministrati mil-liġi pubblika responsabbli għas-servizzi ta’ ipproċessar ta’ data għall-muniċipji

Dispożittiv

(1)

Billi d-Datenzentrale Baden-Württemberg ta kuntratt għall-provvista ta’ software għall-ġestjoni tar-reġistrazzjoni ta’ vetturi permezz ta’ proċedura nnegozzjata mingħajr pubblikazzjoni ta’ sejħa għal offerti, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva tal-Kunsill 93/36/KE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkoordina l-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi ta’ provvista.

(2)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 223, 30.08.2008


Top