This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R1782
Commission Regulation (EU) 2019/1782 of 1 October 2019 laying down ecodesign requirements for external power supplies pursuant to Directive 2009/125/EC of the European Parliament and of the Council and repealing Commission Regulation (EC) No 278/2009 (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1782 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-provvisti tal-elettriku esterni skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 278/2009 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1782 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-provvisti tal-elettriku esterni skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 278/2009 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2019/2126
ĠU L 272, 25.10.2019, p. 95–106
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
25.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 272/95 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1782
tal-1 ta’ Ottubru 2019
li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-provvisti tal-elettriku esterni skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 278/2009
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Skont id-Direttiva 2009/125/KE, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti relatati mal-enerġija li jirrappreżentaw ammonti sinifikanti ta’ bejgħ u ta’ kummerċ fl-Unjoni u li għandhom impatt ambjentali sinifikanti u li jippreżentaw potenzjal sinifikanti għal titjib f’termini tal-impatt ambjentali tagħhom, mingħajr ma jinvolvu kostijiet eċċessivi. |
(2) |
Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni COM(2016)773 (2) (il-pjan ta’ ħidma dwar l-ekodisinn), stabbilita mill-Kummissjoni b’applikazzjoni tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2009/125/KE, tistabbilixxi l-prijoritajiet ta’ ħidma skont il-qafas tal-ekodisinn u t-tikkettar tal-enerġija għall-perjodu 2016-2019. Il-pjan ta’ ħidma dwar l-ekodisinn jidentifika l-gruppi ta’ prodotti relatati mal-enerġija li għandhom jitqiesu bħala prijoritajiet għat-twettiq ta’ studji preparatorji u l-adozzjoni eventwali tal-miżuri ta’ implimentazzjoni, kif ukoll ir-rieżami tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 278/2009 (3). |
(3) |
Miżuri mill-pjan ta’ ħidma dwar l-ekodisinn għandhom potenzjal stmat li jġibu magħhom iffrankar fl-enerġija finali annwali sal-2030 li jaqbeż il-260 TWh, li hu l-ekwivalenti għal tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra b’madwar 100 miljun tunnellata. Il-provvisti tal-elettriku esterni huma wieħed mill-gruppi ta’ prodotti elenkati fil-pjan ta’ ħidma. |
(4) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet rekwiżiti tal-ekodisinn għal provvisti tal-elettriku esterni fir-Regolament (KE) Nru 278/2009. Skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni teżaminahom mill-ġdid fid-dawl tal-progress teknoloġiku. |
(5) |
Il-Kummissjoni eżaminat mill-ġdid ir-Regolament (KE) Nru 278/2009 u analizzat l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi tal-provvisti tal-elettriku esterni kif ukoll l-imġiba tal-utenti fir-realtà. L-eżami mill-ġdid twettaq f’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati u mal-partijiet interessati mill-Unjoni u pajjiżi terzi. Ir-riżultati tar-rieżami ġew ippubblikati u ppreżentati lill-Forum Konsultattiv stabbilit mill-Artikolu 18 tad-Direttiva 2009/125/KE. |
(6) |
L-istudju tar-rieżami juri li l-provvisti tal-elettriku esterni jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni fi kwantitajiet kbar, u jiddeskrivi fil-qosor il-benefiċċji tal-aġġornament tar-rekwiżiti tal-ekodisinn u l-adattament tagħhom għall-progress teknoloġiku. |
(7) |
Provvisti tal-enerġija elettrika esterna b’outputs ta’ vultaġġi multipli, li mhumiex koperti mir-Regolament (KE) Nru 278/2009, qegħdin jitpoġġew fis-suq tal-Unjoni fi kwantitajiet dejjem akbar. Għaldaqstant jenħtieġ li jkunu inklużi fil-kamp tal-applikazzjoni tar-Regolament biex jiġi żgurat iffrankar ogħla tal-enerġija u jiġi pprovdut ambjent ekwu. |
(8) |
Huwa xieraq li l-provvisti tal-elettriku esterni li jadattaw il-vultaġġ tal-output tagħhom għat-tagħbija primarja jkomplu jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament. |
(9) |
Jenħtieġ li r-rekwiżiti tal-ekodisinn jarmonizzaw il-konsum tal-enerġija tal-provvisti tal-elettriku esterni, b’hekk jikkontribwixxu għall-funzjonament tas-suq intern. Jenħtieġ ukoll li jtejbu l-prestazzjoni ambjentali ta’ provvisti tal-elettriku esterni. Ġie stmat li jista’ jseħħ iffrankar potenzjali tal-enerġija finali annwali ta’ 4,3 TWh sal-2030, li jikkorrispondi għal 1,45 miljun tunnellata ekwivalenti ta’ CO2, meta mqabbel mas-sitwazzjoni li fiha ma tittieħed l-ebda miżura ulterjuri. |
(10) |
Il-parametri rilevanti tal-prodotti jenħtieġ li jitkejlu permezz ta’ metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli. Dawk il-metodi jenħtieġ li jqisu l-aktar metodi ta’ kejl avvanzati rikonoxxuti, inklużi, fejn ikunu disponibbli, standards armonizzati adottati mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, kif elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
(11) |
Skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, dan ir-Regolament jenħtieġ li jispeċifika l-proċeduri applikabbli għall-valutazzjoni tal-konformità. |
(12) |
Sabiex jiffaċilitaw il-verifiki tal-konformità, fid-dokumentazzjoni teknika l-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jenħtieġ li jipprovdu t-tagħrif imsemmi fl-Annessi IV u V tad-Direttiva 2009/125/KE, safejn dak it-tagħrif ikollu x’jaqsam mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
(13) |
Minbarra r-rekwiżiti legalment vinkolanti stabbiliti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu identifikati parametri ta’ referenza għall-aqwa teknoloġiji disponibbli sabiex l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom soġġetta għal dan ir-Regolament tkun disponibbli b’mod mifrux u faċilment aċċessibbli, skont id-Direttiva 2009/125/KE, l-Anness I, parti 3, punt 2. |
(14) |
Rieżami ta’ dan ir-Regolament huwa mistenni li jivvaluta l-adegwatezza u l-effettività tad-dispożizzjonijiet tiegħu biex jintlaħqu l-għanijiet tiegħu. It-twaqqit tal-eżami mill-ġdid jenħtieġ li jkun biżżejjed biex id-dispożizzjonijiet kollha jkunu implimentati u juri effett fis-suq. |
(15) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 278/2009 jenħtieġ li jitħassar. |
(16) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-suġġett u l-kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz ta’ provvisti tal-elettriku esterni.
2. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:
(a) |
konvertituri tal-vultaġġ; |
(b) |
provvisti tal-elettriku mingħajr interruzzjoni; |
(c) |
chargers tal-batteriji mingħajr funzjoni ta’ provvista ta’ enerġija; |
(d) |
konvertituri tat-tidwil; |
(e) |
provvisti tal-elettriku esterni għall-apparat mediku; |
(f) |
injetturi power over Ethernet attivi; |
(g) |
stazzjonijiet għad-dokkjar għal tagħmir awtonomu; |
(h) |
il-provvisti tal-elettriku esterni li jitqiegħdu fis-suq qabel l-1 ta’ April 2025 biss bħala service part jew bħala spare part ta’ provvista tal-elettriku esterna identika li titqiegħed fis-suq qabel l-1 ta’ April 2020, bil-kundizzjoni li s-service part jew l-ispare part, jew l-imballaġġ tagħha, ikunu jindikaw b’mod ċar “Provvista tal-elettriku esterna li għandha tintuża biss bħala spare part għal” u l-prodott(i) ta’ tagħbija primarja li l-part għas-service jew l-ispare part huma maħsuba biex jintużaw miegħu/magħhom. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“provvista tal-elettriku esterna” tfisser tagħmir li jissodisfa dawn il-kriterji kollha:
|
(2) |
“provvista tal-elettriku esterna b’vultaġġ baxx” tfisser provvista tal-elettriku esterna b’vultaġġ tal-output tan-nameplate ta’ inqas minn 6 volts u b’kurrent tal-output tan-nameplate ta’ 550 milliamperes jew aktar; |
(3) |
“provvista tal-elettriku esterna b’outputs ta’ vultaġġi multipli” tfisser provvista tal-elettriku esterna li kapaċi tibdel l-input ta’ enerġija elettrika AC mis-sors tal-enerġija tal-mejn f’iktar minn output wieħed simultanju b’vultaġġ AC jew DC aktar baxx; |
(4) |
“konvertitur tal-vultaġġ” ifisser apparat li jibdel l-input ta’ 230 volts mis-sors tal-enerġija tal-mejn għal output ta’ enerġija ta’ 110 volts b’karatteristiċi simili għall-karatteristiċi tal-input tas-sors tal-enerġija tal-mejn; |
(5) |
“provvista tal-elettriku mingħajr interruzzjoni” tfisser apparat li jipprovdi backup ta’ enerġija elettrika b’mod awtomatiku meta l-vultaġġ tal-enerġija elettrika mis-sors tal-enerġija tal-mejn jaqa’ għal livell baxx li ma jkunx aċċettabbli; |
(6) |
“charger tal-batteriji” ifisser tagħmir li jitqabbad direttament ma’ batterija li tinqala’ fl-interfaċċja tal-output tagħha; |
(7) |
“konvertitur tat-tidwil” ifisser provvista tal-elettriku esterna li tintuża b’sorsi ta’ dawl b’vultaġġ baxx ħafna; |
(8) |
“injettur power over Ethernet attiv” tfisser tagħmir li jibdel l-input mis-sors tal-enerġija tal-mejn għal output ta’ vultaġġ DC aktar baxx, għandu port tal-input wieħed jew aktar tal-Ethernet u port tal-output wieħed jew aktar tal-Ethernet, iwassal enerġija lil tagħmir wieħed jew aktar imqabbdin mal-port(s) tal-output tal-Ethernet, u jipprovdi l-vultaġġ nominali fil-port(s) tal-output biss meta tagħmir kompatibbli jiġi skopert wara proċess standardizzat; |
(9) |
“stazzjon għad-dokkjar għal tagħmir awtonomu” tfisser biċċa tagħmir li fih apparat li jaħdem bil-batteriji, li jeżegwixxi kompiti li jeħtieġu li l-apparat jiċċaqlaq mingħajr ebda intervent mill-utent jitqiegħed biex jiċċarġja, u li jista’ jiggwida l-movimenti indipendenti tat-tagħmir; |
(10) |
“mejns” tfisser il-provvista tal-elettriku mill-grilja ta’ 230 (± 10 %) volts ta’ kurrent alternat b’50 Hz; |
(11) |
“tagħmir tat-teknoloġija tal-informazzjoni” tfisser tagħmir li l-funzjoni primarja tiegħu hija jew id-dħul, il-ħżin, il-wiri, l-irkupru it-trasmissjoni, l-ipproċessar, l-iswiċċjar jew il-kontroll tad-data jew ta’ messaġġi tat-telekomunikazzjoni, jew kombinazzjoni ta’ dawn il-funzjonijiet u jkun mgħammar b’port terminali wieħed jew aktar li tipikament jitħaddem jew jitħaddmu għat-trasferiment tal-informazzjoni; |
(12) |
“ambjent domestiku” tfisser ambjent fejn jista’ jkun mistenni l-użu ta’ riċevituri tax-xandir bir-radju jew bit-televiżjoni fil-limiti ta’ distanza ta’ 10 m mit-tagħmir ikkonċernat; |
(13) |
“potenza tal-output tan-nameplate” (PO) tfisser il-potenza massima tal-output kif speċifikata mill-manifattur; |
(14) |
“kundizzjoni ta’ mingħajr tagħbija” tfisser il-kundizzjoni li fiha, l-input ta’ provvista tal-elettriku esterna jkun imqabbad mas-sors tal-elettriku tal-mejn, iżda l-output ma jkunx imqabbad ma xi tagħbija primarja; |
(15) |
“modalità attiva” tfisser il-kundizzjoni li fiha, l-input ta’ provvista tal-elettriku esterna jkun imqabbad mas-sors tal-elettriku tal-mejns, u l-output ikun imqabbad ma’ xi tagħbija; |
(16) |
“effiċjenza tal-modalità attiva” tfisser il-proporzjon tal-potenza prodotta minn provvista tal-elettriku esterna fil-modalità attiva, mal-potenza tal-input meħtieġa biex tiġi prodotta; |
(17) |
“effiċjenza medja tal-istat attiv” tfisser il-medja tal-effiċjenzi tal-modalità attiva f’25 %, 50 %, 75 % u 100 % tal-potenza tal-output tan-nameplate; |
(18) |
“mudell ekwivalenti” tfisser mudell bl-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għall-informazzjoni teknika li trid tingħata, iżda li jitqiegħed fis-suq jew jitqiegħed fis-servizz mill-istess manifattur, importatur jew rappreżentant awtorizzat bħal mudell ieħor b’identifikatur differenti tal-mudell; |
(19) |
“identifikatur tal-mudell” tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell ta’ prodott speċifiku minn mudelli oħra bl-istess marka kummerċjali jew bl-isem tal-istessmanifattur, importatur jew rappreżentant awtorizzat. |
Artikolu 3
Rekwiżiti tal-ekodisinn
Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti fl-Anness II għandhom japplikaw mid-dati indikati fih.
Artikolu 4
Valutazzjoni tal-konformità
1. Il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE għandha tkun is-sistema tal-kontroll intern tad-disinn stipulata fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva jew is-sistema tal-ġestjoni stipulata fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva.
2. Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha l-valuri ddikjarati tal-parametri elenkati fl-Anness II, punt 2(c).
3. Meta l-informazzjoni inkluża fid-dokumentazzjoni teknika għal mudell partikolari tkun inkisbet:
(a) |
minn mudell li għandu l-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għall-informazzjoni teknika li trid tiġi pprovduta iżda huwa prodott minn manifattur differenti, jew |
(b) |
permezz ta’ kalkolu abbażi ta’ disinn jew estrapolazzjoni minn mudell ieħor tal-istess manifattur jew ta’ manifattur differenti, jew it-tnejn li huma. |
Id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi d-dettalji u r-riżultati ta’ tali kalkolu, il-valutazzjoni mwettqa mill-manifatturi biex tiġi vverifikata l-preċiżjoni tal-kalkolu u, fejn xieraq, id-dikjarazzjoni ta’ identità bejn il-mudelli ta’ manifatturi differenti.
Id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi lista tal-mudelli ekwivalenti kollha, inkluż l-identifikaturi tal-mudell.
Artikolu 5
Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq
Meta jkunu qed iwettqu l-verifiki tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3, punt 2 tad-Direttiva 2009/125/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika stabbilita fl-Anness III.
Artikolu 6
Il-punti ta’ riferiment
Il-parametri ta’ referenza għall-prodotti u teknoloġiji bl-aqwa prestazzjoni li jkunu disponibbli fis-suq fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament huma stipulati fl-Anness IV.
Artikolu 7
Rieżami
Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ta’ dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku u għandha tippreżenta r-riżultati ta’ dan ir-rieżami, inkluż, jekk ikun xieraq, abbozz ta’ proposta għal reviżjoni lill-Forum Konsultattiv sal-14 ta' Novembru 2022.
B’mod partikolari, ir-rieżami għandu jevalwa: il-fattibilità tal-iffissar ta’ rekwiżit rigward l-effiċjenza enerġetika minima b’tagħbija ta’ 10 %; għażliet għall-inklużjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar iċ-chargers mingħajr fili, l-injetturi power over Ethernet attivi, u l-provvisti tal-elettriku esterni użati ma’ tagħmir tal-elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju li mhuwiex inkluż fl-Anness I; u għażliet biex jiġu inklużi r-rekwiżiti b’appoġġ għall-objettivi tal-ekonomija ċirkulari, inkluża l-interoperabbiltà.
Artikolu 8
Tħassir
Ir-Regolament (KE) Nru 278/2009 jitħassar mill-1 ta’ April 2020.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ April 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.
(2) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni, Pjan ta’ ħidma dwar l-ekodisinn 2016-2019, COM(2016)773 final tat-30 ta’ Novembru 2016.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 278/2009 tas-6 ta’ April 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku f’kundizzjoni ta’ mingħajr tagħbija u l-medja tal-effiċjenza attiva ta’ provvisti tal-elettriku esterni (ĠU L 93, 7.4.2009, p. 3).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).
ANNESS I
Lista ta’ tagħmir elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju
1. |
Apparati domestiċi:
|
2. |
Tagħmir tat-teknoloġija tal-informatika, inklużi apparat għall-ikkupjar u għall-istampar, kif ukoll kaxxi set-top, maħsub primarjament għall-użu fid-dar. |
3. |
Tagħmir tal-konsumatur:
|
4. |
Ġugarelli elettriċi u elettroniċi, tagħmir tad-divertiment u tal-isport:
|
ANNESS II
Rekwiżiti tal-ekodisinn għal provvisti tal-elettriku esterni
1. Rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika:
(a) |
Mill-1 ta’ April 2020, il-konsum tal-enerġija f’kundizzjoni ta’ mingħajr tagħbija ma għandux jaqbeż il-valuri li ġejjin:
|
(b) |
Mill-1 ta’ April 2020, l-effiċjenza medja tal-modalità attiva m’għandhiex tkun inqas mill-valuri li ġejjin:
|
2. Rekwiżiti ta’ informazzjoni:
(a) |
mill-1 ta’ April 2020, in-nameplate għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
|
(b) |
mill-1 ta’ April 2020, manwali bl-istruzzjonijiet għall-utenti aħħarin (fejn japplika), u siti web b’aċċess liberu tal-manifatturi, tal-importaturi u tar-rappreżentanti awtorizzati tagħhom għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja, fl-ordni stabbilita hawn taħt:
Il-kundizzjonijiet ta’ tagħbija rilevanti huma dawn:
|
(c) |
mill-1 ta’ April 2020, id-dokumentazzjoni teknika għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 4 għandu jkun fiha l-elementi li ġejjin:
|
3. Kejl u kalkoli
Għall-finijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli jsiru billi jintużaw standards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew billi jintuża metodu ieħor li jkun affidabbli, preċiż u riproduċibbli, filwaqt li jqis il-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment rikonoxxuti.
ANNESS III
Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq
It-tolleranzi tal-verifika stabbiliti f’dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew għall-interpretazzjoni ta’ dawn il-valuri bl-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar bi kwalunkwe mezz.
Meta tkun qed tiġi vverifikata l-konformità ta’ mudell tal-prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament skont il-punt 2 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/125/KE, għar-rekwiżiti msemmija f’dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura li ġejja:
1. |
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jivverifikaw unità waħda tal-mudell. |
2. |
Il-mudell għandu jitqies li jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli, jekk:
|
3. |
Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a), (b) jew (d), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament. |
4. |
Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħrajn tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Bħala alternattiva, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jistgħu jkunu ta’ xi mudell ekwivalenti wieħed jew aktar. |
5. |
Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri ddeterminati tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 1. |
6. |
Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament. |
7. |
Meta tittieħed id-deċiżjoni dwar in-nuqqas ta’ konformità tal-mudell skont il-punti 3 jew 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien. |
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness II.
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 1 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f’dan l-Anness. Għall-parametri tat-Tabella 1, ma għandha tiġi applikata l-ebda tolleranza oħra, bħalma huma dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew fi kwalunkwe metodu ieħor ta’ kejl.
Tabella 1
Tolleranzi tal-verifika
Parametri |
Tolleranzi tal-verifika |
Kundizzjoni ta’ mingħajr tagħbija |
Il-valur determinat ma għandux jaqbeż il-valur dikjarat b’aktar minn 0,01 W. |
L-effiċjenza tal-modalità attiva f’kull waħda mill-kundizzjonijiet ta’ tagħbija applikabbli |
Il-valur determinat (*1) m’għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b’aktar minn 5 %. |
Effiċjenza medja tal-modalità attiva |
Il-valur determinat (*1) m’għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b’aktar minn 5 %. |
(*1) Fil-każ ta’ tliet unitajiet addizzjonali ttestjati kif preskritt fil-punt 4, il-valur iddeterminat ifisser il-medja aritmetika tal-valuri ddikjarati għal dawn it-tliet unitajiet addizzjonali.
ANNESS IV
Il-punti ta’ riferiment
Fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-aqwa teknoloġija disponibbli fis-suq ta’ provvisti tal-elettriku esterni f’termini tal-konsum tal-enerġija tagħhom mingħajr tagħbija u l-effiċjenza medja tal-modalità attiva ġiet identifikata kif ġej:
(a) |
Kundizzjoni ta’ mingħajr tagħbija: L-aktar konsum tal-elettriku baxx disponibbli għall-kundizzjoni ta’ mingħajr tagħbija minn provvisti tal-elettriku esterni jista’ jiġi approssimat għal:
|
(b) |
Effiċjenza medja tal-modalità attiva: L-aqwa effiċjenza medja tal-modalità attiva disponibbli tal-provvisti tal-elettriku esterni tista’ tiġi approssimata bħala:
|