EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D0801

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/801 tal-20 ta' Mejju 2015 dwar id-dokument ta' referenza dwar l-aqwa prattiki ta' ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali u l-parametri referenzjarji ta' eċċellenza għas-settur tal-kummerċ bl-imnut skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (notifikata bid-dokument C(2015) 3234) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

C/2015/3234

ĠU L 127, 22.5.2015, p. 25–60 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/801/oj

22.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 127/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/801

tal-20 ta' Mejju 2015

dwar id-dokument ta' referenza dwar l-aqwa prattiki ta' ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali u l-parametri referenzjarji ta' eċċellenza għas-settur tal-kummerċ bl-imnut skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS)

(notifikata bid-dokument C(2015) 3234)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fl-iskema Komunitarja għall-immaniġġjar tal-ambjent u verifika (EMAS) u li jħassar r-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 46(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 jistabbilixxi obbligu għall-Kummissjoni li tiżviluppa dokumenti ta' referenza settorjali b'konsultazzjoni mal-Istati Membri u partijiet interessati oħra. Dawn id-Dokumenti ta' Referenza Settorjali jinkludu l-aqwa prattiki ta' ġestjoni ambjentali (BEMPs), indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali għal setturi speċifiċi u, fejn xieraq, parametri referenzjarji ta' eċċellenza u sistemi ta' klassifikazzjoni li jidentifikaw il-livelli tal-prestazzjoni.

(2)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — It-twaqqif ta' pjan ta' ħidma li jistabbilixxi lista indikattiva ta' setturi għall-adozzjoni ta' dokumenti ta' referenza settorjali u transsettorjali, skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009, tal-25 ta' Novembru 2009, dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (2) — tistabbilixxi pjan ta' ħidma u lista indikattiva tas-setturi prijoritajri għall-adozzjoni ta' dokumenti ta' referenza settorjali u transsettorjali inkluż is-settur tal-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut,

(3)

Dokumenti ta' referenza settorjali għal setturi speċifiċi, inklużi l-aqwa prattiki ta' ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u, fejn hu xieraq, il-parametri referenzjarji ta' eċċellenza u sistemi ta' klassifikazzjoni li jidentifikaw il-livelli ta' prestazzjoni ambjentali, huma meħtieġa biex jgħinu lill-organizzazzjonijiet jiffokaw aktar fuq l-aspetti ambjentali l-aktar importanti f'settur partikolari.

(4)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 49 tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-dokument ta' referenza settorjali dwar l-aqwa prattiki ta' ġestjoni ambjentali, indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza għas-settur tal-kummerċ bl-imnut huwa stabbilit fl-Anness.

Artikolu 2

Huwa obbligu għal organizzazzjoni tal-EMAS reġistrata fis-settur tal-kummerċ bl-imnut li turi fid-dikjarazzjoni ambjentali kif l-Aqwa Prattiki ta' Ġestjoni Ambjentali u l-Parametri Referenzjarji ta' Eċċellenza mid-dokument ta' referenza settorjali jkunu ġew użati biex jidentifikaw miżuri u azzjonijiet, u possibilment biex jiġu stabbiliti l-prijoritajiet għat-titjib tal-prestazzjoni ambjentali tagħhom.

Artikolu 3

Li dawn il-parametri referenzjarji ta' eċċellenza identifikati fid-dokument ta' referenza settorjali jintlaħqu mhux obbligatorju għall-organizzazzjonijiet reġistrati tal-EMAS minħabba li n-natura volontarja tal-EMAS tħalli l-valutazzjoni tal-fattibbiltà tal-parametri referenzjarji, f'termini ta' spejjeż u benefiċċji, f'idejn l-organizzazzjonijiet infushom.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Mejju 2015.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU C 358, 8.12.2011, p. 2.


ANNESS

1.   INTRODUZZJONI

Dan id-dokument huwa l-ewwel Dokument ta' Referenza Settorjali (SRD) skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS). Bil-għan li jiġi ffaċilitat il-fehim ta' dan l-SRD, din l-introduzzjoni tipprovdi profil tal-isfond legali tiegħu u l-użu tiegħu.

L-SRD huwa bbażat fuq rapport xjentifiku u ta' politika dettaljat (1) żviluppat mill-Istitut tal-Istudju tal-Prospettivi Teknoloġiċi (IPTS), wieħed mis-seba' istituti taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea.

Sfond legali rilevanti

L-Iskema ta' Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi (EMAS) kienet introdotta fl-1993 għall-parteċipazzjoni volontarja mill-organizzazzjonijiet, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1836/93 (2). Sussegwentement, l-EMAS għaddiet minn żewġ reviżjonijiet maġġuri:

Ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3);

Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009.

Element importanti ġdid tal-aħħar reviżjoni, li daħlet fis-seħħ fil-11 ta' Jannar 2010, huwa l-iżvilupp ta' dokumenti ta' referenza settorjali (SRDs) li jirriflettu l-aqwa prattiki ta' ġestjoni ambjentali għal setturi speċifiċi, introdotti bl-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009. Dawn jinkludu l-aqwa prattiki ta' ġestjoni ambjentali (BEMPs), indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali għal setturi speċifiċi u, fejn xieraq, parametri referenzjarji ta' eċċellenza u sistemi ta' klassifikazzjoni li jidentifikaw il-livelli tal-prestazzjoni.

Kif tifhem u tuża dan id-dokument

L-Iskema ta' Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi (EMAS) hija skema ta' parteċipazzjoni volontarja minn organizzazzjonijiet li jikkommettu ruħhom għal titjib ambjentali kontinwu. F'dan il-qafas, id-Dokument attwali ta' Referenza Settorjali (SRD) jipprovdi gwida speċifika għas-settur tal-kummerċ bl-imnut u jindika għadd ta' għażliet għal titjib u l-aħjar prattiki. L-għan tal-SRD huwa li jgħin u jappoġġja lill-organizzazzjonijiet kollha li bi ħsiebhom itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom billi jipprovdi ideat u ispirazzjoni kif ukoll gwida prattika u teknika.

Prinċipalment l-SRD jindirizza lill-organizzazzjonijiet li diġà huma reġistrati mal-EMAS, it-tieni l-organizzazzjonijiet li qed jikkunsidraw li jirreġistraw mal-EMAS fil-futur, u t-tielet anke dawk li jkunu implimentaw sistema oħra ta' ġestjoni ambjentali jew dawk li ma jkollhomx sistema formali ta' ġestjoni ambjentali li jkunu jixtiequ jitgħallmu aktar dwar l-aqwa prattiki ta' ġestjoni ambjentali sabiex itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom. Konsegwentement, l-għan ta' dan id-dokument huwa li jappoġġja lill-organizzazzjonijiet u lill-atturi kollha fis-settur tal-kummerċ bl-imnut biex jiffokaw fuq l-aspetti ambjentali rilevanti, kemm diretti u kemm indiretti, u biex isibu informazzjoni dwar l-aħjar prattiki, kif ukoll indikaturi adegwati tal-prestazzjoni ambjentali speċifiċi għas-settur biex ikejlu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom, u l-parametri referenzjarji ta' eċċellenza.

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009, l-organizzazzjonijiet irreġistrati mal-EMAS huma mitluba jħejju dikjarazzjoni ambjentali (l-Artikolu 4(1)(d)). Meta tkun qed titkejjel il-prestazzjoni ambjentali, għandu jitqies l-SRD rilevanti. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/131/UE (4) li tistabbilixxi l-gwida għall-utent u twaqqaf il-passi meħtieġa għall-parteċipazzjoni fl-EMAS (il-“Gwida għall-Utent għall-EMAS”) tirreferi wkoll għall-karattru legali tad-Dokumenti ta' Referenza Settorjali tal-EMAS Kemm il-Gwida għall-Utent għall-EMAS u din id-deċiżjoni jiddikjaraw li huwa obbligu għal organizzazzjoni rreġistrata fl-EMAS li fid-dikjarazzjoni ambjentali tiċċara kif l-SRD, meta dan ikun disponibbli, kien ġie kkunsidrat; jiġifieri kif l-SRD ikun intuża biex jiġu identifikati l-miżuri u l-azzjonijiet, u possibbilment biex jiġu stabbiliti l-prijoritajiet, biex (tkompli) titjieb il-prestazzjoni ambjentali. Barra minn hekk din id-deċiżjoni tgħid ukoll li mhuwiex obbligatorju li jintlaħqu l-parametri referenzjarji ta' eċċellenza identifikati għaliex il-karattru volontarju tal-EMAS iħalli l-valutazzjoni tal-fattibilità tal-parametri referenzjarji, f'termini ta' spejjeż u benefiċċji, f'idejn l-organizzazzjonijiet infushom.

L-informazzjoni f'dan id-dokument hija bbażata fuq id-dejta diretta pprovduta mill-partijiet interessati nfushom segwita minn analiżi sussegwenti taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea. Grupp ta' Ħidma Tekniku, li kien jinkludi esperti u partijiet interessati tas-settur, applikaw il-ġudizzju espert tagħhom flimkien maċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea u finalment qablu u approvaw il-parametri referenzjarji deskritti. Dan ifisser li l-informazzjoni pprovduta dwar l-indikaturi adegwati tal-prestazzjoni ambjentali speċifiċi għas-settur u l-parametri referenzjarji ta' eċċellenza f'dan id-dokument jikkorrispondu mal-livelli tal-prestazzjoni ambjentali li jistgħu jinkisbu mill-organizzazzjonijiet mis-settur li kellhom l-aħjar prestazzjoni. Fir-rigward tad-dikjarazzjoni ambjentali, l-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 jirreferi għall-ANNESS IV ma' dak ir-Regolament, fejn jingħad li d-dikjarazzjoni ambjentali għandu jkun fiha wkoll rapportar dwar l-indikaturi ċentrali u dwar l-indikaturi ta' prestazzjoni ambjentali eżistenti rilevanti oħrajn. L-hekk imsejħa “indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali eżistenti rilevanti oħra” (ANNESS IV(C)(3)) huma relatati mal-aspetti ambjentali aktar speċifiċi kif identifikat fid-dikjarazzjoni ambjentali u għandhom jiġu rrapportati flimkien mal-indikaturi ċentrali Għal dan il-għan, għandu wkoll jittieħed kont tal-SRD (ANNESS IV(C)(3)). Fejn ikun ġustifikat għal raġunijiet tekniċi, organizzazzjoni tista' tikkonkludi li indikatur ċentrali wieħed jew aktar tal-EMAS u indikatur speċifiku għas-settur wieħed jew aktar ippreżentati fl-SRD mhumiex rilevanti għalihom u tista' ma tirrapportax dwarhom. Per eżempju, bejjiegħ bl-imnut mhux tal-ikel, ma jeħtieġx jirrapporta dwar indikaturi ta' effiċjenza fl-enerġija għar-refriġerazzjoni kummerċjali tal-ikel peress li dan mhuwiex rilevanti għalihom. Meta jkunu qed jintgħażlu l-indikaturi rilevanti, għandu jitqies li xi indikaturi huma marbutin mill-qrib mal-implimentazzjoni ta' xi wħud mill-aħjar prattiki. Għalhekk, l-applikabbiltà tagħhom hija limitata għall-organizzazzjonijiet li jkunu qed jimplimentaw dawn l-aqwa prattiki ta' ġestjoni ambjentali. Madanakollu, jekk l-aqwa prattika ta' ġestjoni ambjentali tkun adattata għal organizzazzjoni, anke jekk ma tiġix applikata, huwa rakkomandabbli li l-organizzazzjoni tirrapporta dwar l-indikatur assoċjat, tal-anqas, biex tiġi stabbilita linja bażi komparabbli.

L-indikaturi ppreżentati ġew magħżula bħala dawk l-aktar komunement użati minn organizzazzjonijiet eżemplari fis-settur. L-organizzazzjonijiet jistgħu jiċċekkjaw liema mill-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali magħżula (jew alternattivi xierqa) huma l-aktar xierqa f'kull każ.

Il-verifikaturi ambjentali tal-EMAS għandhom jiċċekkjaw jekk u kif l-SRD kien tqies mill-organizzazzjoni waqt it-tħejjija tad-dikjarazzjoni ambjentali tagħha (l-Artikolu 18(5)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009). Dan ifisser li waqt it-twettiq tal-attivitajiet tagħhom, il-verifikaturi ambjentali akkreditati se jkollhom bżonn evidenza mill-organizzazzjoni dwar kif kien tqies l-SRD. M'humiex se jiċċekkjaw konformità mal-parametri referenzjarji ta' eċċellenza deskritti, iżda sejrin jivverifikaw evidenza dwar kif l-SRD kien intuża bħala gwida biex jiġu identifikati l-miżuri volontarji xierqa li l-organizzazzjoni tista' timplimenta biex ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tagħha.

Ir-reġistrazzjoni fl-EMAS hija proċess kontinwu. Dan ifisser li kull darba li organizzazzjoni tippjana li ttejjeb il-prestazzjoni ambjentali tagħha (u tirrevedi l-prestazzjoni ambjentali tagħha) għandha tikkonsulta l-SRD dwar suġġetti speċifiċi biex tiġi pprovduta ispirazzjoni dwar liema kwistjonijiet imisshom jiġu indirizzati f'approċċ ta' pass-pass.

L-Istruttura tad-Dokument ta' Referenza Settorjali

Dan id-dokument jikkonsisti f'4 kapitoli. Il-Kapitolu 1 jintroduċi l-isfond legali tal-EMAS u jiddeskrivi kif għandu jintuża dan id-dokument, filwaqt li l-Kapitolu 2 jiddefinixxi l-ambitu ta' dan l-SRD. Il-Kapitolu 3 jiddeskrivi fil-qosor l-aqwa prattiki ta' ġestjoni ambjentali (BEMPs) differenti flimkien ma' informazzjoni dwar l-applikabbiltà tagħhom, prinċipalment fir-rigward ta' installazzjonijiet ġodda u eżistenti u/jew ħwienet ġodda jew eżistenti kif ukoll għall-SMEs. Għal kull BEMP, l-indikaturi xierqa tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta' eċċellenza relatati huma mogħtija wkoll. Għal kull miżura u teknika differenti elenkati, jissemma aktar minn indikatur wieħed tal-prestazzjoni ambjentali biex jirrifletti l-fatt li fil-prattika jintużaw indikaturi differenti.

Fl-aħħar nett, il-Kapitolu 4 jippreżenta tabella komprensiva bl-aktar indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali rilevanti, spjegazzjonijiet assoċjati u parametri referenzjarji ta' eċċellenza relatati.

2.   AMBITU

Dan l-SRD huwa indirizzat lejn il-ġestjoni ambjentali tal-organizzazzjonijiet fis-settur tal-kummerċ bl-imnut. Dan is-settur huwa karatterizzat skont il-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) b'kodiċi NACE 47 (NACE Rev. 2): “negozju bl-imnut, għajr ta' vetturi bil-mutur u muturi”. Il-bejgħ bl-imnut tas-servizzi, eż. ir-ristoranti, il-parrukkieri, l-aġenti tal-ivvjaġġar huma esklużi.

Ikopri l-katina kollha tal-valur għall-prodotti li jinbiegħu fil-ħwienet bl-imnut, kif deskritt fl-iskema li ġejja ta' input/output.

Image

L-aspetti ambjentali ewlenin li għandhom jiġu ġestiti mill-organizzazzjonijiet li jagħmlu parti mis-settur tal-kummerċ bl-imnut huma stabbiliti fit-Tabella 2.1.

Għal kull kategorija, it-tabella turi l-aspetti koperti f'dan l-SRD. Dawn l-aspetti ambjentali ġew magħżula bħala dawk l-aktar rilevanti għall-bejjiegħa bl-imnut. Madankollu, l-aspetti ambjentali li għandhom jiġu ġestiti minn bejjiegħa bl-imnut speċifiċi għandhom jiġu vvalutati abbażi ta' każ b'każ. Aspetti ambjentali, bħall-ilma mormi, l-iskart perikoluż, il-bijodiversità jew materjali għal oqsma oħra apparti minn dawk elenkati jistgħu jkunu rilevanti wkoll.

Tabella 2.1.

L-aspetti ambjentali ewlenin koperti f'dan id-dokument

Kategorija

Karattru (6)

Aspetti koperti f'dan id-dokument

Prestazzjoni tal-enerġija

Dirett

Bini, Sistema ta' Tisħin, Ventilazzjoni u Arja Kundizzjonata (HVAC), refriġerazzjoni, dawl, apparat, enerġija rinnovabbli, monitoraġġ tal-enerġija

Emissjonijiet fl-arja

Dirett

Refriġeranti

Katina ta-Provvista

Indirett

Strateġiji tan-negozju, prijoritizzazzjoni tal-prodott, mekkaniżmi ta' titjib, editjar tal-għażla, kriterji ambjentali, informazzjoni u disseminazzjoni, tikkettar ambjentali (inklużi prodotti tad-ditta proprja (7))

Trasport u loġistika

Dirett/Indirett

Monitoraġġ, akkwist, teħid ta' deċiżjonijiet, modi ta' trasport, netwerk ta' distribuzzjoni, ippjanar, disinn tal-ippakkjar

Skart

Dirett

Skart mill-ikel, ippakkjar, sistemi ta' ritorn

Materjali u r-riżorsi

Dirett

Konsum tal-karta

Ilma

Dirett

Ġbir u trattament tal-ilma tax-xita

Influwenza fuq il-konsumaturi

Indirett

Aspetti ambjentali assoċjati mal-konsum, eż. boroż tal-plastik

Konsegwentement, l-“Aqwa Prattiki ta' Ġestjoni Ambjentali (BEMPs)” ippreżentati ġew miġbura kif ġej:

BEMPs biex titjieb il-prestazzjoni tal-enerġija, inkluża l-ġestjoni tar-refriġeranti

BEMPs biex titjieb is-sostenibbiltà ambjentali tal-katini tal-provvista għall-konsumaturi

BEMPs biex jitjiebu l-operazzjonijiet tat-trasport u loġistiċi

BEMPs dwar l-iskart

BEMPs oħra (tnaqqis fil-konsum u l-użu ta' karta aktar ekoloġika għall-pubblikazzjonijiet kummerċjali, il-ġbir u l-użu mill-ġdid tal-ilma tax-xita, u influwenza fuq l-imġiba ambjentali tal-konsumatur).

Il-BEMPs ikopru l-aktar aspetti ambjentali sinifikanti tas-settur.

3.   L-AQWA PRATTIKI TA' ĠESTJONI AMBJENTALI, L-INDIKATURI TAL-PRESTAZZJONI AMBJENTALI SETTORJALI U L-PARAMETRI REFERENZJARJI TA' EĊĊELLENZA GĦAS-SETTUR TAL-KUMMERĊ BL-IMNUT

3.1.   Il-prestazzjoni tal-enerġija inkluż il-ġestjoni tar-refriġeranti

3.1.1.   Id-disinn u l-modifika tal-involukru tal-bini għall-iprem prestazzjoni tal-enerġija

Il-BEMP tara li ttejjeb l-involukru tal-bini eżistenti tal-bejjiegħa bl-imnut biex it-telf tal-enerġija jiġi minimizzat għal livell aċċettabbli u fattibbli, permezz tal-applikazzjoni ta' diversi tekniki, bħal dawk murija f'Tabella 3.1. Barra minn hekk, il-BEMP tara li jiġi ottimizzat id-disinn tal-involukru tal-bini sabiex jiġu sodisfatti l-istandards esiġenti li jmorru lil hinn mir-regolamenti eżistenti, speċjalment għal bini ġdidella

Tabella 3.1.

L-elementi tal-involukru tal-bini u t-tekniki assoċjati

L-element tal-involukru

It-teknika

Ħajt/faċċata/bejt/art — saqaf tal-kantini

Tibdil tal-materjali ta' insulazzjoni

Tekniki biex tiżdied il-ħxuna tal-insulazzjoni

Twieqi/ħġieġ

Tibdil għal ħġieġ aktar effiċjenti

Tibdil għal tilari u frejms aktar effiċjenti

Dell

Użu ta' mezzi esterni u interni li jagħtu d-dell

Issikkar tal-arja

Titjib tal-bibien

Bibien li jinfetħu u jingħalqu malajr

Issiġillar

Introduzzjoni ta' sezzjonijiet ta' bafer

Involukru ġenerali

Orjentazzjoni

Manutenzjoni

L-applikabbiltà

Teknikament, dan huwa fattibbli għal kull bini jew unità tal-bini ġdida u eżistenti. L-inkwilini jistgħu jimplimentaw mekkaniżmi biex jinfluwenzaw lis-sidien u għandhom ikunu konxji tal-importanza tal-involukru tal-bini fil-prestazzjoni ambjentali tagħhom. Il-modifika tal-involukru tal-bini teħtieġ investiment sinifikanti. Ġeneralment, din il-BEMP tipproduċi iffrankar ta' spejjeż, iżda ż-żmien biex l-investiment jirrendi huwa twil u, għalhekk, huwa rakkomandabbli li din il-BEMP tiġi applikata flimkien ma' rinnovazzjonijiet maġġuri oħra tal-ħanut (eż. il-format tal-ħanut, id-dawl, is-sigurtà, strutturali, estensjonijiet, eċċ) sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tiegħu.

Ġeneralment l-applikabbiltà ta' din il-BEMP għal intrapriżi żgħar  (8) hija pjuttost limitata, minħabba l-investiment kbir meħtieġ u n-nuqqas ta' influwenza fuq il-karatteristiċi tal-bini.

Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametru referenzjarju ta' eċċellenza

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Parametru referenzjarju ta' eċċellenza

(i1)

L-użu ta' enerġija speċifika tal-ħanut għal kull m2 (żona tal-bejgħ) u s-sena

(i2)

L-użu ta' enerġija speċifika tal-ħanut għal kull m2 (żona tal-bejgħ) u fis-sena f'termini ta' enerġija primarja.

(b1)

L-użu ta' enerġija speċifika għal kull m2 taż-żona tal-bejgħ għat-tisħin, tkessiħ u arja kundizzjonata ta' 0 kWh/m2 sena jew anqas jekk is-sħana li tintilef mir-refriġerazzjoni tista' tiġi rkuprata. Inkella, ta' 40 kWh/m2 sena jew anqas għal bini ġdid u ta' 55 kWh/m2 sena għal bini eżistenti (9)

3.1.2.   Id-disinn tal-bini għal sistemi ġodda u eżistenti ta' Tisħin, Ventilazzjoni u Arja Kundizzjonata

Il-BEMP tara li jiġu modifikati s-sistemi eżistenti tal-HVAC (Tisħin, Ventilazzjoni u Arja Kundizzjonata) sabiex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija u titjieb il-kwalità tal-arja interna. Il-BEMP tara li jiġi ottimizzat id-disinn tas-sistemi tal-HVAC f'bini ġdid, permezz ta' sistemi biex titnaqqas id-domanda għall-enerġija primarja u biex tiżdied l-effiċjenza.

L-applikazzjoni tal-aħjar prattiki tat-tfassil għandhom jippermettu integrazzjoni aħjar fl-involukru tal-bini, jiġi evitat kobor żejjed u l-orjentazzjoni tal-bini tintuża bħala mod kif jiġi minimizzat il-konsum globali tal-enerġija. B'mod partikolari, għal ħwienet ġodda, dawn li ġejjin jistgħu jkunu rilevanti: l-użu tal-ħġieġ, sħana mitlufa mir-refriġerazzjoni, enerġija rinnovabbli, pompi tas-sħana, u sistemi innovattivi oħrajn. Fir-rigward tal-manutenzjoni tal-HVAC il-monitoraġġ tal-kwalità tal-arja fuq ġewwa u s-sistemi ta' ġestjoni tal-enerġija huma meqjusa bħala l-aħjar prattiki.

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli bis-sħiħ għal bini ġdid. Fi kwalunkwe bini eżistenti, is-sistema tal-HVAC tista' tiġi modifikata sabiex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija, għalkemm il-karatteristiċi tal-bini għandhom influwenza fuq l-impatt tal-modifika tas-sistema tal-HVAC. L-influwenza klimatika hija rilevanti ħafna sabiex jintgħażlu liema tekniki jistgħu jiġu implimentati. L-applikazzjoni ta' sistemi ġodda tal-HVAC f'bini eżistenti, eż. l-installazzjoni ta' impjanti ta' koġenerazzjoni, sistemi ta' rkupru tas-sħana u l-kunċetti ta' disinn integrat, bħall-istandard tad-Dar Passiva, tista' tiġi applikata b'mod parzjali bi prestazzjoni ekonomika aċċettabbli. Il-kunċett tal-ħanut għandu influwenza kbira fuq il-prestazzjoni tal-HVAC, speċjalment dawk l-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn marbuta mal-proċess ta' refriġerazzjoni, fejn jista' jiġi rkuprat ammont kbir ta' sħana mitlufa.

Għal intrapriżi żgħar, il-grad ta' influwenza fuq id-disinn tal-HVAC jista' jkun negliġibbli, għalkemm għandhom jipparteċipaw fl-implimentazzjoni u fir-rakkomandazzjoni tal-BEMP deskritta.

Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametru referenzjarju ta' eċċellenza

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Parametru referenzjarju ta' eċċellenza

(i1)

L-użu ta' enerġija speċifika tal-ħanut għal kull m2 (żona tal-bejgħ) u s-sena

(i2)

L-użu ta' enerġija speċifika tal-ħanut għal kull m2 (żona tal-bejgħ) u fis-sena f'termini ta' enerġija primarja.

(b1)

L-użu ta' enerġija speċifika għal kull m2 taż-żona tal-bejgħ għat-tisħin, tkessiħ u arja kundizzjonata ta' 0 kWh/m2 sena jew anqas jekk is-sħana li tintilef mir-refriġerazzjoni tista' tiġi rkuprata. Inkella, ta' 40 kWh/m2 sena jew anqas għal bini ġdid u ta' 55 kWh/m2 sena għal bini eżistenti.

3.1.3.   L-użu ta' kunċetti ta' disinn integrat għall-bini

Il-BEMP hija li jintużaw kunċetti ta' disinn integrat għall-bini kollu jew għal partijiet minnu sabiex titnaqqas id-domanda tal-ħanut għall-enerġija. Kunċetti integrati jimminimizzaw l-użu tal-enerġija u l-ispejjeż assoċjati ta' bini, filwaqt li jinkisbu kundizzjonijiet termali tajbin għall-kumdità għall-okkupanti. Xi rekwiżiti eżemplari qed jidhru fit-Tabella 3.2

Tabella 3.2.

Eżempji ta' rekwiżiti għal kunċetti ta' disinn integrat

Rekwiżiti

Eżempji ta' miżuri sabiex jintlaħqu

Il-ħtieġa tal-enerġija tal-bini għat-tisħin u t-tkessiħ tal-post għandha tkun ta' anqas minn 15 kWh/m2sena

It-tagħbija speċifika tas-sħana m'għandhiex taqbeż l-10 W/m2

Il-bini m'għandux jitlef aktar arja minn 0,6 darbiet il-volum tiegħu fis-siegħa

L-użu totali tal-enerġija primarja ma jistax ikun ogħla minn 120 kWh/m2sena

Titjib fl-insulazzjoni. Valuri-U rakkomandati ta' anqas minn 0,15 W/m2K

Disinn mingħajr pontijiet termali

Valuri-U tat-twieqi ta' anqas minn 0,85 W/m2K

Impermeabbiltà tal-arja. Ventilazzjoni mekkanika bl-irkupru tas-sħana mill-arja tal-egżost

L-installazzjoni ta' sistemi termali solari jew pompi tas-sħana (id-domanda aħħarija għall-enerġija teskludi l-kontribut tal-enerġija solari u ambjentali użata fuq is-sit għall-produzzjoni tas-sħana)

L-applikabbiltà

Normalment il-kunċetti integrati jiġu implimentati waqt id-disinn ta' bini ġdid. Il-kunċett huwa parzjalment adattat għal bini eżistenti, peress li bosta elementi jistgħu jiġu integrati mingħajr spejjeż għoljin ta' investiment. Il-kundizzjonijiet klimatiċi jistgħu jinfluwenzaw ukoll id-deċiżjoni li jiġi applikat dan il-kunċett. Per eżempju, l-istandard tad-Dar Passiva kien ġie prinċipalment żviluppat minn riċerkaturi Ġermaniżi u Żvediżi, iżda jista' jiġi implimentat fi klimi aktar sħan. Il-kost tal-investiment ta' bini ddisinjat skont approċċi integrati eżemplari ma jaqbiżx l-10–15 % tal-kost żejjed meta mqabbel ma' kostruzzjoni konvenzjonali. L-analiżi tal-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja turi li d-disinn tal-bini ta' djar passivi jirrappreżenta l-aktar spiża baxxa tul iċ-ċiklu tal-ħajja, peress li s-sistema ta' tisħin meħtieġa hija relattivament sempliċi u l-potenza termika installata hija limitata.

Għal intrapriżi żgħar, l-użu ta' kunċetti ta' disinn integrat biex tiġi minimizzata d-domanda għall-enerġija ta' bini ġdid jista' jitqies bħala attività ta' akkwist kosteffikaċi, mingħajr ebda restrizzjoni speċifika ħlief għall-investiment żejjed tal-bidu.

Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametru referenzjarju ta' eċċellenza

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Parametru referenzjarju ta' eċċellenza

(i1)

L-użu ta' enerġija speċifika tal-ħanut għal kull m2 (żona tal-bejgħ) u s-sena

(i2)

L-użu ta' enerġija speċifika tal-ħanut għal kull m2 (żona tal-bejgħ) u fis-sena f'termini ta' enerġija primarja.

(b1)

L-użu ta' enerġija speċifika għal kull m2 taż-żona tal-bejgħ għat-tisħin, tkessiħ u arja kundizzjonata ta' 0 kWh/m2 sena jew anqas jekk is-sħana li tintilef mir-refriġerazzjoni tista' tiġi rkuprata. Inkella, ta' 40 kWh/m2 sena jew anqas għal bini ġdid u ta' 55 kWh/m2sena għal bini eżistenti.

3.1.4.   L-integrazzjoni tar-refriġerazzjoni u l-HVAC

Il-BEMP tara li tiġi rkuprata s-sħana li tintilef miċ-ċiklu ta' refriġerazzjoni u jiġi massimizzat l-użu tagħha. Taħt ċerti ċirkostanzi, il-bejjiegħa bl-imnut tal-ikel jistgħu jipproduċu sħana żejda anke wara li jkunu użaw is-sħana għat-tisħin tal-post, li tista' titwassal lejn partijiet oħra tal-istess bini jew lil bini ieħor.

L-applikabbiltà

Il-miżuri għandhom jiġu kkunsidrati għal bini ġdid jew eżistenti tal-bejjiegħa bl-imnut tal-ikel u l-operat ta' dawn is-sistemi jkollhom riżultati differenti skont fatturi differenti:

normalment il-ħwienet tal-bejjiegħa bl-imnut kbar ma jkunux f'bini weħidhom. Għalhekk, il-“viċinanzi” (eż. ħwienet żgħar f'ċentru kummerċjali) huma konsumatur potenzjali tas-sħana żejda. Bħala regola ġenerali, ħanut tal-ikel b'tagħbija tipika ta' refriġerazzjoni u b'involukru ottimizzat jista' jirkupra biżżejjed enerġija biex isaħħan id-doppju tas-superfiċje tiegħu stess.

l-elementi kollha tas-sistema tal-HVAC għandhom jiġu ddisinjati u mantnuti korrettament. L-irkupru tas-sħana mill-arja tal-egżost, il-kontroll fuq talba (on-demand) tal-ventilazzjoni b'sensers tas-CO2 u l-monitoraġġ tal-impermeabbiltà tal-arja u tal-kwalità tal-arja fuq ġewwa huma tekniki ferm rakkomandati.

It-tagħbija tar-refriġerazzjoni: ħwienet iżgħar joffru aktar prodotti mkessħa għal kull metru kwadru tal-erja tal-bejgħ u l-effiċjenza fir-refriġerazzjoni hija aktar baxxa. Barra minn hekk, it-tendenza li jiżdied l-ammont ta' prodotti mkessħin disponibbli hija importanti wkoll. Id-daqs tal-ħanut ma jinfluwenzax l-applikabbiltà teknika tal-approċċi integrati, iżda l-kosteffiċjenza tas-sistema sħiħa hija aktar baxxa għall-ħwienet żgħar.

fi klimi kesħin, it-tagħbija għar-refriġerazzjoni hija aktar baxxa milli għal reġjuni aktar sħan. Fl-istess waqt, id-domanda għas-sħana ta' bini fl-Ewropa tat-Tramuntana hija għolja, u għalhekk l-integrazzjoni tiddependi fuq il-kwalità tal-involukru tal-bini. Għall-klimi l-aktar sħan, eż. il-pajjiżi Mediterranji tal-Ewropa, id-domanda għat-tkessiħ tista' tkun sinifikanti ħafna u l-impermeabbiltà tal-arja tal-bini tista' żżid il-gwadanji interni. Għalhekk, huwa meħtieġ li jkun hemm disinn ottimizzat tal-ventilazzjoni. It-tkessiħ mekkaniku billejl u temperatura varjabbli fuq ġewwa (eż. 21–26 °C) huma wkoll tekniki rakkomandati.

It-temperatura ambjentali: fl-integrazzjoni taċ-ċiklu ta' refriġerazzjoni, hemm limitu fuq it-temperatura ambjentali, li jiddependi fuq id-disinn tas-sistema, fejn ir-rata tal-ġenerazzjoni tas-sħana mitlufa ma tkunx biżżejjed biex iżżomm temperatura komda ġewwa l-bini. Jista' jkun hemm il-ħtieġa ta' sors addizzjonali ta' tisħin iżda, għal darb'oħra, dan jiddependi fuq il-kwalità tal-involukru tal-bini.

Is-sjieda tal-bini: ħafna ħwienet huma integrati f'bini residenzjali jew kummerċjali, li jappartjeni għal parti terza. Għalhekk, l-integrazzjoni aħjar tal-irkupru tas-sħana għandha tinvolvi lis-sidien attwali tal-bini

Din il-BEMP hija applikabbli għal kwalunkwe sistema ġdida u eżistenti ta' refriġerazzjoni li se tiġi installata fi ħwienet ġodda jew rinnovati, u hija kompletament applikabbli għal intrapriżi żgħar (minħabba l-kundizzjonijiet ta' hawn fuq). Madankollu, kumpanniji żgħar jistgħu jeħtieġu li jesternalizzaw l-assistenza teknika.

Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametru referenzjarju ta' eċċellenza

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Parametru referenzjarju ta' eċċellenza

(i1)

L-użu ta' enerġija speċifika tal-ħanut għal kull m2 (żona tal-bejgħ) u s-sena

(i3)

Is-sħana rkuprata mis-sistema tar-refriġerazzjoni għal kull m2 (żona tal-bejgħ) u fis-sena.

(b2)

L-użu ta' enerġija għat-tisħin tal-post ta' 0 kWh/m2 sena (fin-nuqqas ta' sistema ta' tisħin), jekk is-sħana mitlufa mir-refriġerazzjoni tista' tiġi rkuprata.

3.1.5.   Il-monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-ħwienet

Il-BEMP hija li jiġi mmonitorjat l-użu tal-enerġija tal-proċessi ġewwa ħanut (tal-anqas tal-aktar proċessi li jikkunsmaw enerġija bħat-tisħin, ir-refriġerazzjoni, id-dwal, eċċ.), kif ukoll fil-livell tal-ħanut u/jew tal-organizzazzjoni. Barra minn hekk, hija BEMP li jiġi stabbilit parametru referenzjarju tal-konsum tal-enerġija (għal kull proċess) u li jiġu implimentati miżuri preventivi u korrettivi.

L-applikabbiltà

Sistema ta' monitoraġġ tista' tiġi applikata għal kwalunkwe kunċett ta' bejgħ. Jekk ma jkunx hemm struttura xierqa ta' ġestjoni tan-negozju tkun meħtieġa l-allokazzjoni ta' riżorsi addizzjonali. Għall-ħwienet eżistenti din il-prattika tista' teħtieġ sforzi addizzjonali.

Intrapriżi żgħar li jiġġestixxu ħanut uniku jew ftit ħwienet jistgħu jeħtieġu struttura tajba ta' ġestjoni tan-negozju u approċċi ta' responsabbiltà kondiviża sabiex tiġi stabbilita u tinżamm sistema adegwata ta' monitoraġġ. Għall-ħwienet eżistenti jista' jkun hemm problemi ta' affordabbiltà għall-applikazzjoni ta' din il-BEMP.

Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Parametri referenzjarji ta' eċċellenza

(i4)

L-implimentazzjoni ta' sistema ta' monitoraġġ (iva/le)

(i5)

Il-perċentwal tal-ħwienet ikkontrollati

(i6)

L-għadd ta' proċessi ikkontrollati

(b3)

100 % tal-ħwienet u l-proċessi jkunu mmonitorjati u l-figuri dwar l-użu tal-enerġija jiġu rappurtati fuq bażi annwali (abbażi tal-eżitu ta' eżerċizzju annwali ta' awditjar) (*).

(b4)

L-implimentazzjoni ta' mekkaniżmi ta' valutazzjoni komparattiva.

3.1.6.   Refriġerazzjoni effiċjenti, inkluż l-użu tar-refriġeranti

Il-BEMP hija li jiġu implimentati miżuri li jiffrankaw l-enerġija fis-sistema ta' refriġerazzjoni ta' ħanut tal-ikel, speċjalment il-kopertura tal-vetrini għall-wiri tar-refriġerazzjoni b'għotjien tal-ħġieġ, meta l-potenzjal għall-iffrankar tal-enerġija jipproduċi benefiċċji ambjentali rilevanti.

Il-BEMP tara li fil-ħwienet tal-ikel jintużaw refriġeranti naturali, peress li b'hekk l-impatt ambjentali jiġi sostanzjalment imnaqqas, u li jiġu evitati tnixxijiet billi jiġi żgurat li l-installazzjonijiet ikunu ssiġillati sew u miżmuma tajjeb.

L-applikabbiltà

Din il-prattika hija applikabbli għall-bejjiegħa bl-imnut tal-ikel b'tagħbija sinifikanti ta' refriġerazzjoni. L-għata tal-kabinetti tista' tirrendi wara żmien qasir (anqas minn tliet snin) meta l-iffrankar previst ikun ta' 20 % jew ogħla. L-għata tal-vetrini għall-wiri jista' wkoll ikollha impatt fuq l-imġiba termali tal-ħanut, kif ukoll fuq l-umdità tal-ambjent ta' ġewwa. Barra minn hekk, l-applikazzjoni ta' refriġeranti naturali, apparti mill-benefiċċju ambjentali, tista' tnaqqas il-konsum tal-enerġija taħt ċerti ċirkostanzi tal-operat tal-ħwienet tal-ikel.

L-applikabbiltà għal intrapriżi żgħar tista' tkun ristretta għall-organizzazzjonijiet li jużaw sistemi kummerċjali ta' refriġerazzjoni, kemm sistemi plug-in u remoti.

Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametru referenzjarju ta' eċċellenza

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Parametru referenzjarju ta' eċċellenza

(i1)

L-użu ta' enerġija speċifika tal-ħanut għal kull m2 (żona tal-bejgħ) u s-sena

(i7)

L-użu ta' enerġija speċifika (lineari) ta' refriġerazzjoni għal kull metru ta' vetrini għall-wiri u fis-sena.

(i8)

Il-perċentwal tal-ħwienet li jużaw refriġeranti naturali.

(i9)

Il-kontroll tat-tnixxija (% ta' refriġeranti).

(b5)

Armarji b'temperatura baxxa li jkunu mgħottija 100 %.

(b6)

L-użu ta' 100 % ta' żoni ta' tkessiħ (eż. f'cash and carry) jew għata ta' 100 % ta' refriġerazzjoni b'temperatura medja fejn din tista' twassal għal iffrankar tal-enerġija ta' aktar minn 10 %.

(b7)

L-użu ta' enerġija speċifika (lineari) ta' refriġerazzjoni ta' 3 000 kWh/m sena.

(b8)

L-użu ġenerali ta' refriġeranti naturali.

3.1.7.   Dawl effiċjenti

Il-BEMP tara li jiġu ddisinjati strateġiji intelliġenti tad-dawl b'titjib fl-effiċjenza u tnaqqis fil-konsum, biex jintuża d-dawl tax-xemx mingħajr ma jiġi affettwat il-kunċett tal-bejgħ u biex jintużaw kontrolli intelliġenti, disinn xieraq tas-sistema u l-aktar apparat tad-dawl effiċjenti biex jiġu żgurati livelli ottimali ta' dawl.

L-applikabbiltà

Din it-teknika hija applikabbli għal kwalunkwe kunċett ta' bejgħ. Id-dawl speċifiku għall-finijiet ta' kummerċjalizzazzjoni huwa affettwat ukoll. Madankollu, l-influwenza ta' żieda fl-ammont ta' ħġieġ, li jippermetti l-użu ulterjuri tad-dawl tax-xemx, fuq il-bilanċ termali tal-ħanut għandha tiġi kkunsidrata b'attenzjoni. Id-definizzjoni ta' strateġija ottimali ta' dawl u l-użu tal-aktar apparat effiċjenti jistgħu jwasslu għal iffrankar ta' aktar minn 50 % meta mqabbel mal-prestazzjoni attwali.

L-użu ta' sistemi intelliġenti tad-dawl u tagħmir effiċjenti huwa fattibbli għal intrapriżi żgħar.

Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametru referenzjarju ta' eċċellenza

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Parametru referenzjarju ta' eċċellenza

(i1)

L-użu ta' enerġija speċifika tal-ħanut għal kull m2 (żona tal-bejgħ) u s-sena

(i10)

Il-qawwa tad-dawl installat għal kull m2.

(b9)

Il-qawwa tad-dawl installat ta' anqas minn 12 W/m2 għas-supermarkets u ta' 30 W/m2 għall-ħwienet speċjalizzati (10).

3.1.8.   Miżuri sekondarji għal titjib fil-prestazzjoni tal-enerġija

Il-BEMP tara li jiġu implimentati miżuri li jiffrankaw l-enerġija f'ċentri ta' distribuzzjoni, li perjodikament jiġi awditjat l-użu tal-enerġija fi ħdan is-sistema tal-ġestjoni ambjentali, li l-persunal jiġi mħarreġ dwar l-iffrankar tal-enerġija u li l-isforzi tal-organizzazzjoni fir-rigward tal-iffrankar tal-enerġija jiġu komunikati internament u esternament.

L-applikabbiltà

M'hemm l-ebda limitu fuq id-daqs, it-tip jew il-lokazzjoni ġeografika tal-bejjiegħ bl-imnut biex jistabbilixxi sistema komprensiva tal-ġestjoni tal-enerġija, filwaqt li jitqiesu l-apparat, iċ-ċentri ta' distribuzzjoni, l-użi tal-enerġija speċifika jew il-komunikazzjoni u t-taħriġ.

Għal intrapriżi żgħar, l-akkwist ta' tagħmir effiċjenti, it-taħriġ tal-persunal u l-komunikazzjoni huma miżuri fattibbli u affordabbli.

Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametru referenzjarju ta' eċċellenza

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Parametru referenzjarju ta' eċċellenza

(i1)

L-użu ta' enerġija speċifika tal-ħanut għal kull m2 (żona tal-bejgħ) u s-sena

(i10)

Il-qawwa tad-dawl installat u/jew tal-apparat għal kull m2.

(i11)

is-sistema stabbilita għall-ġestjoni tal-enerġija (11) biex jiġi promoss titjib kontinwu (iva/le).

(b10)

Monitoraġġ ta' 100 % taċ-ċentri ta' distribuzzjoni li jfornu esklussivament lill-bejjiegħ bl-imnut.

3.1.9.   L-użu ta' sorsi alternattivi tal-enerġija

Wara li tiġi minimizzata d-domanda għall-enerġija, il-BEMP tara li jiġu integrati s-sorsi ta' enerġija rinnovabbli fil-ħwienet. Meta d-domanda għall-enerġija tiġi sodisfatta b'enerġija rinnovabbli din għandha benefiċċji ambjentali sostanzjali. Madankollu, huwa kruċjali li l-ewwel tiġi mnaqqsa d-domanda għall-enerġija u tiżdied l-effiċjenza kif spjegat f'3.1.1 sa 3.1.8 u mbagħad jiġu integrati s-sorsi ta' enerġija rinnovabbli għad-domanda li jifdal għall-enerġija. Għandha tiġi kkunsidrata wkoll l-implimentazzjoni ta' pompi tas-sħana u sistemi ta' sħana u elettriku kkombinati.

L-applikabbiltà

Fil-prinċipju, huwa applikabbli għal kwalunkwe format ta' ħanut. Limitazzjonijiet importanti huma d-disponibbiltà ta' sorsi rinnovabbli, l-aċċessibbiltà ta' installazzjonijiet mal-art jew fuq il-bejt u stabilità fid-domanda għal sistemi ta' sħana u elettriku kkombinati.

Ix-xiri ekoloġiku jista' jkun soluzzjoni tajba għall-mikrointrapriżi. Għal intrapriżi żgħar, l-użu ta' enerġija rinnovabbli jew ta' sorsi alternattivi oħra huwa realistiku.

Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametru referenzjarju ta' eċċellenza

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Parametru referenzjarju ta' eċċellenza

(i12)

Il-ġenerazzjoni ta' enerġija alternattiva speċifika fuq il-post jew fil-qrib għal kull m2 taż-żona tal-bejgħ għal kull sors ta' enerġija.

(i13)

Il-perċentwal tal-enerġija rinnovabbli prodotta fil-post jew fil-qrib tal-użu tal-enerġija tal-ħanut (12).

(b11)

Li jkun hemm bini (ħwienet jew ċentri ta' distribuzzjoni) b'użu ta' kważi żero enerġija fejn il-kundizzjonijiet lokali jippermettu l-produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli fuq il-post jew fil-qrib.

3.2.   Il-katina tal-provvista fis-settur tal-bejgħ bl-imnut

Image

3.2.1.   L-integrazzjoni tas-sostenibbiltà ambjentali fil-katina tal-provvista fl-istrateġija u l-operat tan-negozju

Il-BEMP tara li l-maniġment superjuri jintegra s-sostenibbiltà ambjentali tal-katina tal-provvista fl-istrateġija tan-negozju, u li jkun hemm persunal dedikat tal-maniġment (idealment f'unità dedikata) biex jikkoordina l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet meħtieġa fost l-operazzjonijiet għall-konsumaturi. L-azzjonijiet għandhom tal-anqas ikunu koordinati fost individwi jew dipartimenti responsabbli għall-akkwist, il-manifattura, l-assigurazzjoni tal-kwalità, it-trasport u l-loġistika, u l-kummerċjalizzazzjoni. It-twaqqif ta' miri kwantitattivi tas-sostenibilità ambjentali li jiġu komunikati b'mod wiesgħa u li jkollhom piż kbir fuq il-proċess deċiżjonali korporattiv huwa ta' importanza partikulari, kemm bħala indikatur u biex jixpruna azzjonijiet biex titjieb is-sostenibbiltà ambjentali fil-katina tal-provvista. Is-sekwenza tal-azzjonijiet tal-aħjar prattika għat-titjib sistematiku fil-katini tal-provvista tal-prodotti, determinata skont l-ordni kronoloġika u l-effikaċja ambjentali, hija proposta fil-Figura 3.1. Il-BEMP hija l-implimentazzjoni ta' din is-sekwenza ta' azzjonijiet (li tirrifletti wkoll il-BEMPs deskritti sussegwentement).

L-applikabbiltà

L-integrazzjoni ta' strateġija ambjentalment sostenibbli tal-katina tal-provvista fl-istruttura u l-operat tal-ġestjoni tal-bejgħ bl-imnut hija possibbli għal kwalunkwe bejjiegħ bl-imnut. Għal bejjiegħa bl-imnut kbar, din il-BEMP hija aktar kumplessa u teħtieġ taħriġ u riorganizzazzjoni estensiva biex jiġu stabbiliti prijoritajiet ambjentalment sostenibbli ta' provenjenza. L-integrazzjoni tal-ġestjoni tas-sostenibbiltà ambjentali tal-katina tal-provvista f'organizzazzjonijiet tal-bejgħ bl-imnut tista' ttejjeb il-prestazzjoni ekonomika fit-tul, billi tinħoloq identità tad-ditta li hija b'saħħitha u b'valur miżjud, u billi jiġu żgurati provvisti effiċjenti u sostenibbli tal-prodott fil-futur.

Għal intrapriżi żgħar, dawn l-azzjonijiet jistgħu jkunu relattivament sempliċi biex jiġu implimentati u jistgħu jkunu marbuta ma' bidla fil-pożizzjonament fis-suq biex jiġi enfasizzat assortiment aktar sostenibbli u b'valur miżjud tal-prodott.

Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametru referenzjarju ta' eċċellenza

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Parametru referenzjarju ta' eċċellenza

(i14)

Rappurtar pubbliku tal-miri korporattivi kwantitattivi speċifikament relatati ma' titjib fis-sostenibbiltà ambjentali tal-katini tal-provvista ta' prodotti prijoritarji

(i15)

Il-preżenza ta' unità kummerċjali ta' livell għoli b'responsabiltà għall-promozzjoni u l-koordinazzjoni tal-azzjonijiet għas-sostenibbiltà ambjentali tal-katina tal-provvista

(i16)

Miri interni u kwantitattivi tal-prestazzjoni (eż. għal impjegati individwali) speċifikament relatati mas-sostenibbiltà ambjentali tal-katini tal-provvista

(b12)

L-implimentazzjoni sistematika ta' programmi ta' titjib fil-katini tal-provvista fost gruppi ta' prodotti prijoritarji

3.2.2.   Il-valutazzjoni tal-katini tal-provvista tal-prodotti ewlenin biex jiġu identifikati l-prodotti prijoritarji, il-fornituri u l-possibilitajiet ta' titjib u biex jiġu identifikati mekkaniżmi effettivi għal titjib fil-katini tal-provvista tal-prodotti

Skont is-sekwenza tal-BEMPs applikabbli għal titjib ambjentali fil-katini tal-provvista tal-bejgħ bl-imnut (Figure 3.1), il-bejjiegħa bl-imnut għandhom jidentifikaw il-prodotti prijoritarji, il-proċessi u l-fornituri għal titjib permezz ta' valutazzjoni ambjentali tal-katini tal-provvista tal-prodott, permezz tal-użu ta' informazzjoni xjentifika eżistenti, konsultazzjoni ma' esperti (eż. NGOs), u għodod ta' valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja. Imbagħad, il-bejjiegħa bl-imnut għandhom jidentifikaw il-possibiltajiet relevanti ta' titjib disponibbli għall-gruppi ta' prodotti prijoritarji. Aspett importanti ta' dan huwa l-identifikazzjoni ta' standards ambjentali rilevanti rikonoxxuti b'mod estensiv ta' partijiet terzi li jistgħu jintużaw biex jindikaw livelli ogħla ta' prestazzjoni ambjentali tal-fornitur u/jew tal-prodott. L-applikabbiltà u l-livell ta' protezzjoni ambjentali rappreżentati minn dawn l-istandards ivarjaw konsiderevolment.

Xi standards jistgħu jiġu applikati b'mod wiesa' (Tabella 3.4 sa Tabella 3.7) u l-aħjar prattika għalihom hija li jiġi żgurat li l-fornituri/prodotti kollha jkunu ċertifikati magħhom. Id-Direttiva dwar it-Tikkettar tal-Enerġija 2010/30/UE ħolqot qafas legali li jippermetti lill-konsumaturi iżda wkoll lill-bejjiegħa bl-imnut biex jikkonċentraw il-portafoll tal-prodotti tagħhom fuq l-ogħla klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija. Standards oħra mhumiex ibbażati fuq kriterji li jistgħu jiġu applikati b'mod wiesa' biex titjieb is-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti u tal-fornituri kollha, iżda minflok ifittxu li jidentifikaw prodotti li jinsabu minn ta' quddiem (Tabella 3.3). Per eżempju, l-Ekotikketta tal-UE tingħata lil prodotti li juru prestazzjoni ambjentali tul iċ-ċiklu tal-ħajja li hija ekwivalenti għall-ogħla 10-20 % tal-prodotti fil-kategorija rilevanti. L-aħjar prattika għal standards b'rekwiżiti għolja, bħat-tikketti ambjentali ISO tat-tip-I (14) u l-istandards organiċi, hija li tiġi promossal-għażla tagħhom mill-konsumaturi.

Tabella 3.3.

Eżempji illustrattivi u mhux eżawrjenti ta' “prodott ambjentali” li jinsabu minn ta' quddiem fl-istandards ta' ċertifikazzjoni u l-grupp tal-prodotti li għalihom japplikaw

Standard

Gruppi ta' prodotti

Blue Angel

Ekotikketta tal-UE

Nordic Swan

Tikkettar tal-Enerġija tal-UE (l-għola klassi ta' effiċjenza)

Prodotti mhux tal-ikel

Organiku (skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 (15) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (16)). Jinkludi GOTS, KRAV, Soil Association, BioSuisse, eċċ.

Prodotti tal-ikel u tal-fibra naturali

Għal standards li huma applikabbli b'mod wiesa', ġiet proposta skema sempliċi ta' klassifikazzjoni, li bħala eżempji tuża ċerti standards komunement użati. Tabella 3.4 tagħti dettalji tal-kriterji proposti obbligati minn dawn l-istandards għall-prodotti u l-manifattura tagħhom sabiex dawn l-istandards ikunu jistgħu jitqiesu bħala “bażiċi”, “imtejba” jew “eżemplari”.

Tabella 3.4

Kriterji ta' klassifikazzjoni proposti għal standards “bażiċi”, “imtejba” u “eżemplari” għal prodotti li jinbiegħu minn bejjiegħa bl-imnut

Bażiċi

Imtejba

Eżemplari

konformità mar-regolamenti lokali

żamma ta' rekords għal aspetti ambjentali importanti

implimentazzjoni ta' pjan ta' ġestjoni ġenerali

f'xi każijiet, l-esklużjoni tal-aktar prattiki jew prodotti li jagħmlu ħsara

f'xi każijiet, parametri referenzjarji għal minoranza ta' aspetti ambjentali importanti

prattiki speċifiċi ta' ġestjoni assoċjati ma' konformità sinifikanti fit-titjib ambjentali

b'parametri referenzjarji kwantitattivi tal-prestazzjoni ambjentali

titjib kontinwu muri fi ħdan qafas speċifiku

rekwiżiti speċifiċi li jindirizzaw l-aspetti ambjentali importanti b'mod qawwi u komplet biżżejjed li l-prodotti ċertifikati jistgħu jiġu definiti bħala ambjentalment sostenibbli

Eżempji ta' standards ambjentali bażiċi, imtejba u eżemplari, u l-gruppi ta' prodotti li għalihom japplikaw, huma elenkati fit-Tabella 3.5, Tabella 3.6 u t-Tabella 3.7, rispettivament.

It-tabelli 3.5, 3.6, 3.7 u 3.8 fihom eżempji illustrattivi u mhux eżawrjenti li ma jikkostitwixxu l-ebda approvazzjoni uffiċjali ta' standards “bażiċi”, “imtejba” u “eżemplari” għal gruppi ta' prodotti.

Tabella 3.5

Eżempji illustrattivi u mhux eżawrjenti ta' standards ambjentali “bażiċi” u l-gruppi ta' prodotti li japplikaw għalihom

Standard

Gruppi ta' prodotti

GlobalGAP (Prattika Agrikola Tajba) u standards referenzjati

Għelejjel u bhejjem

Oeko-Tex 1000

Tessuti

Ċertifikazzjoni ta' produzzjoni nazzjonali/reġjonali (eż. iċ-ċertifikazzjoni ta' oriġini Brittannika Red Tractor)

Il-prodotti kollha

Lista ħamra tal-ħut (deselezzjoni)

Ħut


Tabella 3.6

Eżempji illustrattivi u mhux eżawrjenti ta' standards u inizjattivi ambjentali “imtejba” u l-gruppi ta' prodotti li japplikaw għalihom

Standards u inizjattivi

Gruppi ta' prodotti

BCI (Inizjattiva għal Qoton Aħjar)

Prodotti tal-qoton

BCRSP (Kriterji ta' Basel dwar il-Produzzjoni Responsabbli tas-Soja)

Soja (għalf li jsostni l-ħalib, il-bajd u l-laħam)

BSI (Inizjattiva għal Kannamieli Aħjar)

Prodotti taz-zokkor

4C (Kodiċi Komuni għall-Assoċjazzjoni tal-Komunità tal-Kafè)

Kafè

Kummerċ ġust

Prodotti agrikoli minn reġjuni li qed jiżviluppaw

RA (Alleanza tal-Foresta Pluvjali)

Prodotti agrikoli mit-tropiċi

RSPO (Laqgħat dwar Żejt tal-Palm Sostenibbli)

Prodotti taż-żejt tal-palm

PEFC (Programm għall-Approvazzjoni taċ-Ċertifikazzjoni tal-Forestrija)

Injam u karta

RTRS (Laqgħat dwar Soja Sostenibbli)

Soja (għalf li jsostni l-ħalib, il-bajd u l-laħam)

UTZ

Kakaw, kafè, żejt tal-palm, te


Tabella 3.7

Eżempji illustrattivi u mhux eżawrjenti ta' standards u inizjattivi ambjentali “eżemplari” u l-gruppi ta' prodotti li japplikaw għalihom

Standard

Gruppi ta' prodotti

FSC (Kunsill dwar id-Dispensar tal-Foresti)

Injam u karta

MSC (Kunsill dwar id-Dispensar Marittimu)

Frott tal-baħar li jinqabad fl-ambjent naturali tiegħu

Fejn l-istandards li jistgħu jiġu applikati b'mod wiesa' mhumiex disponibbli, l-aħjar prattika tal-bejjiegħa bl-imnut hija li fi ftehimiet kuntrattwali jiġu speċifikati l-kriterji ambjentali li jindirizzaw il-karatteristiċi ambjentali importantissimi fil-katina tal-provvista, jew biex ikun hemm intervent biex titjieb il-prestazzjoni tal-katina tal-provvista permezz tat-tixrid tal-aħjar prattika u valutazzjoni komparattiva tal-prestazzjoni ambjentali.

L-applikabbiltà

Kwalunkwe bejjiegħ bl-imnut jista' jidentifika l-aktar mekkaniżmi effiċjenti ta' titjib fil-katina tal-provvista. Għal bejjiegħa bl-imnut kbar li jkollhom prodotti tad-ditta proprja, jistgħu jiġu applikati l-aspetti kollha ta' din il-BEMP.

Għal intrapriżi żgħar, din it-teknika hija ristretta għall-identifikazzjoni ta' prodotti prijoritarji għall-editjar tal-għażla (choice editing) jew l-akkwist ekoloġiku abbażi ta' ċertifikazzjoni minn parti terza. L-implimentazzjoni ta' approċċ sistematiku u mmirat maż-żmien ma tkunx tinvolvi nefqa sinifikanti.

Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametru referenzjarju ta' eċċellenza

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Parametru referenzjarju ta' eċċellenza

(i17)

Il-perċentwal tal-bejgħ totali rappreżentat minn prodotti minn katini tal-provvista li ġew ambjentalment imtejba permezz tal-użu ta' ċertifikazzjoni, jew standards tal-bejjiegħa bl-imnut, jew b'intervent.

(i18)

L-għadd ta' katini tal-provvista ta' prodotti prijoritarji li ġew estensivament imtejba ambjentalment (il-prodotti mtejba jirrappreżentaw tal-anqas 50 % tal-valur tal-bejgħ fi ħdan il-grupp) permezz tal-applikazzjoni ta' tekniki tal-aħjar prattika.

(b13)

L-implimentazzjoni ta' valutazzjoni sistematika (indipendentement jew permezz ta' konsorzji) tal-katini tal-provvista tal-prodotti ewlenin

3.2.3.   L-editjar tal-għażla u l-akkwist ekoloġiku ta' gruppi ta' prodotti prijoritarji abbażi ta' ċertifikazzjoni minn parti terza

Il-BEMP hija li jiġu esklużi l-aktar prodotti insostenibbli (eż. speċi fil-periklu), u teħtieġ ċertifikazzjoni wiesgħa (jiġifieri mira ta' 100 % tas-sehem tal-bejgħ) skont standards ambjentali ta' parti terza għal prodotti li jkunu ġew identifikati bħala prijoritajiet għal titjib ambjentali. Standards ambjentali japplikaw għal prodotti u/jew fornituri, u huma kklassifikati b'mod wiesa' bħala bażiċi, imtejba jew eżemplari skont ir-rigorożità u l-komprensività tar-rekwiżiti ambjentali (ara Tabella 3.8 għal eżempji illustrattivi u mhux eżawrjenti). Il-BEMP hija li jiġi applikat l-ogħla livell ta' standard ambjentali rikonoxxut sew li jkun disponibbli.

Tabella 3.8

Eżempji illustrattivi u mhux eżawrjenti tal-aħjar prattika li tirfed il-parametri referenzjarji ta' eċċellenza għal din il-BEMP fost il-gruppi ta' prodotti

Grupp ta' prodotti

Eżempji tal-aħjar prattika

(ishma attwali jew fil-mira mill-bejgħ għal standards differenti)

Kafè, te

100 % Kummerċ ġust; 100 % 4C

Frott u ħaxix

100 % Global GAP

Xaħmijiet u żjut

100 % RSPO; 100 % RTRS

Frott tal-baħar

100 % MSC

Zokkor

100 % Kummerċ ġust

Tessuti

100 % BCI

Injam u karta

100 % FSC

L-applikabbiltà

Din il-BEMP tapplika għall-bejjiegħa bl-imnut kollha. Il-parametru referenzjarju ta' eċċellenza huwa espress fir-rigward ta' prodotti bil-marka proprja li jinbiegħu minn bejjiegħa bl-imnut akbar.

Intrapriżi żgħar li ma jkollhomx firxa ta' prodotti bil-marka proprja għandhom jevitaw l-aktar prodotti li jagħmlu ħsara lill-ambjent (eż. speċi ta' ħut fil-periklu) u prodotti stock branded li jkunu ġew ċertifikati skont standards ambjentali rilevanti (eż. Tabella 3.3).

L-istandards ambjentali ta' partijiet terzi jistgħu ma jkoprux l-aspetti u l-proċessi ambjentali rilevanti kollha tul il-katina tal-provvista, u m'hemmx standards ambjentalment rigorużi, applikabbli b'mod wiesa' disponibbli għall-gruppi kollha ta' prodotti. Il-gruppi ta' prodotti li mhumiex imsemmija fit-Tabella 3.8 jistgħu jkunu mmirati għal titjib fil-katina tal-provvista permezz tal-infurzar tar-rekwiżiti tal-prodott/fornitur, l-intervent tal-bejjiegħ bl-imnut (eż. valutazzjoni komparattiva tal-fornituri) u l-promozzjoni ta' “prodotti ekoloġiċi” li jkunu jinsabu minn ta' quddiem, kif deskritt fil-BEMPs sussegwenti.

Jekk iċ-ċertifikazzjoni ambjentali tkun speċifikata bħala kriterju “li jikkwalifika l-ordni”, l-ispejjeż ta' konformità u taċ-ċertifikazzjoni jinġarru mill-fornituri u ma jiġux mgħoddija lill-bejjiegħa bl-imnut. Madankollu, l-aħjar prattika tinkludi li l-bejjiegħa bl-imnut jipprovdu appoġġ lil fornituri eżistenti biex jiksbu ċ-ċertifikazzjoni, u f'dan il-każ l-ispejjeż jinqasmu. Għall-fornituri, l-ispejjeż ta' konformità jistgħu jitqiesu bħala investiment biex tiġi estiża l-aċċettazzjoni tal-prodotti tagħhom fis-suq u possibbilment biex jiġu realizzati l-primjums tal-prezzijiet. Għall-bejjiegħa bl-imnut, l-ispejjeż addizzjonali marbuta ma' din it-teknika jistgħu jiġu bbilanċjati kontra t-tnaqqis tar-riskji fil-katina tal-provvista u l-vantaġġi potenzjali tal-prezzijiet u t-tqegħid fis-suq.

Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametru referenzjarju ta' eċċellenza

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Parametru referenzjarju ta' eċċellenza

(i19)

Il-perċentwal tal-prodotti mibjugħa fi ħdan grupp ta' prodotti partikolari li jkunu ċertifikati skont standard ambjentali partikolari ta' parti terza, skont il-valur tal-bejgħ

(i20)

Ir-rigorożità u l-kompletezza ambjentali tal-istandard ta' parti terza, kif indikat b'mod wiesa' mill-kategorizzazzjoni skont standards bażiċi, imtejba jew eżemplari

(i21)

L-għadd ta' gruppi ta' prodotti fejn aktar minn nofs il-bejgħ ikun ċertifikat skont standard ambjentali ta' parti terza

(b14)

Il-bejjiegħ bl-imnut juri progress skont il-pjan fil-kuntest ta' pjan dettaljat biex tinkiseb ċertifikazzjoni ta' 100 % bi standard ambjentali “imtejjeb” (Tabella 3.6) tal-prodotti bil-marka proprja fi ħdan ċerti gruppi ta' prodotti bħal per eżempju, kafè, te, xaħmijiet u żjut, zokkor u tessuti.

(b15)

Il-bejjiegħ bl-imnut juri progress skont il-pjan fil-kuntest ta' pjan dettaljat biex tinkiseb ċertifikazzjoni ta' 100 % b'ċerti gruppi ta' prodotti bi standard ambjentali “eżemplari” (Tabella 3.7) bħal per eżempju:

3.2.4.   L-infurzar ta' rekwiżiti ambjentali għal fornituri ta' gruppi ta' prodotti prijoritarji

Il-BEMP tara li jiġu stabbiliti kriterji ambjentali għall-prodotti prijoritarji u l-fornituri tagħhom, billi jiġu mmirati hotspots ambjentali identifikati, u biex tiġi infurzata l-konformità ta' dawn il-kriterji permezz ta' eżerċizzji ta' awditjar tal-prodott u tal-fornitur.

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għal bejjiegħa bl-imnut kbar u għal prodotti prijoritarji bil-marka proprja. L-awditjar tal-prestazzjoni ambjentali tal-fornitur jista' jiġi integrat f'sistemi ta' awditjar soċjali u ta' kontroll tal-kwalità tal-prodott biex jiġu minimizzati spejjeż addizzjonali. Għall-fornituri, l-ispejjeż ta' konformità jistgħu jiġu bbilanċjati kontra t-titjib fis-sigurtà tad-domanda u titjib fil-kummerċjabbiltà għall-prodotti tagħhom, u kwalunkwe primjums tal-prezzijiet li konsegwentement jistgħu jirrealizzaw. Għall-bejjiegħa bl-imnut, l-ispejjeż jistgħu jiġu bbilanċjati kontra t-tnaqqis fir-riskji reputazzjonali u riskji fuq perjodu medju fil-katina tal-provvista kummerċjali marbuta ma' prattiki insostenibbli, u kontra primjums tal-prezzijiet u tal-kummerċjalizzazzjoni li konsegwentement jistgħu jirrealizzaw.

Din il-BEMP ma tapplikax għal intrapriżi żgħar.

Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametru referenzjarju ta' eċċellenza

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Parametru referenzjarju ta' eċċellenza

(i22)

Il-perċentwal tal-bejgħ ta' prodotti bil-marka proprja fi ħdan grupp ta' prodotti konformi ma' rekwiżiti ambjentali speċifikati.

(i23)

Il-prestazzjoni ambjentali rappreżentata minn dawk ir-rekwiżiti.

(i24)

Il-perċentwal tal-miri ta' konformità, għal gruppi ta' prodotti fejn ikun qiegħed jiġi implimentat programm għal konformità wiesgħa.

(i25)

L-għadd ta' gruppi ta' prodotti fejn aktar minn nofs il-bejgħ ikun konformi ma' rekwiżiti ambjentali speċifiċi.

(b16)

100 % tal-bejgħ ta' prodotti bil-marka proprja fi ħdan grupp ta' prodotti ikun konformi ma' rekwiżiti ambjentali partikulari definiti mill-bejjiegħ bl-imnut.

3.2.5.   Titjib fil-prestazzjoni tal-fornitur permezz ta' valutazzjoni komparattiva u t-tixrid tal-aħjar prattika

Il-BEMP tara li jiġi promoss titjib tal-fornituri billi jiġu stabbiliti sistemi ta' skambju ta' informazzjoni li jistgħu jintużaw biex issir valutazzjoni komparattiva tal-fornituri, u billi jinxterdu prattiki aħjar ta' ġestjoni. L-aħħar aspett jista' jgħin lill-fornitur ikunu konformi ma' standards ta' partijiet terzi u kriterji definiti mill-bejjiegħ bl-imnut.

L-applikabbiltà

Din il-BEMP hija applikabbli għal bejjiegħa bl-imnut kbar u għal prodotti prijoritarji bil-marka proprja. Il-bejjiegħa bl-imnut jistgħu joffru lill-fornituri primjum żgħir fil-prezz biex tiġi mħeġġa l-parteċipazzjoni fi skemi ta' titjib, u jħallsu għall-kollazzjoni tad-dejta u t-tixrid ta' tekniki ta' prattiki aħjar ta' ġestjoni. Dawn l-ispejjeż għandhom jiġu bbilanċjati kontra tnaqqis fir-riskji reputazzjonali u riskji fuq perjodu medju fil-katina tal-provvista kummerċjali marbuta ma' prattiki insostenibbli, u kontra primjums tal-prezzijiet li konsegwentement il-bejjiegħa bl-imnut jistgħu jirrealizzaw. Id-dividendi ta' kwalunkwe titjib identifikat fl-effiċjenza jistgħu jiġu kondiviżi mal-bejjiegħa bl-imnut permezz ta' ftehim kuntrattwali.

Din il-BEMP ma tapplikax għal intrapriżi żgħar.

Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametru referenzjarju ta' eċċellenza

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Parametru referenzjarju ta' eċċellenza

(i26)

Il-perċentwal tal-bejgħ ta' prodotti bil-marka proprja li joriġina minn fornituri li jkunu qed jipparteċipaw fi programmi ta' bejgħ bl-imnut biex itejbu l-prestazzjoni ambjentali.

(i27)

Il-livell tal-prestazzjoni ambjentali rappreżentat minn dawk il-programmi.

(i28)

Il-perċentwal tal-miri tal-fornituri parteċipanti, għal gruppi ta' prodotti fejn ikun qiegħed jiġi implimentat programm ta' titjib tal-fornituri.

(i29)

L-għadd ta' gruppi ta' prodotti fejn aktar minn nofs il-bejgħ joriġina minn fornituri li jkunu qed jipparteċipaw fi programmi ta' bejgħ bl-imnut biex itejbu l-prestazzjoni ambjentali.

(b17)

100 % tal-bejgħ ta' prodotti bil-marka proprja fi ħdan grupp ta' prodotti jkunu nxtraw minn fornituri li jkunu qed jipparteċipaw fi programmi ta' bejgħ bl-imnut biex itejbu l-prestazzjoni ambjentali.

3.2.6.   Riċerka u żvilupp kollaborattivi għall-promozzjoni ta' titjib u innovazzjoni mifruxa fil-katina tal-provvista

Il-BEMP tara li jkun hemm kollaborazzjoni strateġika ma' partijiet interessati oħra biex jiġu identifikati u żviluppati għażliet innovattivi ta' titjib fil-katina tal-provvista, u li jiġu żviluppati standards aċċettati b'mod wiesa'.

L-applikabbiltà

Kull bejjiegħ bl-imnut kbir b'katini tal-provvista bil-marka proprja jista' jikkollabora ma' istituti ta' riċerka jew konsulenzi biex tittejjeb is-sostenibbiltà tal-katina tal-provvista. Il-bejjiegħa bl-imnut jistgħu jiffokaw din ir-riċerka u l-iżvilupp fuq gruppi ta' prodotti li għalihom ma jkun hemm l-ebda possibilità ta' titjib eżistenti li tkun kummerċjalment vijabbli u applikabbli b'mod wiesa'. Din il-prattika tista' titqies bħala investiment biex jiġu żgurati katini tal-provvista li jkunu sostenibbli u ekonomikament kompetittivi.

Din il-BEMP ma tapplikax għal intrapriżi żgħar.

Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Parametri referenzjarji ta' eċċellenza

(i30)

In-nefqa fuq riċerka dwar katini tal-provvista sostenibbli (espressa fir-rigward tal-fatturat);

(i31)

Valutazzjoni kwalitattiva ta' jekk ir-riċerka hijiex immirata lejn possibilitajiet ta' titjib li jkunu innovattivi, skalabbli u b'potenzjal għoli;

(i32)

Titjib ambjentali speċifiku attribwibbli għall-implimentazzjoni tar-riżultati tar-riċerka.

3.2.7.   Il-promozzjoni ta' prodotti li huma ekoloġikament minn ta' quddiem

Il-BEMP tara li jiġu promossi prodotti li ekoloġikament ikunu ċertifikati li jkunu minn ta' quddiem. Il-kampanji ta' sensibilizzazzjoni, l-issorsjar, l-ipprezzar, l-ippożizzjonar fil-ħanut u r-reklamar huma komponenti importanti ta' din it-teknika, li tista' tiġi implimentata b'mod effettiv permezz tal-iżvilupp ta' firxiet ta' prodotti ekoloġiċi bil-marka proprja.

L-applikabbiltà

Il-bejjiegħa bl-imnut kollha jistgħu jistokkjaw u jinkoraġġixxu l-konsum ta' prodotti li ekoloġikament ikunu minn ta' quddiem. Il-bejjiegħa bl-imnut kbar jistgħu jimplimentaw din it-teknika b'mod aktar estensiv, permezz tal-iżvilupp ta' firxiet ta' prodotti ekoloġiċi bil-marka proprja. L-ispejjeż tal-fornituri marbuta maċ-ċertifikazzjoni ta' prodotti bħala minn ta' quddiem jistgħu jiġu mgħoddija lill-bejjiegħa bl-imnut. Prodotti li ekoloġikament ikunu ċertifikati li jkunu minn ta' quddiem huma assoċjati ma' primjums sinifikanti tal-prezzijiet u marġini ogħla ta' profitt. Firxiet ta' prodotti ekoloġiċi bil-marka proprja x'aktarx li jżidu l-bejgħ globali ta' prodotti bil-marka proprja tal-bejjiegħ bl-imnut permezz ta' “effett halo” pożittiv.

Din il-BEMP hija applikabbli għal intrapriżi żgħar.

Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Parametri referenzjarji ta' eċċellenza

(i33)

Il-perċentwal tal-bejgħ fi ħdan grupp ta' prodotti ċertifikat skont standards eżemplari minn ta' quddiem.

(i34)

L-għadd ta' gruppi ta' prodotti li għalihom ikunu qed jiġu offruti prodotti li ekoloġikament ikunu minn ta' quddiem.

(i35)

L-eżistenza ta' firxa estensiva ta' prodotti ekoloġiċi bil-marka proprja (iva/le).

(b18)

10 % tal-bejgħ fi ħdan gruppi ta' prodotti tal-ikel ikun ċertifikat bħala organiku

(b19)

50 % tal-bejgħ tal-qoton ikun ċertifikat bħala organiku

(b20)

10 % tal-bejgħ fi ħdan gruppi ta' prodotti mhux tal-ikel ikun ċertifikat skont tikketti ambjentali uffiċjali verifikati minn parti terza, skont id-definizzjoni tat-Tip-I tal-ISO.

3.3.   Trasport u loġistika

3.3.1.   Akkwist ekoloġiku u rekwiżiti ambjentali għall-fornituri tat-trasport

Il-BEMP tara li l-prestazzjoni ambjentali u l-kriterji ta' rapportar jiġu integrati fl-akkwist ta' servizzi tat-trasport u loġistiċi provduti minn partijiet terzi, inklużi r-rekwiżiti għall-implimentazzjoni tal-BEMPs deskritti f'dan id-dokument.

L-applikabbiltà

Il-bejjiegħa bl-imnut kollha tal-anqas jixtru parti mill-operazzjonijiet tat-trasport u loġistiċi tagħhom minn fornituri terzi, u jistgħu jagħmlu deċiżjonijiet ta' akkwist skont l-effiċjenza jew il-kriterji ambjentali. Madankollu, it-titjib fl-effiċjenza tal-operazzjonijiet tat-trasport u loġistiċi jnaqqas l-ispejjeż operattivi, u jeħtieġ monitoraġġ u rappurtar effettiv. Fornituri terzi effiċjenti tat-trasport ikunu jistgħu joffru servizzi bi prezz aktar baxx lill-bejjiegħa bl-imnut.

Normalment bejjiegħa bl-imnut żgħar jiddependu fuq fornituri terzi.

Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Parametri referenzjarji ta' eċċellenza

(i36)

Il-perċentwal tal-fornituri tat-trasport ċertifikati skont standards relatati mal-ambjent (inkluż reġistrazzjoni fi programmi ta' rappurtar).

(i37)

Il-perċentwal tal-fornituri tat-trasport li jkunu konformi ma' rekwiżiti ambjentali speċifiċi jew mal-BEMPs deskritti f'dan id-dokument.

(b21)

100 % tal-fornituri tat-trasport u l-loġistika (T&L) ikunu konformi jew ma':

(i)

standards relatati mal-ambjent verifikati minn parti terza

(ii)

rekwiżiti ambjentali speċifiċi

(iii)

l-aqwa prattiki ta' ġestjoni ambjentali deskritti f'dan id-dokument.

3.3.2.   Monitoraġġ u rappurtar dwar l-effiċjenza għall-operazzjonijiet kollha tat-trasport u loġistiċi

Il-BEMP hija li jkun hemm rapportar dwar l-effiċjenza u l-prestazzjoni ambjentali tal-operazzjonijiet kollha tat-trasport u loġistiċi bejn il-fornituri tal-ewwel linja, iċ-ċentri ta' distribuzzjoni, il-bejjiegħa bl-imnut u l-faċilitajiet għall-ġestjoni tal-iskart, abbażi ta' monitoraġġ ta' operazzjonijiet interni u dejta pprovduta minn operazzjonijiet minn partijiet terzi.

L-applikabbiltà

Din il-prattika hija applikabbli mill-bejjiegħa bl-imnut kollha. Ir-rapportar dwar operazzjonijiet interni tat-trasport u loġistiċi għandu japplika biss għal bejjiegħa bl-imnut akbar. Monitoraġġ u rappurtar effettiv jeħtieġ investiment żgħir f'sistemi neċessarji tal-informatika u l-ġestjoni iżda jistgħu jidentifikaw possibilitajiet għal titjib fl-effiċjenza tal-operazzjonijiet tat-trasport u loġistiċi.

Għal intrapriżi żgħar, hemm dejta bażika disponibbli dwar il-fatturi medji ta' emissjonijiet għall-modi differenti tat-trasport biex issir stima tal-emissjonijiet.

Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Parametri referenzjarji ta' eċċellenza

(i38)

Emissjonijiet f'tunnellati ekwivalenti għal CO2 fis-sena minn operazzjonijiet tat-trasport u loġistiċi.

(i39)

kg ekwivalenti għal CO2 għal kull m3, jew għal kull pallet trasportat.

(i40)

Jekk il-parametri segwenti humiex qed jiġu rapportati għall-operazzjonijiet tat-trasport u loġistiċi rilevanti kollha:

(i)

l-għadd u l-perċentwal ta' km/tunnellata-kilometru (tkm) permezz ta' modi differenti

(ii)

kg ekwivalenti għal CO2 għal kull tunnellata, għal kull m3 jew għal kull pallet trasportat.

(i41)

Jekk il-parametri segwenti humiex qed jiġu rapportati għall-operazzjonijiet tat-trasport u loġistiċi kollha:

(i)

il-fattur tat-tagħbija tat-trakk (% tal-piż jew il-kapaċità tal-volum)

(ii)

kg ekwivalenti għal CO2 għal kull tkm.

(b22)

Għal 100 % tal-operazzjonijiet ta' T&L bejn il-fornituri tal-ewwel livell, il-ħwienet bl-imnut u l-faċilitajiet għall-ġestjoni tal-iskart, inklużi dawk imwettqa minn fornituri terzi tat-trasport, jiġu rapportati l-indikaturi li ġejjin:

(i)

il-perċentwal tat-trasport permezz ta' modi differenti

(ii)

kg ekwivalenti għal CO2 għal kull m3 jew għal kull pallet trasportat.

(b23)

Għall-operazzjonijiet interni kollha ta' T&L bejn il-fornituri tal-ewwel livell, il-ħwienet bl-imnut u l-faċilitajiet għall-ġestjoni tal-iskart jiġu rapportati l-indikaturi li ġejjin:

(i)

il-fattur tat-tagħbija tat-trakk (% tal-piż jew il-kapaċità tal-volum)

(ii)

kg ekwivalenti għal CO2 għal kull tkm

3.3.3.   L-integrazzjoni tal-effiċjenza fit-trasport f'deċiżjonijiet dwar esternalizzazzjoni u d-disinn tal-ippakkjar

Il-BEMP tara li l-effiċjenza fit-trasport tiġi integrata f'deċiżjonijiet dwar esternalizzazzjoni u d-disinn tal-ippakkjar, abbażi ta' valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti li ġejjin minn reġjuni differenti, u permezz tad-disinn tal-ippakkjar tal-prodott biex tiġi massimizzata d-densità tal-unitajiet tat-trasport.

L-applikabbiltà

Din il-prattika hija applikabbli għal bejjiegħa bl-imnut kbar b'firxa ta' prodotti bil-marka proprja. Tiddependi ferm fuq il-post tal-prodott u tas-sors, relatat ma' għadd kbir ta' fatturi ta' issorsjar. Għall-ippakkjar, żieda fid-densità tal-oġġetti ppakkjati tista' żżid b'mod konsiderevoli l-effiċjenza fit-trasport u b'hekk jitnaqqsu l-ispejjeż tat-trasport.

Din il-BEMP ma tapplikax għal intrapriżi żgħar.

Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametru referenzjarju ta' eċċellenza

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Parametru referenzjarju ta' eċċellenza

(i39)

kg ekwivalenti għal CO2/m3 (jew pallet) trasportat.

(i42)

Qsim modali tat-trasport.

(i43)

L-għadd ta' gruppi ta' prodotti fejn is-sors jew l-ippakkjar ikun ġie speċifikament modifikat biex jitnaqqas l-impatt ambjentali tat-T&L u taċ-ċiklu tal-ħajja.

(i44)

L-implimentazzjoni sistematika ta' titjib fl-ippakkjar biex tiġi massimizzata d-densità u titjieb l-effiċjenza tat-T&L (iva/le).

(b24)

L-implimentazzjoni sistematika ta' titjib fl-ippakkjar biex tiġi massimizzata d-densità u titjieb l-effiċjenza tat-T&L.

3.3.4.   Il-bidla lejn modi aktar effiċjenti ta' trasport

Il-BEMP tara li jkun hemm bidla lejn modi aktar effiċjenti ta' trasport, speċjalment trasport bil-ferrovija, bl-ilma u bi trakkijiet akbar, u li kemm jista' jkun tiġi minimizzata d-distanza tat-trasport tal-merkanzija bl-ajru. Il-possibbiltà li jsiru dawn il-bidliet tista' tkun limitata għad-distribuzzjoni primarja, miċ-ċentri tad-distribuzzjoni tal-fornituri (DCs) għad-DCs tal-bejjiegħa bl-imnut, minħabba li ħafna drabi l-ewwel u l-aħħar kilometri jkunu jeħtieġu trasport bit-triq. Għalhekk xiftijiet modali jeħtieġu l-ottimizzazzjoni tan-netwerks ta' distribuzzjoni biex jiġu akkomodati trasferimenti intermodali (eż. iċ-ċentri ta' distribuzzjoni jiġu stabbiliti f'postijiet b'aċċess għal netwerks ferrovjarji u tal-ilma). Il-bidla minn trakkijiet iżgħar għal dawk akbar, inklużi trakkijiet b'karrijiet b'żewġ sulari, ġiet inkluża f'din it-teknika minħabba l-effiċjenza konsiderevolment akbar ta' trakkijiet kbar meta mqabbla ma' dawk żgħar. Xiftijiet modali jistgħu wkoll jinformaw deċiżjonijiet dwar l-issorsjar tal-prodott fejn it-trasport jirrappreżenta komponent sinifikanti tal-impatti ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott (meta wieħed iqis l-implikazzjonijiet rilevanti kollha taċ-ċiklu tal-ħajja).

Tabella 3.9

Klassifika tal-modi ta' trasport f'ordni ta' preferenza ambjentali (l-ogħla l-ewwel)

Klassifika

Mod ta' trasport

1

Ferrovija tal-merkanzija

2

Vapur tal-oċean

3

Ilmijiet interni

4

Trakk kbir

5

Trakk medju

6

Trakk żgħir

7

Merkanzija bl-ajru

L-applikabbiltà

Il-bejjiegħa bl-imnut kollha jistgħu jieħdu azzjoni biex ibiddlu t-trasport tal-prodotti tagħhom għal modi li jniġġsu anqas, tal-anqas abbażi tad-daqs tal-vettura, u ħafna mill-bejjiegħa bl-imnut kbar jistgħu jbiddlu tal-anqas xi ftit mid-distribuzzjoni primarja mit-triq għall-ferrovija jew għall-ilma. Madankollu, sabiex isir tibdil fuq skala kbira fit-trasport tal-merkanzija għall-konsumaturi mit-triq għall-ferrovija u ilmijiet interni dan jeħtieġ titjib fl-infrastrutturi nazzjonali tal-ferrovija u tal-passaġġi fuq l-ilma interni u koordinazzjoni transfruntiera akbar mill-kumpaniji operaturi. Għalhekk, l-infrastruttura u l-politika nazzjonali tat-trasport (eż. l-ipprezzar tat-toroq) jista' jkollhom influwenza sinifikanti fuq l-għan tal-bejjiegħa bl-imnut għal titjib u teħid ta' deċiżjonijiet fir-rigward tal-mod ta' trasport.

Ma tapplikax għal intrapriżi żgħar, ħlief fejn ikun hemm disponibbli possibilitajiet ta' akkwist li jippermettu l-għażla ta' modi aktar effiċjenti ta' trasport għal prodotti partikulari.

Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Parametri referenzjarji ta' eċċellenza

(i45)

Il-perċentwal tat-trasport totali tal-prodott (tkm), minn fornituri tal-ewwel livell għall-ħwienet, rappreżentat minn modi aktar effiċjenti speċifikati

(i46)

Il-perċentwal tat-trasport internazzjonali tal-prodott (tkm) rappreżentat minn modi aktar effiċjenti speċifikati

(b25)

Aktar minn 50 % tat-trasport fuq l-art bejn fornituri tal-ewwel livell u ċentri ta' distribuzzjoni bl-imnut, skont il-valur tal-bejgħ, ikun fuq l-ilma/bil-ferrovija (fejn l-infrastruttura tippermetti)

(b26)

Aktar minn 99 % tat-trasport barrani, skont il-valur tal-bejgħ, ikun bil-vapur

3.3.5.   L-ottimizzazzjoni tan-netwerk ta' distribuzzjoni

Il-BEMP tara li jiġi ottimizzat in-netwerk ta' distribuzzjoni permezz tal-implimentazzjoni sistematika tal-aktar għażla effiċjenti minn dawn li ġejjin: (i) buttuni strateġiċi ċentralizzati biex jiġi akkomodat it-trasport bil-ferrovija u fuq l-ilma, (ii) pjattaformi konsolidati, (iii) u rotot diretti.

L-applikabbiltà

Din tapplika għall-bejjiegħa bl-imnut kbar b'servizzi interni tat-trasport u loġistiċi u għal fornituri terzi tat-trasport, speċjalment meta l-prodotti jinxtraw fuq distanzi itwal. Din il-prattika ma teħtieġx investiment sinifikanti. Il-bini ta' buttuni ġodda ċentrali integrati ma' netwerks tat-trasport bil-ferrovija u fuq l-ilma ma jeħtieġx investiment sinifikanti. Fiż-żewġ każijiet, żieda fl-effiċjenza tat-tagħbija u l-użu ta' modi aktar effiċjenti għal rotot fuq distanzi itwal jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż operattivi b'mod sinifikanti.

Ma tapplikax għal intrapriżi żgħar.

Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametru referenzjarju ta' eċċellenza

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Parametru referenzjarju ta' eċċellenza

(i39)

kg ekwivalenti għal CO2 għal kull m3 (jew pallet) trasportat.

(i47)

L-għadd ta' pjattaformi ta' konsolidazzjoni fl-użu, jew l-għadd ta' buttuni strateġiċi ċentrali fl-użu, jew l-għadd ta' rotot diretti tat-trasport fl-użu.

(i48)

Il-perċentwal tat-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra tat-T&L permezz tal-implimentazzjoni ta' possibilitajiet speċifikati ta' titjib fin-netwerk ta' distribuzzjoni.

(i49)

L-esternalizzazzjoni tal-operazzjonijiet tat-T&L lil fornitur terz li jkollu netwerk ottimizzat ta' distribuzzjoni (iva/le).

(i50)

L-ottimizzazzjoni sistematika tan-netwerks ta' distribuzzjoni permezz tal-implimentazzjoni ta' postijiet strateġiċi tal-buttuni, pjattaformi konsolidati, u rotot diretti (iva/le).

(b27)

L-ottimizzazzjoni sistematika tan-netwerks ta' distribuzzjoni permezz tal-implimentazzjoni ta' postijiet strateġiċi tal-buttuni, pjattaformi konsolidati, u rotot diretti.

3.3.6.   L-ottimizzazzjoni tal-ippjanar tar-rotot, l-użu tat-telematika u t-taħriġ tas-sewwieqa

Il-BEMP tara li tiġi ottimizzata l-effiċjenza operattiva permezz tal-ippjanar effiċjenti tar-rotot, l-użu tat-telematika, u t-taħriġ tas-sewwieqa. L-ippjanar effiċjenti tar-rotot jinkludi li fi triqthom lura l-vetturi li jqassmu l-merkanzija tal-ħanut, li issa jkunu vojta (back-loading), jiġu mgħobbija bi skart u bi provvisti tal-fornitur lejn iċ-ċentri ta' distribuzzjoni, u li jsiru kunsinni billejl biex tiġi evitata l-konġestjoni tat-traffiku.

L-applikabbiltà

Din tapplika għall-prodotti kollha li jridu jiġu fornuti lill-bejjiegħa bl-imnut kbar li jkollhom servizzi interni tat-trasport u loġistiċi, u għal fornituri terzi tat-trasport. It-taħriġ tas-sewwieq normalment jipproduċi iffrankar ta' 5 % tal-fjuwil. L-ottimizzazzjoni tar-rotot tista' teħtieġ investiment sinifikanti fit-teknoloġija informatika, iżda tista' tnaqqas l-ispejjeż ta' investiment kapitali (anqas trakkijiet meħtieġa) u tnaqqas b'mod sinifikanti l-ispejjeż operattivi (fjuwil).

Hija tapplika għal intrapriżi żgħar jekk ikollhom il-vetturi tat-trasport tagħhom stess (eż. vannijiet tal-kunsinna).

Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Parametri referenzjarji ta' eċċellenza

(i39)

kg ekwivalenti għal CO2 għal kull m3 (jew pallet) trasportat.

(i51)

Il-perċentwal medju tal-effiċjenza tat-tagħbija (volum jew kapaċità tal-massa) tal-flotta, jew il-perċentwal medju tal-vjaġġi mingħajr tagħbija (km kull trakk) tal-flotta, jew il-medja ta' g ekwivalenti għal CO2/tkm tal-flotta.

(i52)

Il-perċentwal ta' sewwieqa li jirċievu taħriġ kontinwu f'sewqan effiċjenti.

(i53)

L-implimentazzjoni ta' skema ta' inċentivi għas-sewwieqa għal sewqan effiċjenti (iva/le).

(i54)

Il-perċentwal tat-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra tat-T&L permezz tal-implimentazzjoni ta' possibilitajiet speċifikati (jiġifieri l-vetturi tal-kunsinna tal-ħanut li jkunu qed jirritornaw vojta jiġu mgħobbija bi skart jew provvisti tal-fornituri, l-użu tat-telematika, it-taħriġ tas-sewwieqa u skemi ta' inċentivi, kunsinni barra l-ħinijiet tax-xogħol).

(i55)

L-ottimizzazzjoni sistematika tar-rotot billi l-vetturi tal-kunsinna li jkunu qed jirritornaw vojta jiġu mgħobbija bi skart u provvisti tal-fornitur, l-użu tat-telematika, u perjodi estiżi li fihom isiru l-kunsinni (iva/le).

(b28)

100 % tas-sewwieqa jirċievu taħriġ kontinwu f'sewqan effiċjenti, jew l-implimentazzjoni ta' skema ta' inċentivi għas-sewwieqa għal sewqan effiċjenti.

(b29)

L-ottimizzazzjoni sistematika tar-rotot billi l-vetturi tal-kunsinna tal-ħanut li jkunu qed jirritornaw vojta jiġu mgħobbija bi skart u bi provvisti tal-fornitur, l-użu tat-telematika, u perjodi estiżi li fihom isiru l-kunsinni.

3.3.7.   L-imminimizzar tal-impatt ambjentali tal-vetturi tat-triq permezz ta' deċiżjonijiet ta' akkwist u rinnovazzjonijiet

Il-BEMP tara li jiġi minimizzat l-impatt ambjentali tal-vetturi tat-triq permezz ta' deċiżjonijiet ta' akkwist u rinnovazzjonijiet. Dan jinkludi x-xiri ta' vetturi mħaddma b'enerġija alternattiva, vetturi effiċjenti u b'livell baxx ta' tniġġis u vetturi b'livell baxx ta' storbju, modifiki aerodinamiċi, u l-applikazzjoni ta' tajers b'reżistenza baxxa għat-tidwir.

L-applikabbiltà

Din tapplika għall-prodotti kollha li jridu jiġu fornuti lill-bejjiegħa bl-imnut kbar li jkollhom servizzi interni tat-trasport u loġistiċi, u għal fornituri terzi tat-trasport. Għall-vetturi li jinstaqu fuq distanzi twal b'veloċitajiet ogħla (> 80 km/h), investimenti żgħar f'modifiki aerodinamiċi u investimenti akbar għal titjib fl-aerodinamika tal-unitajiet tal-karrijiet u tat-tratturi joffru perjodi sa sentejn biex l-investiment jirrendi. L-istess perjodi ta' rendiment japplikaw għall-installazzjoni ta' tajers b'reżistenza baxxa għat-tidwir. Vetturi mħaddma b'enerġija alternattiva jeħtieġu kost konsiderevolment ogħla ta' investiment.

Hija tapplika għal intrapriżi żgħar jekk ikollhom il-vetturi tat-trasport tagħhom stess (eż. vannijiet tal-kunsinna).

Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Parametri referenzjarji ta' eċċellenza

(i56)

l/100 km (konsum tal-karburant tal-vettura) jew kg ekwivalenti għal CO2 għal kull tkm.

(i57)

Il-perċentwal tal-vetturi fi ħdan flotta tat-trasport konformi ma' klassijiet differenti ta' EURO.

(i58)

Il-perċentwal ta' vetturi, trejlers u tagħmir tat-tagħbija konformi ma' standards tal-istorbju PIEK, jew standards ekwivalenti li jippermettu kunsinni billejl.

(i59)

Il-perċentwal tal-vetturi fi flotta tat-trasport imħaddma permezz ta' sorsi alternattivi ta' fjuwil, inklużi gass naturali, bijogass, jew elettriku.

(i60)

Il-perċentwal tal-vetturi fi flotta tat-trasport mgħammra b'tajers b'reżistenza baxxa għat-tidwir.

(i61)

Il-perċentwal tal-vetturi u t-trejlers fi flotta tat-trasport iddisinjati jew modifikati biex titjieb il-prestazzjoni aerodinamika.

(b30)

100 % tat-trakkijiet konformi ma' EURO V (17) u b'konsum tal-fjuwil HGV ta' anqas minn 30 l/100 km.

(b31)

100 % tat-trakkijiet, tat-trejlers u t-tagħmir tat-tagħbija konformi ma' standards PIEK tal-ħoss, jew standards ekwivalenti li jippermettu kunsinni billejl.

(b32)

L-operazzjoni ta' vetturi mħaddma permezz ta' sorsi alternattivi ta' fjuwil (gass naturali, bijogass, elettriku).

(b33)

100 % tal-vetturi mgħammra b'tajers b'reżistenza baxxa għat-tidwir.

(b34)

100 % tal-vetturi u t-trejlers iddisinjati jew modifikati biex titjieb il-prestazzjoni aerodinamika.

3.4.   Il-ġestjoni tal-iskart

3.4.1.   L-imminimizzar tal-iskart tal-ikel

Il-BEMP tara li jiġu integrati prattiki ekoloġiċi sabiex tiġi evitata l-ġenerazzjoni tal-iskart tal-ikel, bħal monitoraġġ, eżerċizzji ta' awditjar, prijoritizzazzjoni, kwistjonijiet loġistiċi, mekkaniżmi ta' preservazzjoni aħjar, il-kontroll tat-temperatura u l-umdità fil-ħanut, fiċ-ċentri ta' distribuzzjoni u fit-trakkijiet tal-kunsinna, taħriġ tal-persunal, donazzjoni, pariri lill-konsumaturi, eċċ. u biex jiġi evitat li l-iskart tal-ikel jintrema f'miżbliet jew jiġi inċinerat permezz ta' proċessi ta' fermentazzjoni.

L-applikabbiltà

Din hija miżura kosteffiċjenti, applikabbli għall-bejjiegħa bl-imnut tal-ikel ta' kwalunkwe daqs u fi kwalunkwe Stat Membru. Madankollu, jista' jkun hemm politiki fis-seħħ sabiex tiġi evitata/skoraġġita d-donazzjoni tal-ikel.

L-intrapriżi żgħar kollha jistgħu japplikaw miżuri preventivi biex tiġi evitata l-ġenerazzjoni tal-iskart tal-ikel. L-ispejjeż tal-ġestjoni jiġu kumpensati minn iffrankar tal-ispejjeż li jirriżultaw minn anqas telf tal-prodott u anqas skart iġġenerat.

Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametru referenzjarju ta' eċċellenza

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Parametru referenzjarju ta' eċċellenza

(i62)

kg jew tunnellati ta' skart tal-ikel, f'valur assolut, għal kull m2 jew għal kull miljuni ta' EUR ta' fatturat.

(i63)

Il-perċentwal tal-ġenerazzjoni tal-skart tal-ikel li jirreferi għax-xiri totali tal-ikel.

(i64)

kg jew tunnellati ta' ikel li jaqbżu d-data ta' sakemm iridu jinbiegħu iżda mhux id-data sa meta jridu jintużaw, li jingħataw lil istituzzjonijiet tal-karità.

(i65)

kg ta' skart tal-ikel li jintbagħtu lill-operazzjonijiet ta' rkupru, bħall-fermentazzjoni.

(i66)

kg ta' skart tal-ikel li jintremew f'miżbliet jew pjanti ta' inċinerazzjoni.

(b35)

Żero skart tal-ikel mormi f'miżbliet jew fi pjanti ta' inċinerazzjoni.

3.4.2.   L-integrazzjoni tal-ġestjoni tal-iskart fl-attivitajiet tal-bejjiegħa bl-imnut

Il-BEMP tara li jiġu integrati l-prattiki għall-ġestjoni tal-iskart fejn il-prevenzjoni tiġi prijoritizzata. L-aħjar prattiki jinkludu:

Prattiki interni ta' ġestjoni:

ġbir segregat u trattament speċifiku għall-użu mill-ġdid: ikkumpattar, ippressar għall-karti u skart tal-plastik, refriġerazzjoni tal-iskart tal-ikel, eċċ.

monitoraġġ tal-produzzjoni tal-iskart

preparazzjoni tal-materjal tal-imballaġġ għall-użu mill-ġdid, bħala pallets u kaxxi tal-plastik għall-fornituri, ċentri ta' distribuzzjoni, vetrini fil-ħwienet u kunsinni ġod-djar

taħriġ tal-persunal.

Prattiki organizzattivi ta' ġestjoni:

monitoraġġ tal-iskart iġġenerat mill-ħwienet għal kull kategorija u għal kull destinazzjoni finali

implimentazzjoni ta' loġistika b'lura (reverse logistics) għall-ġestjoni tal-materjal tal-ippakkjar (biex jerġa' jintuża jew jiġi riċiklat), WEEE u skart ieħor (bħal skart perikoluż) lill-fornituri, faċilitajiet ta' trattament u/jew ċentri ta' distribuzzjoni

twaqqif ta' sħubiji lokali u/jew reġjonali għall-ġestjoni tal-iskart

komunikazzjoni lill-konsumaturi dwar il-ġestjoni responsabbli tal-iskart fid-djar.

L-applikabbiltà

It-tekniki deskritti huma applikabbli għal kwalunkwe bejjiegħ bl-imnut. L-aħjar prattiki għandhom ikunu adattati għall-bejjiegħa bl-imnut li jiġġestixxu għadd sinifikanti ta' ħwienet u ċentri ta' distribuzzjoni. L-allokazzjoni tar-riżorsi għat-tnaqqis effettiv tal-iskart tkun ekonomikament ġustifikata. It-trasport bl-ingrossa lura lejn iċ-ċentri ta' distribuzzjoni jippermetti t-tnaqqis tal-ispiża tat-trattament jekk tiġi mqabbla mal-ispejjeż negozjati fil-livell lokali jew tal-ħanut.

Intrapriżi żgħar li jipproduċu ammont kbir ta' skart għandhom jallokaw riżorsi u jħarrġu l-persunal fi prattiki tajbin għall-ġestjoni tal-iskart.

Indikatur assoċjat tal-prestazzjoni ambjentali u parametru referenzjarju ta' eċċellenza Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali

Parametru referenzjarju ta' eċċellenza

Parametru referenzjarju ta' eċċellenza

(i67)

Sistema għall-ġestjoni

(b36)

tal-iskart tiġi integrata fil-ħanut u l-għan tagħha huwa li 100 % tal-ippakkjar sekondarju jiġi riċiklat jew jintuża mill-ġdid.

3.4.3.   Sistemi ta' ritorn għall-fliexken tal-PET u tal-PE u għall-prodotti użati

Il-BEMP hija li jiġu implimentati sistemi ta' teħid lura u biex dawn jiġu integrati fil-loġistika tal-kumpanija, bħal, per eżempju, għall-fliexken tal-PET jew tal-PE.

L-applikabbiltà

Bejjiegħa bl-imnut tal-ikel, speċjalment katini kbar, jistgħu jimplimentaw din il-BEMP. Teħtieġ l-allokazzjoni ta' riżorsi, manutenzjoni u tagħmir. F'xi pajjiżi diġà hija obbligatorja (eż. fil-Pajjiżi l-Baxxi, fl-Iżvezja u fil-Ġermanja).

Għal intrapriżi żgħar, teħtieġ riżorsi addizzjonali għall-operat ta' kuljum tas-sistema ta' ritorn.

Indikatur assoċjat tal-prestazzjoni ambjentali u parametru referenzjarju ta' eċċellenza Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali

Parametru referenzjarju ta' eċċellenza

Parametru referenzjarju ta' eċċellenza

(i68)

Il-perċentwal tar-rata ta' riċiklaġġ mill-konsumaturi definita bħala l-bejgħ ta' flixkun ritornabbli.

(b37)

80 % tal-oġġetti ritornati lura mingħand il-konsumaturi mingħajr depożitu jew ta' 95 % b'depożitu.

3.5.   L-użu ta' anqas karta u l-użu ta' karta ċertifikata/riċiklata għall-pubblikazzjonijiet

Il-BEMP tara li jitnaqqas l-impatt permezz ta' tnaqqis fil-konsum tal-materjal, bħall-ottimizzazzjoni tal-karta għall-pubblikazzjonijiet kummerċjali, jew l-użu ta' karta aktar ekoloġika.

L-applikabbiltà

Il-bejjiegħa bl-imnut kollha, speċjalment katini kbar li jipproduċu ammonti kbar ta' pubblikazzjonijiet kummerċjali stampati, jistgħu jibbenefikaw mill-implimentazzjoni ta' din il-BEMP. Prattika li tiġi implimentata sew biex jitnaqqas il-konsum tal-karta tista' twassal għall-iffrankar tal-ispejjeż.

Din il-BEMP hija applikabbli għal intrapriżi żgħar.

Indikaturi assoċjati tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza

Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali

Parametri referenzjarji ta' eċċellenza

(i69)

Il-perċentwal tal-karti użati li jkunu ċertifikati

(i70)

Id-densità tal-karta użata

(i71)

Il-perċentwal tal-karti li jkunu miksija

(i72)

Il-perċentwal tal-ħwienet tal-istampar ċertifikati bħala EMAS jew ISO 14001

(b38)

100 % tal-karta tkun ċertifikata/riċiklata.

(b39)

Densità ta' anqas minn 49 gr/m2.

(b40)

Anqas minn 10 % tal-karta tkun karta miksija.

(b41)

100 % tal-ħwienet tal-istampar ċertifikati bħala EMAS/ISO 14001.

3.6.   Il-ġbir u l-użu mill-ġdid tal-ilma tax-xita

Il-BEMP tara li l-ilma tax-xita mill-bjut u miż-żoni ta' parkeġġ jinġabar u jintuża mill-ġdid u/jew jiġi infiltrat fuq il-post.

L-applikabbiltà

Il-bejjiegħa bl-imnut proprjetarji tal-bini u/jew żoni ta' parkeġġ tagħhom stess u f'siti bil-kundizzjonijiet it-tajba jistgħu jimplimentaw din il-prattika. Il-kundizzjonijiet klimatiċi u s-sistema standard tal-ġbir ilma tax-xita fil-muniċipalità jistgħu jaffettwaw l-applikazzjoni ta' din it-teknika. Din hija miżura kost intensiva.

Din il-BEMP hija applikabbli għal intrapriżi żgħar.

Indikatur assoċjat tal-prestazzjoni ambjentali u parametru referenzjarju ta' eċċellenza Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali

Parametru referenzjarju ta' eċċellenza

Parametru referenzjarju ta' eċċellenza

(i73)

Il-ġbir u/jew l-infiltrazzjoni tal-ilma tax-xita fuq il-post jiġu integrati fis-sistema tal-ġestjoni tal-ilma (iva/le).

(b42)

Il-ġbir u/jew l-infiltrazzjoni tal-ilma tax-xita fuq il-post jiġu integrati fis-sistema tal-ġestjoni tal-ilma.

3.7.   Il-prevenzjoni tal-basktijiet tal-plastik li jintużaw darba jew miżuri oħra biex tiġi influwenzata l-imġiba tal-konsumatur

Il-BEMP tara li l-konsumaturi jiġu influwenzati biex inaqqsu l-impatt ambjentali tagħhom, permezz ta' kampanji, bħat-tneħħija tal-basktijiet tal-plastik, reklamar responsabbli u l-provvediment tal-aqwa informazzjoni gwida lill-konsumaturi.

L-applikabbiltà

Il-bejjiegħa bl-imnut kollha jistgħu jimplimentaw din il-prattika. Normalment, ir-regolamenti huma l-ixprunaturi ewlenin għall-implimentazzjoni tagħhom.

Din il-BEMP hija applikabbli għal intrapriżi żgħar.

Indikatur assoċjat tal-prestazzjoni ambjentali u parametru referenzjarju ta' eċċellenza Indikatur tal-prestazzjoni ambjentali

Parametru referenzjarju ta' eċċellenza

Parametru referenzjarju ta' eċċellenza

(i74)

L-għadd ta' boroż li jintużaw darba disponibbli fiċ-check-outs

(b43)

Żero boroż li jintużaw darba disponibbli fiċ-check-outs.

4.   INDIKATURI AMBJENTALI EWLENIN RAKKOMANDATI GĦAS-SETTUR SPEĊIFIKU

Indikatur

Unitajiet Komuni

Deskrizzjoni qasira

Livell minimu ta' monitoraġġ rakkomandat

Indikatur ewlieni relatat skont l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 (it-Taqsima C.2)

Parametru referenzjarju ta' eċċellenza u l-aqwa prattika ta' ġestjoni ambjentali relatata

PRESTAZZJONI TAL-ENERĠIJA

1.

L-użu ta' enerġija speċifika

kWh/m2 sena

L-użu ta' enerġija (elettriku, sħana, karburanti oħra) għal kull unità taż-żona tal-bejgħ u fis-sena.

Indikazzjonijiet:

L-enerġija rinnovabbli ma għandhiex titnaqqas.

Il-fatturi ta' korrezzjoni jistgħu jintużaw biex tiġi determinata ż-żona tal-bejgħ (fil-funzjoni ta' għoli u parametri tekniċi oħra). Iż-“żona tal-bejgħ” għandha tiġi definita mill-bejjiegħ bl-imnut.

Mhuwiex rakkomandat li ssir korrezzjoni dwar il-ħinijiet tal-ftuħ. Għandhom jiġu rapportati l-figuri annwali tal-użu tal-enerġija.

Għal kull ħanut (sit), ċentru ta' distribuzzjoni jew oħrajn u fil-livell tal-organizzazzjoni (valur aggregat)

sħana, elettriku għar-refriġerazzjoni (fejn applikabbli) u elettriku għall-użi l-oħrajn kollha

Effiċjenza fl-użu tal-enerġija

L-użu ta' enerġija speċifika għal kull m2 taż-żona tal-bejgħ għat-tisħin, tkessiħ u arja kundizzjonata ta' 0 kWh/m2sena jew anqas jekk is-sħana mitlufa mir-refriġerazzjoni tista' tiġi integrata. Inkella, ta' 40 kWh/m2 sena jew anqas għal bini ġdid u ta' 55 kWh/m2 sena għal bini eżistenti.

(ara l-BEMPs: 3.1.1, 3.1.2, 3.1.3, 3.1.4)

2.

L-użu ta' enerġija speċifika (lineari) għar-refriġerazzjoni

kWh/m sena

L-użu ta' enerġija tas-sistema ta' refriġerazzjoni għal kull metru lineari ta' vetrini għall-wiri u fis-sena.

Indikazzjonijiet:

Mhux applikabbli għal ħwienet mingħajr kabinetti ta' refriġerazzjoni, bħal bejjiegħa bl-imnut mhux tal-ikel.

Għal kull ħanut (sit)

Effiċjenza fl-użu tal-enerġija

Konsum speċifiku (lineari) ta' refriġerazzjoni ċentralizzata ta' 3 000 kWh/m sena.

(ara l-BEMP: 3.1.6)

3.

Id-Densità tal-Qawwa tad-Dawl

W/m2

Il-qawwa tad-dawl installat biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet ta' illuminazzjoni (bażiċi u għal finijiet tal-preżentazzjoni tal-prodotti) għal kull unità taż-żona tal-bejgħ u fis-sena.

Indikazzjonijiet:

Hija indikatur relatat mad-disinn u l-kunċett tal-bejgħ, applikabbli għad-daqsijiet u t-tipi kollha ta' bejjiegħa bl-imnut.

Il-fatturi ta' korrezzjoni jistgħu jintużaw biex tiġi determinata ż-żona tal-bejgħ (fil-funzjoni ta' għoli u parametri tekniċi oħra). Iż-“żona tal-bejgħ” għandha tiġi definita mill-bejjiegħ bl-imnut.

Il-lumens għal kull m2 huwa indikatur tekniku tajjeb, iżda l-prestazzjoni ambjentali għandha titkejjel f'termini ta' W/m2.

Tista' tvarja fil-ħanut (għal kull żona) u matul il-jum (skont il-perjodu).

Għal kull ħanut (sit), ċentru ta' distribuzzjoni jew oħrajn

Għal kull żona tal-ħanut u kull perjodu ta' jum, fejn xieraq

Effiċjenza fl-użu tal-enerġija

Qawwa tad-dawl installat anqas minn 12 W/m2 għas-supermarkets u anqas minn 30 W/m2 għall-ħwienet speċjalizzati.

(ara l-BEMP: 3.1.7)

4.

Il-monitoraġġ tal-enerġija

%

Il-perċentwal tal-ħwienet immonitorjati fis-sistema tal-ġestjoni tal-enerġija.

Indikazzjonijiet:

Il-monitoraġġ għandu jinkludi l-ħwienet kollha u l-aktar proċessi rilevanti.

Għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-mekkaniżmi ta' valutazzjoni komparattiva jekk implimentati

Għal kull ħanut (sit)

Għal kull proċess

Effiċjenza fl-użu tal-enerġija

100 % tal-ħwienet u l-proċessi mmonitorjati.

L-implimentazzjoni ta' mekkaniżmi ta' valutazzjoni komparattiva.

(ara l-BEMPs: 3.1.5, 3.1.8)

5.

Il-perċentwal tat-tnixxijiet mir-refriġeranti

%

Telf ta' refriġeranti fir-rigward tat-tagħbija totali tar-refriġeranti tal-installazzjoni.

Indikazzjonijiet:

Xieraq għar-refriġerazzjoni tal-ikel f'installazzjonijiet kbar (sistemi ċentralizzati)

Huwa rakkomandat li jiġi kkalkulat mix-xiri ta' refriġeranti fis-sena.

Mhuwiex ambjentalment rilevanti għal installazzjonijiet li jużaw refriġeranti naturali.

Għal kull ħanut (sit), ċentru ta' distribuzzjoni jew oħrajn u fil-livell tal-organizzazzjoni (valur aggregat)

Għal kull tip ta' refriġerant

Emissjonijiet

(ara l-BEMP: 3.1.6)

6.

Il-perċentwal tal-ħwienet li jużaw refriġeranti naturali.

%

Il-perċentwal tal-ħwienet li jużaw refriġeranti naturali mill-għadd totali ta' ħwienet b'kabinetti ta' refriġerazzjoni.

Indikazzjonijiet:

Xieraq għall-bejjiegħa bl-imnut tal-ikel b'kabinetti ta' refriġerazzjoni.

Livell tal-organizzazzjoni

Emissjonijiet

L-użu ġenerali ta' refriġeranti naturali.

(ara l-BEMP: 3.1.6)

IL-PRESTAZZJONI TAL-KATINA TAL-PROVVISTA

7.

L-implimentazzjoni sistematika ta' programmi ta' titjib fil-katini tal-provvista fost gruppi ta' prodotti prijoritarji

(iva/le)

Dan l-indikatur jgħid jekk il-programmi ta' titjib fil-katina tal-provvista humiex qed jiġu implimentati sistematikament għall-gruppi ta' prodotti prijoritarji.

Indikazzjonijiet:

Applikabbli għall-bejjiegħa bl-imnut ta' kull daqs.

Għall-intrapriżi żgħar, dan jirreferi għall-applikazzjoni ta' akkwist ekoloġiku u li jiġi mħeġġeġ il-konsum ekoloġiku.

Għall-bejjiegħa bl-imnut kbar li jbiegħu prodotti b'tikketta privata, huwa possibbli li jkun hemm livell ogħla ta' integrazzjoni tas-sostenibilità tal-katina tal-provvista fl-istrateġija tan-negozju.

Fil-livell tal-organizzazzjoni, għal kull katina tal-provvista tal-prodotti

It-titjib fil-prestazzjoni ambjentali tal-katina tal-provvista jkopri:

 

Effiċjenza fl-użu tal-enerġija

 

L-użu effiċjenti tal-materjali

 

Ilma

 

Skart

 

Il-bijodiversità

 

Emissjonijiet

L-implimentazzjoni sistematika ta' programmi ta' titjib fil-katina tal-provvista fost il-gruppi ta' prodotti prijoritarji.

(ara l-BEMP: 3.2.1)

8.

L-implimentazzjoni ta' valutazzjoni sistematika (indipendentement jew permezz ta' konsorzji) tal-katini tal-provvista tal-prodotti ewlenin

(iva/le)

Dan l-indikatur jirreferi għall-valutazzjoni tal-impatti ambjentali tal-katina tal-provvista u għall-identifikazzjoni ta' mekkaniżmi effettivi ta' titjib fil-katina tal-provvista tal-prodott.

Indikazzjonijiet:

Jekk disponibbli, tista' tiġi rapportata dejta dwar it-tagħbija ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja (ekwivalenti għal CO2, kg ekwivalenti għal SOx, kg ekwivalenti għal VOC, kg ekwivalenti għal 1,4-DCB, kg ekwivalenti għal Sb, m3 ta' ilma, kg ekwivalenti għal PO4), pressjonijiet tal-bijodiversità, pressjonijiet tal-ilma ta' postijiet speċifiċi, espressi skont il-massa tal-prodott jew, fejn aktar preċiż, għal kull unità funzjonali, għall-prodotti vvalutati.

Prodotti b'bejgħ għoli għandhom jitqiesu bħala prodotti ewlenin u jingħataw prijorità għall-valutazzjoni.

Fil-livell tal-organizzazzjoni, għal kull katina tal-provvista tal-prodotti

It-titjib fil-prestazzjoni ambjentali tal-katina tal-provvista jkopri:

 

Effiċjenza fl-użu tal-enerġija

 

L-użu effiċjenti tal-materjali

 

Ilma

 

Skart

 

Il-bijodiversità

 

Emissjonijiet

L-implimentazzjoni ta' valutazzjoni sistematika (indipendentement jew permezz ta' konsorzji) tal-katini tal-provvista tal-prodotti ewlenin.

(ara l-BEMP: 3.2.2)

9.

Ir-rata ta' titjib tal-prodott

Perċentwal tal-bejgħ ta' prodotti ċertifikati skont livell speċifikat ta' prestazzjoni ambjentali

Għandhom jitqiesu r-rati li ġejjin.

Il-perċentwal tal-bejgħ ta':

prodotti b'ċertifikazzjoni ambjentali ta' parti terza;

prodotti b'tikketti privati li jikkonformaw mar-rekwiżiti ambjentali definiti mill-bejjiegħa bl-imnut;

prodotti tal-ikel ċertifikati bħala organiċi;

qoton ċertifikat bħala organiku;

prodotti mhux tal-ikel b'ekotikketti.

Fil-livell tal-organizzazzjoni, għal kull grupp ta' prodotti

L-istandards ambjentali jindirizzaw:

 

Effiċjenza fl-użu tal-enerġija

 

L-użu effiċjenti tal-materjali

 

Ilma

 

Skart

 

Il-bijodiversità

 

Emissjonijiet

Ċertifikazzjoni ta' 100 %, fi ħdan grupp ta' prodotti, skont standards ambjentali ta' partijiet terzi.

100 % tal-bejgħ ta' tikketti privati, fi ħdan grupp ta' prodotti, jikkonformaw mal-istandards ambjentali definiti mill-bejjiegħa bl-imnut.

10 % tal-bejgħ fi ħdan gruppi ta' prodotti tal-ikel ċertifikati bħala organiċi.

50 % tal-bejgħ tal-qoton ċertifikat bħala organiku.

10 % tal-bejgħ fi ħdan gruppi ta' prodotti li mhumiex tal-ikel ċertifikati skont l-ekotikketti uffiċjali (ISO tat-Tip-I).

(ara l-BEMPs: 3.2.2, 3.2.3, 3.2.4, 3.2.5, 3.2.6, 3.2.7)

IL-PRESTAZZJONI TAT-TRASPORT U L-LOĠISTIKA

10.

Il-konsum ta' enerġija speċifika għat-trasport

MJ/tkm

Il-konsum dirett ta' enerġija mill-fjuwil għal kull tunnellata-kilometru trasportata, għat-trasport totali u skont il-mod biex jiġu mqabbla l-possibilitajiet modali.

Indikazzjonijiet:

Abbażi tal-kontenut tal-enerġija mill-fjuwil.

Għall-enerġija elettrika, abbażi tal-enerġija primarja għall-ġenerazzjoni tal-elettriku (eż. immultiplika b'2.7).

Livell tal-organizzazzjoni

Għal kull mod ta' trasport u rotta ewlenija

Effiċjenza fl-użu tal-enerġija

L-użu effiċjenti tal-materjali

(ara l-BEMPs: 3.3.1, 3.3.2, 3.3.3, 3.3.4, 3.3.5, 3.3.6, 3.3.7)

11.

L-emissjonijiet speċifiċi ta' gassijiet b'effett ta' serra tat-trasport (għal kull kwantità tal-prodott u d-distanza)

kg CO2 eq./tkm

Jipprovdi indikazzjoni tal-effiċjenza ambjentali tal-operazzjonijiet tat-trasport.

Indikazzjonijiet:

Għall-fjuwils fossili, abbażi ta' kombustjoni diretta flimkien ma' estrazzjoni indiretta u l-emissjonijiet tal-ipproċessar.

Għall-elettriku, abbażi ta' emissjonijiet speċifiċi medji nazzjonali ta' gassijiet b'effett ta' serra mill-ġenerazzjoni tal-elettriku.

Għall-bijokarburanti, abbażi ta' valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra għas-sors rilevanti tal-fjuwil.

Livell tal-organizzazzjoni

Għal kull mod ta' trasport u rotta ewlenija

Għal kull tip ta' fjuwil

L-użu effiċjenti tal-materjali

Emissjonijiet

(ara l-BEMPs: 3.3.1, 3.3.2, 3.3.3, 3.3.4, 3.3.5, 3.3.6, 3.3.7)

12.

L-emissjonijiet speċifiċi ta' gassijiet b'effett ta' serra tat-trasport (għal kull kwantità tal-prodott)

kg CO2 eq. m3 (jew pallet) trasportat

kg CO2 eq./għal kull tunnellata ta' prodott trasportat

Jipprovdi indikazzjoni tal-impatt ambjentali finali tal-operazzjonijiet tat-trasport.

Dan l-indikatur jirrifletti d-distanza li l-prodotti jiġu trasportati. Ikun anqas jekk il-prodotti jiġi ssorsjat lokalment/reġjonalment.

Indikazzjonijiet:

Għall-fjuwils fossili, abbażi ta' kombustjoni diretta flimkien ma' estrazzjoni indiretta u l-emissjonijiet tal-ipproċessar.

Għall-elettriku, abbażi ta' emissjonijiet speċifiċi medji nazzjonali ta' gassijiet b'effett ta' serra mill-ġenerazzjoni tal-elettriku.

Għall-bijokarburanti, abbażi ta' valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra għas-sors rilevanti tal-fjuwil.

Livell tal-organizzazzjoni

Għal kull mod ta' trasport u rotta ewlenija

Għal kull grupp ta' prodotti

L-użu effiċjenti tal-materjali

Emissjonijiet

(ara l-BEMPs: 3.3.1, 3.3.2, 3.3.3, 3.3.4, 3.3.5, 3.3.6, 3.3.7)

13.

Il-perċentwal tat-trasport bl-ilma/bil-ferrovija bejn il-fornituri tal-ewwel livell u ċ-ċentri ta' distribuzzjoni tal-bejjiegħa bl-imnut

%

Dan l-indikatur juri s-sehem tal-aktar modi effiċjenti ta' trasport mill-attivitajiet totali ta' trasport tal-bejjiegħ bl-imnut.

Indikazzjonijiet:

Il-perċentwal tat-trasport skont il-mod jista' jiġi kkalkolat abbażi tat-tkm jew il-valur tal-bejgħ.

Il-bejjiegħa bl-imnut għandhom jiddistingwu bejn trasport intern (fit-triq, bil-ferrovija, bil-passaġġ fuq l-ilma intern) u trasport barrani (bil-baħar, bl-ajru).

Dan l-indikatur huwa applikabbli għal prodotti ssorsjati fuq distanzi itwal.

Livell tal-organizzazzjoni

Għal kull rotta ewlenija jew tal-anqas issir distinzjoni bejn trasport intern u barrani

Effiċjenza fl-użu tal-enerġija

L-użu effiċjenti tal-materjali

Aktar minn 50 % tat-trasport intern bejn il-fornituri tal-ewwel livell u ċ-ċentri ta' distribuzzjoni tal-bejjiegħ bl-imnut (tkm jew il-valur tal-bejgħ) ikun bil-baħar/ferrovija (fejn l-infrastruttura tippermetti).

Aktar minn 99 % tat-trasport barrani, skont il-valur tal-bejgħ, ikun bil-vapur.

(ara l-BEMP: 3.3.4)

14.

L-ottimizzazzjoni sistematika tal-ippjanar tar-rotta

(iva/le)

Dan l-indikatur jirrifletti jekk il-bejjiegħ bl-imnut ikunx implimenta ottimizzazzjoni sistematika tan-netwerks ta' distribuzzjoni tiegħu permezz tal-implimentazzjoni ta' postijiet strateġiċi tal-buttuni, pjattaformi konsolidati, u rotot diretti.

Dan jinkludi li l-vetturi tal-kunsinna tal-ħanut li jkunu qed jirritornaw vojta jiġu mgħobbija bi skart jew bi provvisti tal-fornituri, l-użu tat-telematika, u perjodi estiżi li fihom isiru l-kunsinni.

Livell tal-organizzazzjoni

Effiċjenza fl-użu tal-enerġija

L-użu effiċjenti tal-materjali

L-ottimizzazzjoni sistematika tal-ippjanar tar-rotot.

(ara l-BEMP: 3.3.5, 3.3.6)

15.

Il-perċentwal tal-vetturi li jissodisfaw l-istandards EURO V

%

Indikazzjonijiet:

Applikabbli għal bejjiegħa bl-imnut kbar b'servizzi interni tat-trasport u loġistiċi, fornituri terzi tat-trasport.

Jekk ikun possibbli, għandha tiġi mmonitorjata wkoll l-ekonomija tal-karburant tal-vettura (l/100 km).

Livell tal-organizzazzjoni

Emissjonijiet

100 % tat-trakkijiet ikunu konformi mal-istandards EURO V.

(ara l-BEMP: 3.3.7)

IL-ĠESTJONI TAL-ISKART

16.

Il-ġenerazzjoni tal-iskart

kg/sena

tunnellati/sena

kg/m2sena

Piż tal-iskart prodott fis-sena.

Indikazzjonijiet:

Jista' jiġi espress għal kull unità taż-żona tal-bejgħ.

Għandu jiġi mmonitorjat separatament għal tipi differenti ta' skart.

Livell tal-organizzazzjoni

Għal kull tip ta' skart: eż. skart tal-ikel, plastik, karta u kartun, injam, metall, materjal perikoluż, eċċ.

użu mill-ġdid, reċiklaġġ estern, fermentazzjoni, donazzjoni, eċċ.

Skart

(ara l-BEMP: 3.4.1, 3.4.2)

17.

Il-perċentwal tal-iskart tal-ikel li jintrema f'miżbla jew jiġi inċinerat

%

Il-perċentwal tal-iskart tal-ikel li ma jintbagħatx għal operazzjonijiet ta' rkupru, bħal fermentazzjoni, mill-iskart totali tal-ikel iġġenerat.

Livell tal-organizzazzjoni

Skart

0 % tal-iskart tal-ikel mormi f'miżbla jew għall-inċinerazzjoni.

(ara l-BEMP: 3.4.1)

18.

Ir-rata ta' riċiklaġġ tal-ippakkjar sekondarju

%

Il-piż tal-materjal riċiklat diviż bl-ammont totali ta' skart.

Indikazzjonijiet:

Xi bejjiegħa bl-imnut jinkludu l-ammont ta' materjal użat mill-ġdid. Għandu jkun hemm indikazzjoni ċara dwar dan meta jkun qed jiġi rapportat dwar dan l-indikatur.

Livell tal-organizzazzjoni

L-użu effiċjenti tal-materjali

Skart

Sistema tal-ġestjoni tal-iskart tiġi integrata fil-ħanut u l-objettiv tagħha huwa li 100 % tal-materjal tal-ippakkjar sekondarju jiġi riċiklat jew użat mill-ġdid.

(ara l-BEMP: 3.4.2)

19.

Ir-rata ta' ritorn tal-ippakkjar u tal-prodotti użati

%

Ir-rata ta' ritorn tal-ippakkjar tal-prodotti mill-konsumaturi, bħal fliexken tal-plastik, u prodotti użati, bħal batteriji u tagħmir elettroniku, mill-bejgħ totali ta' dawn il-prodotti.

Indikazzjonijiet:

Għal sistemi ta' ritorn ta' fliexken tal-PET u tal-PE, ir-rata ta' teħid lura għandha titkejjel skont il-fliexken ritornabbli mibjugħa.

Għal kull tip ta' ippakkjar/prodott ritornabbli

L-użu effiċjenti tal-materjali

Skart

Ritorn mill-konsumatur ta' 80 % b'depożitu.

Ritorn mill-konsumatur ta' 95 % b'depożitu.

(ara l-BEMP: 3.4.3)

IL-KONSUM TA' MATERJALI MINBARRA R-REFRIĠERANTI

20.

Karta ċertifikata jew riċiklata għall-pubblikazzjonijiet kummerċjali

%

Il-perċentwal ta' karta ċertifikata (eż. FSC) jew karta riċiklata li tintuża għall-pubblikazzjonijiet kummerċjali

L-użu effiċjenti tal-materjal

Skart

100 % tal-karta tkun ċertifikata jew riċiklata.

(ara l-BEMP: 3.5)

IL-ĠESTJONI TAL-ILMA

21.

Ħwienet b'sistema ta' ġbir tal-ilma tax-xita

%

Il-perċentwal ta' ħwienet b'sistema ta' ġbir tal-ilma tax-xita u/jew b'sistemi ta' infiltrazzjoni tal-ilma tax-xita

Ilma

Il-ġbir tal-ilma tax-xita u/jew l-infiltrazzjoni fil-post jiġu integrati fis-sistema tal-ġestjoni tal-ilma.

(ara l-BEMP: 3.6)

L-IMĠIBA TAL-KONSUMATUR

22.

L-għadd ta' boroż

#

L-għadd ta' basktijiet tal-plastik li jingħataw jew li jinbiegħu fiċ-check outs.

Indikazzjonijiet:

L-għadd ta' basktijiet tal-plastik li jingħataw mingħajr ħlas li jintużaw darba għandu jkun ikkontrollat iżda, wkoll, dawk li jinbiegħu jew li jingħataw għal finijiet ta' reklamar jew l-għadd ta' basktijiet tal-plastik li jistgħu jerġgħu jintużaw li jinbiegħu

Jista' jiġi rrapportat għal kull klijent jew għal kull 1 000 klijent jew għal kull unità ta' fatturat.

Basktijiet tal-plastik li jingħataw mingħajr ħlas li jintużaw darba, basktijiet bijodegradabbli tal-plastik li jingħataw mingħajr ħlas li jintużaw darba, basktijiet tal-plastik li jintużaw darba mibjugħa, basktijiet li jistgħu jerġgħu jintużaw mibjugħa

L-użu effiċjenti tal-materjal

L-iskart

Żero basktijiet li jintużaw darba disponibbli fiċ-check-outs.

(ara l-BEMP: 3.7)


(1)  Ir-rapport xjentifiku u ta' politika huwa disponibbli pubblikament fuq il-websajt tal-JRC/IPTS fl-indirizz li ġej: http://susproc.jrc.ec.europa.eu/activities/emas/documents/RetailTradeSector.pdf. Il-konklużjonijiet dwar l-aqwa prattiki ta' ġestjoni ambjentali u l-applikabbiltà tagħhom kif ukoll l-indikaturi speċifiċi identifikati tal-prestazzjoni ambjentali u l-parametri referenzjarji ta' eċċellenza li jinsabu f'dan id-Dokument ta' Referenza Settorjali huma bbażati fuq is-sejbiet dokumentati fir-rapport xjentifiku u tal-politika. L-informazzjoni ta' sfond u d-dettalji tekniċi kollha jistgħu jinstabu fih.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1836/93 tad-29 ta' Ġunju 1993 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja mill-kumpanniji fis-settur industrijali fi skema Komunitarja għall-immaniġġjar tal-ambjent u verifika (ĠU L 168, 10.7.1993, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2001 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fl-iskema Komunitarja għall-immaniġġjar tal-ambjent u verifika (EMAS) (ĠU L 114, 24.4.2001, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/131/UE tal-4 ta' Marzu 2013 li tistabbilixxi l-gwida għall-utent u twaqqaf il-passi meħtieġa għall-parteċipazzjoni fl-EMAS, skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (ĠU L 76, 19.3.2013, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

(6)  Din hija klassifikazzjoni approssimattiva tan-natura tal-aspetti ambjentali skont id-definizzjonijiet mogħtija fir-Regolament (KE) Nru 1221/2009. In-natura diretta jew indiretta ta' kull aspett ambjentali għandha tiġi vvalutata għal kull każ speċifiku.

(7)  Dawk il-prodotti manifatturati minn kumpannija li jinbiegħu taħt il-marka ta' kumpannija oħra (eż. il-marka tal-bejjiegħ bl-imnut). Prodotti tad-ditta proprja jissejħu wkoll tikketti privati.

(8)  Intrapriża żgħira hija definita bħala intrapriża li timpjega anqas minn 50 ruħ u li l-valur tal-fatturat tagħha ta' kull sena u/jew it-total tal-karta tal-bilanċ tagħha ma jaqbiżx EUR 10 miljun (Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36)).

(9)  Dan il-parametru referenzjarju jista' jidher ukoll fid-dawl tad-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u d-definizzjonijiet nazzjonali ta' bini b'użu ta' kważi żero enerġija (NZEB). Illustrazzjoni/eżempju ta' dan huwa limitu ta' 20 kWh/m2 sena (http://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=CELEX:52013DC0483).

(*)  

Nota: Skont id-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija intrapriżi kbar għandhom l-obbligu li jwettqu verifiki tal-enerġija, li jsiru minn esperti kwalifikati, kull erba' snin, l-ewwel sal-5 ta' Diċembru 2015.

(10)  Dan il-parametru referenzjarju għandu jitqies ukoll fid-dawl tal-kriterji tal-APE tal-UE għat-tidwil fuq ġewwa tal-ħwienet, li huwa ta' 3,5 W/m2/100 lux (kriterji ewlenin) jew ta' 3,2 W/m2/100 lux (kriterji komprensivi). Ara: http://ec.europa.eu/environment/gpp/pdf/criteria/indoor_lighting.pdf.

(11)  Is-sistema għall-ġestjoni tal-enerġija tista' jkun parti mill-EMAS.

(12)  Inkella, il-proporzjon ta' enerġija rinnovabbli fuq il-post jew fil-qrib skont prEN15603.

(13)  Prodotti ewlenin jirreferu għal prodotti b'volum għoli ta' bejgħ (skont il-valur).

Min-naħa l-oħra, prodotti prijoritarji huma dawk kemm b'volum għoli ta' bejgħ (skont il-valur) u b'impatt ambjentali għoli: Ladarba bejjiegħ bl-imnut ikun identifika l-prodotti ewlenin tiegħu, issirstima ambjentali tal-impronta tagħhom u jitqiesu biss dawk l-aktar rilevanti.

(14)  Tikketti ambjentali tat-Tip-I Tikketta Ambjentali Ċertifikat minn Parti Terza (ISO 14024).

(15)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) NRU 889/2008 tal-5 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1).

(16)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).

(17)  L-Istandard EURO VI għall-emissjonijiet tal-vetturi daħal fis-seħħ fl-aħħar tal-2012, għalhekk jista' jitqies bħala punt referenzjarju ta' eċċellenza fis-snin futuri


Top