This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0592
Commission Regulation (EU) No 592/2014 of 3 June 2014 amending Regulation (EU) No 142/2011 as regards the use of animal by-products and derived products as a fuel in combustion plants Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 592/2014 tat- 3 ta' Ġunju 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward tal-użu ta' prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati bħala karburant f'impjanti tal-kombustjoni Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 592/2014 tat- 3 ta' Ġunju 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward tal-użu ta' prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati bħala karburant f'impjanti tal-kombustjoni Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 165, 4.6.2014, p. 33–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
4.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 165/33 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 592/2014
tat-3 ta' Ġunju 2014
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward tal-użu ta' prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati bħala karburant f'impjanti tal-kombustjoni
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(1)(d), l-Artikolu 15(1)(e), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1), il-punt (h) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27, il-punt (i) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 45(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jistabbilixxi regoli dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa tal-annimali għall-prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati minnhom, sabiex ir-riskji għas-saħħa pubblika u għas-saħħa tal-animali li jistgħu jiġu kkawżati minn dawn il-prodotti jiġu evitati u mnaqqsa kemm jista' jkun. Dan jaqsam il-prodotti f'kategoriji speċifiċi li jirriflettu l-livell ta' dawn ir-riskji, u jistabbilixxi li għandu jkun hemm rekwiżiti dwar l-użu u r-rimi tagħhom mingħajr periklu. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (2) jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, inkluż regoli dwar l-użu u r-rimi ta' demel. |
(3) |
Id-demel tat-tjur jiġi prodott bħala parti integrali tat-tgħammir u trobbija tat-tjur fl-irziezet, u jista' jintuża fuq il-post bħala karburant għall-kombustjoni mingħajr ma jiġi trattat minn qabel, sakemm ikun hemm konformità mar-rekwiżiti rilevanti dwar l-ambjent u l-ħarsien tas-saħħa u sakemm l-użu speċifiku tiegħu ma jikkawżax impatti negattivi fuq l-ambjent jew fuq is-saħħa tal-bniedem. |
(4) |
Impjanti tal-kombustjoni li jużaw demel tat-tjur bħala karburant għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa relatati mal-iġjene sabiex ma jseħħx it-tixrid ta' patoġeni possibbli. Dawk il-miżuri għandhom jinkludu wkoll it-trattament ta' ilma mormi li joriġina mill-postijiet li fihom jinħażen id-demel tat-tjur. |
(5) |
Ir-residwi mill-kombustjoni tad-demel tat-tjur, primarjament l-irmied, huma sors importanti ta' minerali li jistgħu jintużaw għall-produzzjoni ta' fertilizzanti minerali, u bħalissal-Kummissjoni qed tiżviluppa l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal residwi ta' dan it-tip. Għalhekk huwa xieraq li tinħoloq il-possibbiltà li r-residwi tal-kombustjoni jintużaw, minflok jiġu mormija bħala skart. |
(6) |
F'dan l-istadju, il-Kummissjoni ġiet ipprovduta biss b'evidenza komprensiva li turi li ġiet żviluppata teknoloġija biex id-demel tat-tjur jintuża bħala karburant għall-kombustjoni fl-irziezet mingħajr effetti negattivi fuq l-ambjent u/jew fuq is-saħħa tal-bniedem. F'każ li l-Kummissjoni tingħata evidenza li tikkonkludi li demel ta' speċi oħra jista' jintuża bħala karburant għall-kombustjoni billi jiġi żgurat livell ekwivalenti ta' ħarsien tas-saħħa u tal-ambjent, id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 ikunu jistgħu jiġu riveduti kif xieraq. |
(7) |
Sabiex tiġi żgurata l-legalità tal-użu ulterjuri tad-demel tat-tjur bħala karburant f'impjanti tal-kombustjoni, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti addizzjonali dwar il-protezzjoni ambjentali u tas-saħħa għal dan l-użu speċifiku, bil-għan li jiġi evitat li jkun hemm impatti negattivi fuq l-ambjent jew fuq is-saħħa tal-bniedem. |
(8) |
Rekwiżiti armonizzati li jindirizzaw, b'mod olistiku, il-kontroll ta' riskji għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali u għall-ambjent li jirriżultaw mill-użu tad-demel bħala karburant f'impjanti tal-kombustjoni fl-irziezet kieku jiffaċilitaw ukoll l-iżvilupp ta' teknoloġiji għal impjanti tal-kombustjoni li jużaw demel tat-tjur fl-irziezet bħala sors sostenibbli ta' karburant. |
(9) |
Għalhekk, ikun xieraq li l-Artikolu 6 tar- Regolament (UE) Nru 142/2011 jiġi emendat sabiex jiġu pprovduti rekwiżiti addizzjonali rigward l-użu ta' prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati bħala karburant f'impjanti tal-kombustjoni. |
(10) |
Il-konformità min-naħa tal-operaturi ma' ċertu standards ambjentali msemmija f'dan ir-Regolament għandha tiġi vverifikata minn jew f'isem l-awtorità kompetenti. |
(11) |
L-istandards tal-ipproċessar kif deskritti fil-punt F tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għal bojlers termali ġew approvati bħala metodu alternattiv skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009. Dawk l-istandards jistgħu jiġu applikati, wara li jsirulhom l-adattamenti neċessarji, anki għall-kombustjoni ta' xaħmijiet tal-annimali bħala karburant f'magni b'kombustjoni interna stazzjonarji. |
(12) |
L-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(13) |
Għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jeħtieġ li jiġu introdotti rekwiżiti għal kontrolli uffiċjali rigward il-kombustjoni ta' xaħmijiet tal-annimali u tad-demel tat-tjur bħala karburant. L-Anness XVI tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(14) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 142/2011 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Annessi III u XVI huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Għal perjodu tranżitorju ta' sentejn wara d-data msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3, l-Istati Membri jistgħu jippermettu t-tħaddim ta' impjanti tal-kombustjoni bl-użu ta' xaħmijiet ipproċessati jew demel tat-tjur bħala karburant meta dawn ikunu ġew approvati skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-15 ta' Lulju 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 142/2011 tal-Kummissjoni tal-25 ta' Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).
ANNESS
L-Annessi III u XVI tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 huma emendati kif ġej:
(1) |
L-Anness III huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
Fl-Anness XVI, fil-Kapitolu III, tiddaħħal it-Taqsima li ġejja: “Taqsima 12 Kontrolli uffiċjali dwar impjanti approvati għall-kombustjoni ta' xaħmijiet tal-annimali u demel tat-tjur bħala karburant L-awtorità kompetenti għandha twettaq verifiki dokumentati f'impjanti approvati għall-kombustjoni ta' xaħmijiet tal-annimali u demel tat-tjur bħala karburant imsemmija fil-Kapitolu V tal-Anness III b'konformità mal-proċeduri msemmija fl-Artikolu 6(7) u (8).” |