EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D2393

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/2393 tat-8 ta' Diċembru 2015 li temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill

ĠU L 332, 18.12.2015, p. 133–135 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/2393/oj

18.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/133


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2015/2393

tat-8 ta' Diċembru 2015

li temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 11(6) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (1),

Billi:

(1)

Mill-1 ta' Novembru 2014, meta jkun meħtieġ li att jiġi adottat mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu jiġi verifikat li l-Istati Membri li jikkostitwixxu l-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni.

(2)

Sal-31 ta' Marzu 2017, meta jkun meħtieġ li att jiġi adottat mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, membru tal-Kunsill jista' jitlob li dan jiġi adottat f'konformità mal-maġġoranza kwalifikata kif definita fl-Artikolu 3(3) tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. F'dak il-każ, membru tal-Kunsill jista' jitlob li ssir verifika biex jiġi żgurat li l-Istati Membri li jikkostitwixxu l-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-inqas 62 % tat-total tal-popolazzjoni tal-Unjoni.

(3)

Dawk il-perċentwali jiġu kkalkolati skont iċ-ċifri tal-popolazzjoni stipulati fl-Anness III mar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (“ir-Regoli ta' Proċedura”).

(4)

L-Artikolu 11(6) tar-Regoli ta' Proċedura jipprevedi li, b'effett mill-1 ta' Jannar ta' kull sena, il-Kunsill għandu jemenda ċ-ċifri stipulati f'dak l-Anness, f'konformità mad-data disponibbli għall-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea fit-30 ta' Settembru tas-sena ta' qabel.

(5)

Għaldaqstant, ir-Regoli ta' Proċedura għandhom jiġu emendati kif meħtieġ għas-sena 2016,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regoli ta' Proċedura huwa sostitwit b'dan li ġej:

“ANNESS III

Ċifri li jirrigwardaw il-popolazzjoni tal-Unjoni u l-popolazzjoni ta' kull Stat Membru għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill

Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 16(4) TUE, l-Artikolu 238(2) u (3) tat-TFUE u l-Artikolu 3(2) tal-Protokoll Nru 36, il-popolazzjoni tal-Unjoni u l-popolazzjoni ta' kull Stat Membru, kif ukoll il-perċentwal tal-popolazzjoni ta' kull Stat Membru relattivament għall-popolazzjoni tal-Unjoni, għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016, għandhom ikunu kif ġej:

Stat Membru

Popolazzjoni

Perċentwal tal-popolazzjoni totali tal-Unjoni

Ġermanja

81 089 331

15,93

Franza

66 352 469

13,04

Renju Unit

64 767 115

12,73

Italja

61 438 480

12,07

Spanja

46 439 864

9,12

Polonja

38 005 614

7,47

Rumanija

19 861 408

3,90

Netherlands

17 155 169

3,37

Belġju

11 258 434

2,21

Greċja

10 846 979

2,13

Repubblika Ċeka

10 419 743

2,05

Portugall

10 374 822

2,04

Ungerija

9 855 571

1,94

Żvezja

9 790 000

1,92

Awstrija

8 581 500

1,69

Bulgarija

7 202 198

1,42

Danimarka

5 653 357

1,11

Finlandja

5 471 753

1,08

Slovakkja

5 403 134

1,06

Irlanda

4 625 885

0,91

Kroazja

4 225 316

0,83

Litwanja

2 921 262

0,57

Slovenja

2 062 874

0,41

Latvja

1 986 096

0,39

Estonja

1 313 271

0,26

Ċipru

847 008

0,17

Lussemburgu

562 958

0,11

Malta

429 344

0,08

Total

508 940 955

 

Livell limitu (62 %)

315 543 392

 

Livell limitu (65 %)

330 811 621 ”

 

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Hija tapplika mill-1 ta' Jannar 2016.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

P. GRAMEGNA


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta' Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).


Top