This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R1197
Commission Regulation (EU) No 1197/2013 of 25 November 2013 amending Annex III to Regulation (EC) No 1223/2009 of the European Parliament and of the Council on cosmetic products Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1197/2013 tal- 25 ta’ Novembru 2013 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1197/2013 tal- 25 ta’ Novembru 2013 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 315, 26.11.2013, p. 34–66
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
26.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 315/34 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1197/2013
tal-25 ta’ Novembru 2013
li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), b'mod partikolari l-Artikolu 31(1) tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur,
Billi:
(1) |
Wara l-pubblikazzjoni ta’ studju xjentifiku fl-2001, bl-isem “Use of permanent hair dyes and bladder cancer risk”, il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti Kosmetiċi u l-Prodotti li Mhumiex tal-Ikel maħsuba għall-Konsumaturi, li wara nbidel għall-Kumitat Xjentifiku dwar Prodotti tal-Konsumatur (“SCCP”), skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/210/KE tat-3 ta’ Marzu 2004 li twaqqaf Kumitati Xjentifiċi fil-qasam tas-saħħa tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjent (2), ikkonkluda li r-riskji potenzjali tal-użu taż-żebgħa tax-xagħar kienu ta’ tħassib. L-SCCP fl-opinjonijiet tiegħu, irrakkomanda li l-Kummissjoni tieħu iżjed passi biex tikkontrolla l-użu tas-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar. |
(2) |
L-SCCP irrakkomanda wkoll strateġija ta’ valutazzjoni ġenerali dwar is-sikurezza tas-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar li tinkludi r-rekwiżiti għall-ittestjar tas-sustanzi użati fil-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar għall-ġenotossiċità jew il-mutaġeniċità potenzjali tagħhom. |
(3) |
Skont l-opinjonijiet tal-SCCP, il-Kummissjoni qablet mal-Istati Membri u l-partijiet interessati dwar strateġija globali biex tirregola s-sustanzi użati fil-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar li, skontha, l-industrija ntalbet tippreżenta fajls bid-dejta xjentifika aġġornata dwar is-sikurezza tas-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar, biex l-SCCP iwettaq valutazzjoni tar-riskji. |
(4) |
L-SCCP, li wara nbidel għall-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (“SCCS”) skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/721/KE tal-5 ta’ Awwissu 2008 li twaqqaf Struttura Konsultattiva ta’ Kumitati Xjentifiċi u esperti fil-qasam tas-sigurtà tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjent u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/210/KE (3), ivvaluta s-sikurezza tas-sustanzi individwali li għalihom tressqu fajls aġġornati mill-industrija. |
(5) |
Fir-rigward tal-evalwazzjoni ta-riskji possibbli għas-saħħa tal-konsumatur minn prodotti ta' reazzjoni fformati minn sustanzi ossidattivi taż-żebgħa tax-xagħar fil-proċess tat-tiżbigħ tax-xagħar, abbażi tad-dejta li għadha mhix disponibbli, l-SCCS, fl-opinjoni tiegħu tal-21 ta' Settembru 2010, ma qajjem l-ebda tħassib ewlieni fir-rigward tal-ġenotossicità u l-karċinoġeniċità taż-żebgħa tax-xagħar u l-prodotti ta' reazzjoni tagħhom użati bħalissa fl-Unjoni. |
(6) |
Sabiex tkun żgurata s-sikurezza tal-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar għas-saħħa umana huwa xieraq li jiġu ristretti l-konċentrazzjonijiet massimi ta' 21 sustanza ta' żebgħa tax-xagħar valutati u jiġu inklużi fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, billi jiġu kkunsidrati l-opinjonijiet finali mogħtija mill-SCCS dwar is-sikurezza tagħhom. |
(7) |
Wara il-valutazzjoni mill-SCCS li tikkonċerna s-sustanza Toluwen-2,5-diammina, elenkata fl-entrata 9a tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, huwa xieraq li jinbidlu l-konċentrazzjonijiet massimi awtorizzati tiegħu fil-prodott kożmetiku finalizzat. |
(8) |
Id-definizzjoni ta' prodott tax-xagħar fir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 eskludiet l-applikazzjoni tagħha fuq xagħar l-għajnejn. Din l-esklużjoni kienet motivata mill-fatt li l-livell ta' riskju huwa differenti meta l-prodotti kożmetiċi huma applikati fuq ix-xagħar tar-ras u fuq xagħar l-għajnejn rispettivament. Għalhekk kien hemm bżonn ta' valutazzjoni speċifika tas-sikurezza għall-applikazzjoni tas-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar fuq xagħar l-għajnejn. |
(9) |
L-SCCS, fl-opinjoni tiegħu dwar is-sustanzi ossidattivi taż-żebgħa tax-xagħar u l-perossidu tal-idroġenu użati fil-prodotti li jagħtu kulur lix-xagħar tal-għajnejn tat-12 ta' Ottubru 2012, ikkonkluda li s-sustanzi ossidattivi taż-żebgħa tax-xagħar p-Phenylenediamine, Resorcinol, 6-Methoxy-2-Methlyamino-3-Aminopyridine HCl, m-Aminophenol, 2-Methyl-5-Hydroxyethyl Aminophenol, 4-Amino-2-Hydroxytoluene, 2,4-Diaminophenoxyethanol HCl, 4-Amino-m-Cresol, 2-Amino-4-Hydroxyethylaminoanisole u 2,6-Diaminopyridine, elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u misjuba sikuri għall-użu fil-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar, jistgħu jintużaw b'mod sikur mill-professjonisti fil-prodotti intiżi biex jagħti kulur lix-xagħar tal-għajnejn. Barra minn hekk, l-SCCS ikkonkluda li sa 2 % tal-perossidu tal-idroġenu, li hu elenkat fl-entrata 12 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, jista' jkun ikkunsidrat sikur għall-konsumaturi meta applikat fuq ix-xagħar tal-għajnejn |
(10) |
Abbażi tal-valutazzjoni xjentifika ta' dawk is-sustanzi, l-użu tagħhom għandu jkun permess fi prodotti intiżi biex jagħtu kulur lix-xagħar tal-għajnejn fl-istess konċentrazzjonijiet bħal tal-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar. Madankollu, sabiex ikun evitat kwalunkwe riskju konness mal-applikazzjoni tal-prodotti intiżi biex jagħtu kulur lil xagħar l-għajnejn mill-konsumaturi stess, dawn għandhom jitħallew biss għall-użu professjonali. Sabiex il-professjonist jkunu jistgħu jinformaw lill-konsumaturi dwar l-effetti negattivi possibbli tal-kolorant tax-xagħar tal-għajnejn u biex jitnaqqas ir-riskju tas-sensibilizzazzoni tal-ġilda għal dawk il-prodotti, għandhom jiġu stampati twissijiet xierqa fuq it-tikketti tagħhom. |
(11) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(12) |
Sabiex tkun evitata interruzzjoni fis-suq minħabba t-tranżizzjoni mid-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar il-prodotti kożmetiċi (4) għar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009. |
(13) |
Għandu jingħata perjodu suffiċjenti ta' tranżizzjoni lill-operaturi ekonomiċi sabiex jikkonformaw mat-twissijiet il-ġodda għall-prodotti intiżi biex jagħtu kulur lix-xagħar tal-għajnejn. |
(14) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-11 ta’ Lulju 2013.
Madankollu, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2014:
(a) |
id-dispożizzjonijiet fil-kolonna “i” tal-punt 1 u tal-punti 3 sa 9 marbuta mal-użu tas-sustanzi fil-prodotti intiżi biex jagħtu kulur lix-xagħar tal-għajnejn; |
(b) |
il-punti 2 u 10; |
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.
(3) ĠU L 241, 10.9.2008, p. 21.
(4) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169.
ANNESS
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat kif ġej:
(1) |
tiddaħħal l-entrata 8b li ġejja:
|
(2) |
l-entrata 9a tinbidel b'dan li ġej:
|
(3) |
l-entrata 12 tinbidel b'dan li ġej:
|
(4) |
l-entrata 22 tinbidel b'dan li ġej:
|
(5) |
l-entrata 203 tinbidel b'dan li ġej:
|
(6) |
l-entrata 217 tinbidel b'dan li ġej:
|
(7) |
l-entrata 229 tinbidel b'dan li ġej:
|
(8) |
l-entrati 241 u 242 jinbidlu b'dan li ġej:
|
(9) |
l-entrati 244 u 245 jinbidlu b'dan li ġej:
|
(10) |
jizdiedu l-punti 265 sa 285 li ġejjin:
|