This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D1173
Council Decision (CFSP) 2016/1173 of 18 July 2016 amending Decision 2010/788/CFSP concerning restrictive measures against the Democratic Republic of the Congo
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1173 tat-18 ta' Lulju 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1173 tat-18 ta' Lulju 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo
ĠU L 193, 19.7.2016, pp. 108–109
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
19.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 193/108 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1173
tat-18 ta' Lulju 2016
li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fl-20 ta' Diċembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK. (1) |
|
(2) |
Fit-23 ta' Ġunju 2016, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2293 (2016) dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK). Dik ir-Riżoluzzjoni tipprevedi ċerti emendi għall-eżenzjonijiet għall-embargo fuq l-armi kif ukoll għall-kriterji għad-deżinjazzjoni fir-rigward tar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u l-iffriżar tal-fondi, kif imposti mir-Riżoluzzjoni 1807 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. |
|
(3) |
Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati dawk l-emendi, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2010/788/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2(1) huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Lulju 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK tal-20 ta' Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK (ĠU L 336, 21.12.2010, p. 30).