EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0592

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 592/2014 tat- 3 ta' Ġunju 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward tal-użu ta' prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati bħala karburant f'impjanti tal-kombustjoni Test b'rilevanza għaż-ŻEE

OJ L 165, 4.6.2014, p. 33–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/592/oj

4.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/33


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 592/2014

tat-3 ta' Ġunju 2014

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward tal-użu ta' prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati bħala karburant f'impjanti tal-kombustjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(1)(d), l-Artikolu 15(1)(e), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1), il-punt (h) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27, il-punt (i) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 45(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jistabbilixxi regoli dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa tal-annimali għall-prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati minnhom, sabiex ir-riskji għas-saħħa pubblika u għas-saħħa tal-animali li jistgħu jiġu kkawżati minn dawn il-prodotti jiġu evitati u mnaqqsa kemm jista' jkun. Dan jaqsam il-prodotti f'kategoriji speċifiċi li jirriflettu l-livell ta' dawn ir-riskji, u jistabbilixxi li għandu jkun hemm rekwiżiti dwar l-użu u r-rimi tagħhom mingħajr periklu.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (2) jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, inkluż regoli dwar l-użu u r-rimi ta' demel.

(3)

Id-demel tat-tjur jiġi prodott bħala parti integrali tat-tgħammir u trobbija tat-tjur fl-irziezet, u jista' jintuża fuq il-post bħala karburant għall-kombustjoni mingħajr ma jiġi trattat minn qabel, sakemm ikun hemm konformità mar-rekwiżiti rilevanti dwar l-ambjent u l-ħarsien tas-saħħa u sakemm l-użu speċifiku tiegħu ma jikkawżax impatti negattivi fuq l-ambjent jew fuq is-saħħa tal-bniedem.

(4)

Impjanti tal-kombustjoni li jużaw demel tat-tjur bħala karburant għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa relatati mal-iġjene sabiex ma jseħħx it-tixrid ta' patoġeni possibbli. Dawk il-miżuri għandhom jinkludu wkoll it-trattament ta' ilma mormi li joriġina mill-postijiet li fihom jinħażen id-demel tat-tjur.

(5)

Ir-residwi mill-kombustjoni tad-demel tat-tjur, primarjament l-irmied, huma sors importanti ta' minerali li jistgħu jintużaw għall-produzzjoni ta' fertilizzanti minerali, u bħalissal-Kummissjoni qed tiżviluppa l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal residwi ta' dan it-tip. Għalhekk huwa xieraq li tinħoloq il-possibbiltà li r-residwi tal-kombustjoni jintużaw, minflok jiġu mormija bħala skart.

(6)

F'dan l-istadju, il-Kummissjoni ġiet ipprovduta biss b'evidenza komprensiva li turi li ġiet żviluppata teknoloġija biex id-demel tat-tjur jintuża bħala karburant għall-kombustjoni fl-irziezet mingħajr effetti negattivi fuq l-ambjent u/jew fuq is-saħħa tal-bniedem. F'każ li l-Kummissjoni tingħata evidenza li tikkonkludi li demel ta' speċi oħra jista' jintuża bħala karburant għall-kombustjoni billi jiġi żgurat livell ekwivalenti ta' ħarsien tas-saħħa u tal-ambjent, id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 ikunu jistgħu jiġu riveduti kif xieraq.

(7)

Sabiex tiġi żgurata l-legalità tal-użu ulterjuri tad-demel tat-tjur bħala karburant f'impjanti tal-kombustjoni, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti addizzjonali dwar il-protezzjoni ambjentali u tas-saħħa għal dan l-użu speċifiku, bil-għan li jiġi evitat li jkun hemm impatti negattivi fuq l-ambjent jew fuq is-saħħa tal-bniedem.

(8)

Rekwiżiti armonizzati li jindirizzaw, b'mod olistiku, il-kontroll ta' riskji għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali u għall-ambjent li jirriżultaw mill-użu tad-demel bħala karburant f'impjanti tal-kombustjoni fl-irziezet kieku jiffaċilitaw ukoll l-iżvilupp ta' teknoloġiji għal impjanti tal-kombustjoni li jużaw demel tat-tjur fl-irziezet bħala sors sostenibbli ta' karburant.

(9)

Għalhekk, ikun xieraq li l-Artikolu 6 tar- Regolament (UE) Nru 142/2011 jiġi emendat sabiex jiġu pprovduti rekwiżiti addizzjonali rigward l-użu ta' prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati bħala karburant f'impjanti tal-kombustjoni.

(10)

Il-konformità min-naħa tal-operaturi ma' ċertu standards ambjentali msemmija f'dan ir-Regolament għandha tiġi vverifikata minn jew f'isem l-awtorità kompetenti.

(11)

L-istandards tal-ipproċessar kif deskritti fil-punt F tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għal bojlers termali ġew approvati bħala metodu alternattiv skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009. Dawk l-istandards jistgħu jiġu applikati, wara li jsirulhom l-adattamenti neċessarji, anki għall-kombustjoni ta' xaħmijiet tal-annimali bħala karburant f'magni b'kombustjoni interna stazzjonarji.

(12)

L-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(13)

Għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jeħtieġ li jiġu introdotti rekwiżiti għal kontrolli uffiċjali rigward il-kombustjoni ta' xaħmijiet tal-annimali u tad-demel tat-tjur bħala karburant. L-Anness XVI tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(14)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 142/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

It-titolu tal-Artikolu 6 huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 6

Rimi permezz ta' inċinerazzjoni, rimi jew irkuprar permezz ta' koinċinerazzjoni u użu bħala karburant għall-kombustjoni”

(b)

Qed jiġu miżjuda l-paragrafi li ġejjin:

“6.   L-operaturi għandhom jiżguraw li l-impjanti tal-kombustjoni li jinsabu taħt il-kontroll tagħhom, għajr dawk imsemmija fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV tal-Anness IV, u li fihom jintużaw bħala karburant prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati, ikunu konformi mal-kundizzjonijiet ġenerali u mar-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fil-Kapitoli IV u V tal-Anness III rispettivament, u li dawn ikunu approvati mill-awtorità kompetenti b'konformità mal-Artikolu 24(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

7.   L-awtorità kompetenti għandha tapprova biss impjanti tal-kombustjoni msemmija fil-paragrafu 6 għall-użu ta' prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati bħala karburant għall-kombustjoni, sakemm:

(a)

l-impjanti tal-kombustjoni jaqgħu fl-ambitu tal-Kapitolu V tal-Anness III ta' dan ir-Regolament;

(b)

l-impjanti tal-kombustjoni jħarsu l-kundizzjonijiet ġenerali u r-rekwiżiti speċifiċi rilevanti kollha stabbiliti fil-Kapitoli IV u V tal-Anness III ta' dan ir-Regolament;

(c)

ikun hemm fis-seħħ proċeduri amministrattivi sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti għall-approvazzjoni ta' impjanti tal-kombustjoni jiġu vverifikati mill-ġdid kull sena.

8.   Rigward l-użu tad-demel tat-tjur bħala karburant għall-kombustjoni skont kif stabbilit fil-Kapitolu V tal-Anness III, b'żieda mar-regoli li ġejjin għandhom japplikaw ukoll ir-regoli msemmija fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu:

(a)

l-applikazzjoni għall-approvazzjoni li tiġi ppreżentata lill-awtorità kompetenti mill-operatur skont l-Artikolu 24(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 għandu jkun fiha evidenza ċċertifikata mill-awtorità kompetenti jew minn organizzazzjoni professjonali awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru, li l-impjant tal-kombustjoni li fih id-demel tat-tjur jintuża bħala karburant tissodisfa bis-sħiħ il-valuri ta' limitu tal-emissjonijiet u r-rekwiżiti ta' monitoraġġ stabbiliti fil-punt 4 tat-Taqsima B tal-Kapitolu V tal-Anness III ta' dan id-dokument;

(b)

il-proċedura ta' approvazzjoni msemmija fl-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 m'għandhiex tiġi konkluża qabel isiru mill-inqas żewġ verifiki konsekuttivi, waħda minnhom mhux imħabbra, mill-awtorità kompetenti jew minn organizzazzjoni professjonali awtorizzata minn dik l-awtorità, matul l-ewwel sitt xhur ta' tħaddim tal-impjant tal-kombustjoni, inkluż il-kejl meħtieġ tat-temperatura u tal-emissjonijiet. Wara li r-riżultati ta' dawk il-verifiki juru li hemm konformità mal-parametri stipulati fil-punt 4 tat-Taqsima B tal-Kapitolu V tal-Anness III ta' dan ir-Regolament, tista' tingħata approvazzjoni sħiħa.”

(2)

L-Annessi III u XVI huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Għal perjodu tranżitorju ta' sentejn wara d-data msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3, l-Istati Membri jistgħu jippermettu t-tħaddim ta' impjanti tal-kombustjoni bl-użu ta' xaħmijiet ipproċessati jew demel tat-tjur bħala karburant meta dawn ikunu ġew approvati skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-15 ta' Lulju 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 142/2011 tal-Kummissjoni tal-25 ta' Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).


ANNESS

L-Annessi III u XVI tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

It-titolu tal-Anness III jinbidel b'dan li ġej:

ANNESS III

RIMI, IRKUPRAR U UŻU BĦALA KARBURANT”

(b)

Il-Kapitoli IV u V li ġejjin huma miżjuda:

“KAPITOLU IV

REKWIŻITI ĠENERALI GĦALL-UŻU TA' PRODOTTI SEKONDARJI MILL-ANNIMALI U TA' PRODOTTI DERIVATI BĦALA KARBURANT

Taqsima 1

Rekwiżiti ġenerali dwar il-kombustjoni ta' prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati bħala karburant

1.

L-operaturi ta' impjanti tal-kombustjoni msemmija fl-Artikolu 6(6) għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati fl-impjanti tal-kombustjoni li jinsabu taħt il-kontroll tagħhom:

(a)

Prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati maħsuba biex jintużaw bħala karburant għandhom jintużaw l-aktar malajr kemm jista' jkun, jew għandhom jiġu maħżuna sakemm jintużaw.

(b)

L-impjanti ta' kombustjoni għandu jkollhom fis-seħħ miżuri xierqa biex jiġi żgurat li t-tindif u d-diżinfezzjoni ta' kontenituri u vetturi jitwettqu f'żona magħżula tal-istabbiliment tagħhom li minnha l-ilma mormi jkun jista' jinġabar u jintrema skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, sabiex jiġu evitati riskji ta' kontaminazzjoni tal-ambjent.

Permezz ta' deroga mir-rekwiżiti stipulati fl-ewwel subparagrafu, il-kontenituri u l-vetturi li jintużaw għat-trasport ta' xaħmijiet ipproċessati jistgħu jitnaddfu u jiġu diżinfettati fl-impjant tat-tagħbija, jew fi kwalunkwe impjant approvat jew irreġistrat skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

(c)

L-impjanti tal-kombustjoni għandhom ikunu pożizzjonati fuq art xotta u iebsa.

(d)

L-impjanti tal-kombustjoni għandu jkollhom fis-seħħ miżuri xierqa għall-protezzjoni kontra l-pesti. Għal dak il-għan għandu jintuża programm dokumentat għall-kontroll ta' annimali bħal dawn.

(e)

L-istaff għandu jkollu aċċess għal faċilitajiet adegwati ta' iġjene personali, bħal tojlets, kmamar għat-tibdil u sinkijiet, jekk ikun meħtieġ, sabiex jiġu evitati riskji ta' kontaminazzjoni tal-apparat għall-immaniġġjar tal-annimali mrobbija fl-irziezet jew għall-immaniġġjar tal-għalf tagħhom.

(f)

Il-proċeduri tat-tindif u d-diżinfezzjoni għandhom jiġu stabbiliti u dokumentati għall-partijiet kollha tal-impjant tal-kombustjoni. Għat-tindif għandu jiġi pprovdut tagħmir adattat, kif ukoll prodotti għall-ħasil.

(g)

Il-kontroll tal-iġjene għandu jinkludi spezzjonijiet regolari tal-ambjent u tat-tagħmir. Skedi u riżultati ta' spezzjonijiet għandhom jiġu dokumentati u miżmuma għal mill-inqas sentejn.

(h)

Meta xaħmijiet ipproċessati jintużaw bħala karburant għall-kombustjoni f'magni b'kombustjoni interna li jkunu jinsabu f'impjanti għall-iproċessar tal-ikel jew tal-għalf approvati jew irreġistrati, il-proċessar ta' ikel u ta' għalf fl-istess post għandu jsir taħt kondizzjonijiet stretti ta' separazzjoni.

2.

L-operaturi tal-impjanti tal-kombustjoni għandhom jieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa fir-rigward tal-wasla ta' prodotti sekondarji mill-annimali jew ta' prodotti derivati, sabiex jiġi evitat li jkun hemm riskji diretti għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali u għall-ambjent, jew biex dawn ir-riskji jiġu limitati kemm jista' jkun fil-prattika.

3.

L-annimali ma għandux ikollhom aċċess għall-impjant tal-kombustjoni, għall-prodotti sekondarji mill-annimali u l-prodotti derivati maħsuba biex jiġu inċinerati, u għall-irmied li jirriżulta mill-kombustjoni.

4.

Meta l-impjant tal-kombustjoni jkun jinsab fi stabbiliment li fih jinżammu annimali minn speċijiet li jipproduċu l-ikel:

(a)

għandu jkun hemm separazzjoni fiżika sħiħa bejn it-tagħmir tal-kombustjoni u l-annimali, inkluż l-għalf u l-materjal għall-friex tagħhom;

(b)

it-tagħmir għandu jintuża biss għal operazzjonijiet relatati mat-tħaddim tal-impjant tal-kombustjoni, u ma għandux jintuża fi bnadi oħra tal-istabbiliment qabel ma jiġi mnaddaf u diżinfettat b'mod effettiv qabel użi bħal dawn;

(c)

il-membri tal-persunal li jaħdmu fl-impjant tal-kombustjoni għandhom ibiddlu l-ħwejjeġ ta' barra u ż-żraben tagħhom, u għandhom jieħdu miżuri ta' iġjene personali qabel jimmaniġġaw annimali f'dak l-stabbiliment jew fi kwalunkwe stabbiliment ieħor, kif ukoll qabel ma jimmaniġġaw l-għalf jew il-materjal għall-friex tal-annimali.

5.

Il-prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati li jkunu maħsuba biex jiġu inċinerati bħala karburant, kif ukoll ir-residwi tal-kombustjoni, għandhom jinħażnu f'żona magħluqa u msaqqfa li tintuża speċifikament għal dak l-iskop, jew f'kontenituri b'għatu li għandhom ikunu ta' tip li ma jnixxix.

6.

Il-kombustjoni ta' prodotti sekondarji mill-annimali jew ta' prodotti derivati għandhom jitwettqu f'kondizzjonijiet li jipprevjenu l-kontaminazzjoni kroċjata tal-għalf għall-annimali.

Taqsima 2

Kondizzjonijiet ta' tħaddim ta' impjanti tal-kombustjoni

1.

L-impjanti tal-kombustjoni għandhom ikunu ddisinjati, mibnija, mgħammra u mħaddma b'tali mod li, anki fl-aktar kondizzjonijiet sfavorevoli, il-prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati jiġu ttrattati għal mill-inqas 2 sekondi f'temperatura ta' 850 °C jew għal mill-inqas 0,2 sekondi f'temperatura ta' 1 100 °C.

2.

Il-gass li jirriżulta mill-proċess għandu jiġi msaħħan, b'mod kontrollat u omoġenju, għal 2 sekondi għal temperatura ta' 850 °C jew għal 0,2 sekondi għal temperatura ta' 1 100 °C.

It-temperatura għandha titkejjel minn ma' qrib il-ħajt ta' ġewwa jew minn xi punt rappreżentattiv ieħor tal-kamra tal-kombustjoni, skont kif awtorizzat mill-awtorità kompetenti.

3.

Għandhom jintużaw tekniki awtomatizzati biex isir monitoraġġ tal-parametri u tal-kondizzjonijiet rilevanti għall-proċess ta' kombustjoni.

4.

Riżultati ta' kejl tat-temperatura għandhom ikunu rreġistrati b'mod awtomatiku u ppreżentati b'mod xieraq biex l-awtorità kompetenti tkun tista' tivverifika l-konformità mal-kondizzjonijiet tat-tħaddim permessi imsemmija fil-punti 1 u 2 skont il-proċeduri li għandhom ikunu deċiżi minn dik l-awtorità rilevanti.

5.

L-operaturi ta' impjanti tal-kombustjoni għandhom jiżguraw li l-karburant jinħaraq b'tali mod li l-kontenut totali ta' karbonju organiku fil-gagazzi u fl-irmied tal-qiegħ ikun ta' inqas minn 3 %, jew li t-telf tagħhom mal-ħruq ikun ta' inqas minn 5 % tal-piż tal-materjal niexef.

Taqsima 3

Ir-residwi tal-kombustjoni

1.

Ir-residwi għandhom jiġu minimizzati kemm fl-ammont tagħhom kif ukoll fir-rigward tal-ħsara li jikkawżaw. Residwi ta' dan it-tip għandhom jiġu rkuprati, u meta dan ma jkunx xieraq, għandhom jintremew jew jintużaw skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

2.

It-trasport u l-ħżin temporanju ta' residwi niexfa, inkluż trab, għandhom isiru billi jintużaw kontenituri magħluqin, jew bl-użu ta' kwalunkwe metodu ieħor li jipprevjeni li jseħħ tixrid fl-ambjent.

Taqsima 4

Ħsara jew kondizzjonijiet ta' tħaddim anormali

1.

L-impjant tal-kombustjoni għandu jkun mgħammar b'faċilitajiet li jwaqqfu l-operazzjonijiet b'mod awtomatiku f'każ ta' ħsara, jew f'każ ta' kondizzjonijiet ta' tħaddim anormali, sa meta jkunu jistgħu jerġgħu jkomplu l-operazzjonijiet normali.

2.

Prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati li ma jinħarqux għalkollox għandhom jinħarqu mill-ġdid, jew jintremew bħala skart permezz ta' mezzi oħra msemmija fl-Artikoli 12, 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, u ma għandhomx jintremew f'miżbla awtorizzata.

KAPITOLU V

TIPI TA' IMPJANTI U KARBURANTI LI JISTGĦU JINTUŻAW GĦALL-KOMBUSTJONI U REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦAL TIPI PARTIKOLARI TA' IMPJANTI

A.   Magni b'kombustjoni interna stazzjonarji

1.

Materjal tal-bidu:

Għal dan il-proċess, tista' tintuża frazzjoni ta' xaħam derivata minn prodotti sekondarji mill-annimali ta' kwalunkwe kategorija, sakemm din tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

sakemm jintużaw iż-żejt tal-ħut jew ix-xaħmijiet ipproċessati li jkunu ġew prodotti skont it-Taqsimiet VIII jew XII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 rispettivament, il-frazzjoni ta' xaħam derivata minn prodotti sekondarji tal-annimali għandha l-ewwel tiġi pproċessata kif ġej:

(i)

fil-każ ta' frazzjoni ta' xaħam ta' materjali tal-Kategoriji 1 u 2, kwalunkwe wieħed mill-metodi ta' proċessar minn 1 sa 5, kif stabbilit fil-Kapitolu III tal-Anness IV.

Meta dan ix-xaħam jiġi ttrasferit permezz ta' sistema ta' ċineg tal-ġarr magħluqa li ma tkunx tista' tinqabeż, u bil-kondizzjoni li din is-sistema tkun ġiet awtorizzata mill-awtorità kompetenti, minn impjant ta' proċessar għal kombustjoni diretta immedjata, l-immarkar b'mod permanenti bi gliċeroltriħeptanoat (GTH) imsemmi fil-punt 1 tal-Kapitolu V tal-Anness VIII mhuwiex meħtieġ;

(ii)

fil-każ ta' frazzjoni ta' xaħam ta' materjali tal-Kategorija 3, kwalunkwe wieħed mill-metodi ta' proċessar minn 1 sa 5, jew il-metodu ta' pproċessar numru 7 kif stabbilit fil-Kapitolu III tal-Anness IV;

(iii)

fil-każ ta' materjali derivati milll-ħut, kwalunkwe mill-metodi ta' proċessar minn 1 sa 7, kif stabbilit fil-Kapitolu III tal-Anness IV;

(b)

il-frazzjoni ta' xaħam għandha tiġi separata mill-proteina, u fil-każ ta' xaħam li joriġina minn annimali li jixtarru li jkun maħsub biex jinħaraq f'impjant ieħor, għandhom jitneħħew l-impuritajiet li ma jinħallux li jkunu aktar minn 0,15 % fil-piż;

2.

Metodoloġija:

Il-kombustjoni tax-xaħam tal-annimali bħala karburant f'magni b'kombustjoni interna stazzjonarji għandha ssir kif ġej:

(a)

il-frazzjonijiet ta' xaħam imsemmija fil-punti 1(a) u (b) għandhom jinħarqu:

(i)

skont il-kondizzjonijiet stipulati fit-Taqsima 2(1) tal-Kapitolu IV; jew

(ii)

bl-użu ta' parametri ta' pproċessar li jiksbu eżitu ekwivalenti għall-kondizzjonijiet stipulati fil-punt (i), u li huma awtorizzati mill-awtorità kompetenti;

(b)

il-kombustjoni ta' materjali li joriġinaw minn annimali, minbarra xaħam tal-annimali, ma għandhiex tkun permessa;

(c)

xaħmijiet tal-annimali dderivati mill-Kategorija 1 jew mill-Kategorija 2 li jiġu inċinerati fi stabbilimenti approvati jew reġistrati skont ir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004, 853/2004, 183/2005, jew f'postijiet pubbliċi għandhom jiġu proċessati permezz tal-metodu ta' proċessar 1, kif stabbilit fil-Kapitolu III tal-Anness IV;

(d)

il-kombustjoni ta' xaħmijiet tal-annimali għandha ssir skont leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-ambjent, partikolarment b'referenza għall-istandards u r-rekwiżiti ta' dik il-leġiżlazzjoni u r-rekwiżiti dwar l-aħjar tekniki disponibbli għall-kontroll u l-monitoraġġ ta' emissjonijiet.

3.

Kundizzjonijiet operattivi:

Permezz ta' deroga mir-rekwiżiti stipulati fl-ewwel paragrafu tal-punt 2 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV, rekwiżiti bbażati fuq parametri oħra ta' pproċessar li jiżguraw riżultat ambjentali ekwivalenti jistgħu jiġu awtorizzati mill-awtorità kompetenti responsabbli għal kwistjonijiet ambjentali.

B.   Impjanti ta' kombustjoni installati fl-irziezet li jużaw id-demel tat-tjur bħala karburant

1.

Tip ta' impjant

Impjant ta' kombustjoni installat fir-razzett b'kapaċità termali nominali totali ta' mhux aktar minn 5 MW.

2.

Materjal tal-bidu u ambitu:

Esklussivament demel tat-tjur mhux ipproċessat, kif imsemmi fl-Artikolu 9(a) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, maħsub biex jintuża bħala karburant għall-kombustjoni b'konformità mal-ħtiġijiet stabbiliti fil-punti 3 sa 5.

Il-kombustjoni ta' prodotti sekondarji mill-annimali jew prodotti derivati oħra u ta' demel ta' speċijiet oħra jew li jkunu ġew iġġenerati barra mill-istabbiliment ma għandhiex titħalla ssir f'impjanti ta' kombustjoni installati fl-irziezet imsemmija fil-punt 1.

3.

Rekwiżiti speċifiċi għad-demel tat-tjur li jintuża bħala karburant għall-kombustjoni:

(a)

Id-demel għandu jinħażen b'mod sikur f'faċilità tal-ħżin magħluqa sabiex tiġi minimizzata l-ħtieġa għal aktar immaniġġar u sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni kroċjata ma' żoni oħra ta' stabbilimenti fejn jinżammu annimali minn speċijiet li jipproduċu l-ikel.

(b)

L-impjanti tal-kombustjoni installati fl-irziezet għandhom ikunu mgħammra bi:

(i)

sistema awtomatika ta' ġestjoni tal-karburant sabiex il-karburant jiddaħħal direttament fil-kamra tal-kombustjoni mingħajr immaniġġar ulterjuri;

(ii)

berner awżiljarju li għandu jintuża waqt l-operazzjonijiet tal-bidu u tat-tmiem sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti tat-temperatura stabbiliti fit-Taqsima 2(2) tal-Kapitolu IV jiġu ssodisfati f'kull ħin waqt dawk l-operazzjonijiet, u sakemm ikun għad hemm materjal mhux maħruq fil-kamra tal-kombustjoni.

4.

Valuri ta' limitu tal-emissjonijiet u rekwiżiti ta' monitoraġġ:

(a)

L-emissjonijiet tad-diossidu tal-kubrit, tal-ossidi tan-nitroġenu (jiġifieri l-ammont totali ta' monossidu tan-nitroġenu u ta' diossidu tan-nitroġenu, imfisser bħala diossidu tan-nitroġenu), u ta' materja partikolata m'għandhomx jaqbżu l-valuri ta' limitu tal-emissjonijiet li ġejjin, espressi f'mg/Nm3 f'temperatura ta' 273,15 K, pressjoni ta' 101,3 kPa u kontenut ta' ossiġenu ta' 11 fil-mija, wara korrezzjoni għall-kontenut tal-fwar tal-ilma fil-gassijiet ta' skart:

Is-sustanza li tniġġes

Il-valur ta' limitu tal-emissjonijiet f'mg/Nm3

Diossidu tal-kubrit

50

Ossidi tan-nitroġenu (bħala NO2)

200

Materja partikolata

10

(b)

L-operaturi ta' impjanti tal-kombustjoni installati fl-irziezet għandhom iwettqu kejl tad-diossidu tal-kubrit, ta' ossidi tan-nitroġenu u ta' materja partikolata mill-inqas fuq bażi annwali.

Bħala alternattiva għall-kejl imsemmi fl-ewwel subparagrafu, biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet ta' diossidu tal-kubrit jistgħu jintużaw proċeduri oħra verifikati u approvati mill-awtorità kompetenti.

Il-monitoraġġ għandu jitwettaq minn jew f'isem l-operatur, skont l-istandards CEN. F'każ li l-istandards CEN ma jkunux disponibbli, għandhom japplikaw l-istandards ISO, standards nazzjonali jew standards internazzjonali oħra li jiżguraw l-għoti ta' dejta ta' kwalità xjentifika ekwivalenti.

(c)

Ir-riżultati kollha għandhom jiġu rreġistrati, ipproċessati u ppreżentati b'mod li l-awtorità kompetenti tkun tista' tivverifika l-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet.

(d)

Għal impjanti tal-kombustjoni installati fl-irziezet li japplikaw tagħmir għat-tnaqqis sekondarju sabiex jintlaħqu l-valuri limitu tal-emissjonijiet, l-operazzjoni effettiva ta' dak it-tagħmir għandha tiġi mmonitorjata b'mod kontinwu, filwaqt li r-riżultati tagħha għandhom jiġu rreġistrati.

(e)

F'każ ta' nuqqas ta' konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet imsemmija fil-punt (a) jew f'każ li impjant tal-kombustjoni installat f'razzett ma jissodisfax il-ħtiġijiet tal-punt 1 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV, l-operaturi għandhom jgħarrfu lill-awtorità kompetenti minnufih u jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-konformità tiġi regolarizzata fl-inqas żmien possibbli. F'każ li l-konformità ma tkunx tista' tiġi regolarizzata, l-awtorità kompetenti għandha tissospendi l-operazzjonijet tal-impjant u tirtira l-approvazzjoni tagħha.

5.

Bidliet fl-operat u ħsara:

(a)

L-operatur għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti b'kull bidla ppjanata fl-impjant tal-kombustjoni installat fir-razzett li tista' taffettwa l-emissjonijiet tal-impjant mill-inqas xahar qabel id-data li fiha sseħħ il-bidla.

(b)

L-operatur għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-perjodi tal-bidu u tat-tmiem tat-tħaddim tal-impjant tal-kombustjoni installat fir-razzett, kif ukoll kwalunkwe ħinijiet ta' ħsara, ikunu qosra kemm jista' jkun. Fil-każ ta' funzjonament ħażin jew ħsara ta' tagħmir għat-tnaqqis sekondarju, l-operatur għandu jinforma minnufih lill-awtorità kompetenti.”.

(2)

Fl-Anness XVI, fil-Kapitolu III, tiddaħħal it-Taqsima li ġejja:

“Taqsima 12

Kontrolli uffiċjali dwar impjanti approvati għall-kombustjoni ta' xaħmijiet tal-annimali u demel tat-tjur bħala karburant

L-awtorità kompetenti għandha twettaq verifiki dokumentati f'impjanti approvati għall-kombustjoni ta' xaħmijiet tal-annimali u demel tat-tjur bħala karburant imsemmija fil-Kapitolu V tal-Anness III b'konformità mal-proċeduri msemmija fl-Artikolu 6(7) u (8).”


Top