Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R1194

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1194/2012 tat- 12 ta’ Diċembru 2012 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal lampi direzzjonali, lampi b'dajowd li jemetti d-dawl u t-tagħmir relatat Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 342, 14.12.2012, p. 1–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2021; Imħassar b' 32019R2020

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1194/oj

    14.12.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 342/1


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1194/2012

    tat-12 ta’ Diċembru 2012

    li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal lampi direzzjonali, lampi b'dajowd li jemetti d-dawl u t-tagħmir relatat

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,

    Wara li kkonsultat il-Forum Konsultattiv dwar l-Ekodisinn,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 2009/125/KE tesiġi li l-Kummissjoni tistipula r-rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija li jirrappreżentaw volumi sinifikanti ta’ bejgħ u kummerċ, li għandhom impatt ambjentali sinifikanti u li joffru potenzjal sinifikanti għal titjib permezz tad-disinn mil-lat tal-impatt ambjentali tagħhom, mingħajr ma jinvolvu spejjeż eċċessivi.

    (2)

    L-Artikolu 16(2)(a) tad-Direttiva 2009/125/KE jistipula li skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(3) u l-kriterji stipulati fl-Artikolu 15(2), u wara li jkun ġie kkonsultat il-Forum Konsultattiv dwar l-Ekodisinn, il-Kummissjoni għandha, kif xieraq, tintroduċi miżuri implimentattivi billi tibda b'dawk li joffru potenzjal għoli għal tnaqqis effetttiv meta mqabbel man-nefqa fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra, bħal prodotti ta’ tidwil kemm fis-setturi domestiċi kif ukoll dawk terzjarji, li jinkludu lampi direzzjonali, lampi b'dajowd li jemetti d-dawl u tagħmir relatat.

    (3)

    Il-Kummissjoni wettqet studju preparatorju biex tanalizza l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi ta’ lampi direzzjonali, lampi b'dajowd li jemetti d-dawl u tagħmir relatat. L-istudju tħejja flimkien mal-partijiet interessati tal-Unjoni u l-pajjiżi terzi, u r-riżultati tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. Studju preparatorju fuq provvisti tal-elettriku esterni pprovda analiżi simili għall-apparat ta’ kontroll għal lampi aloġeni.

    (4)

    Ir-rekwiżiti obbligatorji tal-ekodisinn japplikaw għal prodotti mqiegħda fis-suq tal-Unjoni kull fejn dawn ikunu installati jew użati; għalhekk tali rekwiżiti ma jistgħux jiddependu fuq l-applikazzjoni li fiha jintuża l-prodott.

    (5)

    Prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament huma ddisinjati essenzjalment għall-illuminazzjoni sħiħa jew parzjali ta’ spazju, billi jissostitwixxu jew jikkomplementaw id-dawl naturali bid-dawl artifiċjali, sabiex itejbu l-viżibbiltà f'dak l-ispazju. Lampi b’użi speċjali ddisinjati essenzjalment għal tipi oħrajn ta’ applikazzjonijiet, bħal sinjali tad-dwal tat-traffiku, tidwil ta’ terrarji jew apparat domestiku u li jkunu indikati ċarament bħala tali fuq l-informazzjoni dwar il-prodott, ma għandhomx ikunu soġġetti għar-rekwiżiti tal-ekodisinn stipulati f’dan ir-Regolament.

    (6)

    Teknoloġiji ġodda li qed jitfaċċaw fis-suq, bħal dajowds li jemettu d-dawl, għandhom ikunu soġġetti għal dan ir-Regolament.

    (7)

    L-aspetti ambjentali tal-prodotti koperti li ġew identifikati bħala sinifikanti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma l-konsum tal-enerġija fil-fażi tal-użu flimkien mal-kontenut u l-emissjonijiet tal-merkurju.

    (8)

    Fl-2007, l-emissjonijiet tal-merkurju fil-fażijiet differenti taċ-ċiklu tal-ħajja tal-lampi, inklużi dawk mill-ġenerazzjoni tal-elettriku fil-fażi tal-użu u minn 80 % ta’ lampi fluworexxenti kumpatti direzzjonali li fihom il-merkurju u li jkunu mistennija li ma jiġux riċiklati fi tmiem il-ħajja tagħhom, ġew stmati li, abbażi tal-lampi installati, jammontaw għal 0,7 tunnellati. Mingħajr it-teħid ta’ miżuri speċifiċi, l-emissjonijiet tal-merkurju minn lampi installati huma previsti li se jiżdiedu sa 0,9 tunnellati fl-2020, għalkemm intwera li dawn jistgħu jitnaqqsu b'mod sinifikanti.

    (9)

    Għalkemm il-kontenut tal-merkurju tal-lampi fluworexxenti kumpatti huwa meqjus bħala aspett ambjentali sinifikanti, huwa xieraq li dan ikun irregolat skont id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Huwa xieraq li jiġu rregolati l-emissjonijiet ta’ dawl ultravjola minn lampi u parametri oħra b'effetti potenzjali fuq is-saħħa skont id-Direttivi 2006/95/KE (3) u 2001/95/KE (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

    (10)

    L-iffissar ta’ rekwiżiti għall-effiċjenza enerġetika tal-lampi għandu jwassal għal tnaqqis kumplessiv tal-emissjonijiet tal-merkurju.

    (11)

    L-Artikolu 14(2)(d) tad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jesiġi li l-Istati Membri jiżguraw li l-utenti ta’ tagħmir elettriku u elettroniku fi djar privati jingħataw it-tagħrif meħtieġ dwar l-effetti potenzjali fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem bħala riżultat tal-preżenza ta’ sustanzi ta’ riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku. Ir-rekwiżiti għall-informazzjoni dwar il-prodott f'dan ir-Regolament għandhom jikkomplementaw din id-dispożizzjoni fir-rigward tal-merkurju f’lampi fluworexxenti kumpatti.

    (12)

    Il-konsum tal-elettriku ta’ prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament għandu jitjieb bl-applikazzjoni ta’ teknoloġiji kosteffettivi eżistenti mhux brevettati, li jwasslu għal tnaqqis tal-ispejjeż ikkombinati għax-xiri u għat-tħaddim tat-tagħmir.

    (13)

    Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament għandhom jiġu ddefiniti bl-għan li jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti kkonċernati u jikkontribwixxu għall-funzjonament tas-suq intern u għall-għan tal-Unjoni li jitnaqqas il-konsum tal-enerġija b'20 % sal-2020 meta mqabbel mal-konsum tal-enerġija mbassar għal dik is-sena f'każ li ma tittieħed l-ebda miżura.

    (14)

    L-effett ikkombinat tar-rekwiżiti tal-ekodisinn stipulati f'dan ir-Regolament u r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 (6) huwa mistenni li jirriżulta f'iffrankar annwali tal-elettriku ta’ 25 TWh sal-2020 fil-każ tal-lampi direzzjonali, meta mqabbel mas-sitwazzjoni f'każ li ma tittieħed l-ebda miżura.

    (15)

    Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn ma għandhomx jaffettwaw il-funzjonalità mill-perspettiva tal-utent u ma għandhomx jaffettwaw b’mod negattiv is-saħħa, is-sikurezza jew l-ambjent. B'mod partikolari, il-vantaġġi tat-tnaqqis fil-konsum tal-elettriku waqt il-fażi tal-użu għandhom jegħlbu kwalunkwe impatt ambjentali potenzjali żejjed waqt il-fażi tal-produzzjoni ta’ prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament. Sabiex jiġi żgurat is-sodisfazzjon tal-konsumatur fir-rigward ta’ lampi li jiffrankaw l-enerġija, partikolarment l-LEDs, ir-rekwiżiti tal-funzjonalità ma għandhomx jiġu stipulati biss għal-lampi direzzjonali, iżda wkoll għal LEDs mhux direzzjonali, billi dawn ma kinux koperti mir-rekwiżiti ta’ funzjonalità fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009 (7). Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-prodott għandhom jippermettu lill-konsumaturi li jagħmlu għażliet infurmati.

    (16)

    Il-luminarji LED, li minnhom ma jistgħux jiġu estratti l-ebda lampa jew modulu LED għall-ittestjar indipendenti, ma għandhomx iservu bħala mezz li bih il-manifatturi tal-LED jevitaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

    (17)

    Huwa xieraq li jiġu stipulati rekwiżiti speċifiċi f'livell li jħalli biżżejjed lampi alternattivi disponibbli biex jintużaw għat-tagħmir tat-tidwil installat kollu. B’mod parallel, għandhom jiġu stipulati rekwiżiti ġeneriċi li jiġu implimentati permezz ta’ standards armonizzati u li, permezz tagħhom, it-tagħmir ġdid tat-tidwil ikun aktar kumpatibbli ma’ lampi li jiffrankaw l-enerġija, u l-lampi li jiffrankaw l-enerġija kumpatibbli ma’ firxa usa’ ta’ tagħmir tat-tidwil. Rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-prodott fuq tagħmir ta’ tidwil jistgħu jgħinu lill-utenti jsibu l-lampi u t-tagħmir li jaqblu.

    (18)

    L-introduzzjoni f'fażijiet tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għandha tipprovdi qafas ta’ żmien suffiċjenti biex il-manifatturi jiddisinjaw mill-ġdid il-prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament. L-għażla taż-żmien tal-fażijiet għandha tkun b’tali mod li jiġi evitat kwalunkwe impatt negattiv fuq il-funzjonalitajiet tat-tagħmir fis-suq u li jitqiesu l-impatti tal-ispejjeż għall-utenti aħħarin u l-manifatturi, partikolarment l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju, filwaqt li tiġi żgurata l-kisba f'waqtha tal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

    (19)

    Il-kejl tal-parametri rilevanti tal-prodotti għandu jitwettaq permezz ta’ metodi ta’ kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta’ kejl l-aktar avvanzati rikonoxxuti inklużi, fejn disponibbli, standards armonizzati adottati minn korpi Ewropej ta’ standardizzazzjoni, kif elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

    (20)

    Skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, dan ir-Regolament għandu jispeċifika l-proċeduri applikabbli għall-valutazzjoni tal-konformità.

    (21)

    Sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli tal-konformità, il-manifatturi għandhom jipprovdu l-informazzjoni fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Annessi V u VI tad-Direttiva 2009/125/KE sa fejn dan it-tagħrif ikun relatat mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament.

    (22)

    Minbarra r-rekwiżiti legalment vinkolanti stabbiliti f’dan ir-Regolament, għandhom jiġu identifikati parametri ta’ referenza indikattivi għall-aqwa teknoloġiji disponibbli sabiex l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament tkun disponibbli b'mod mifrux u faċilment aċċessibbli.

    (23)

    Evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tqis b’mod partikolari x-xejra fil-bejgħ ta’ tipi ta’ lampi b'użi speċjali, sabiex jiġi żgurat li ma jintużawx barra l-applikazzjonijiet speċjali, u tal-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda bħal-LED u l-LED organiku. Għandha tivvaluta l-fattibilità li jiġu stabbiliti rekwiżiti għall-effiċjenza enerġetika fil-livell tal-klassi A kif iddefinit fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 874/2012, jew, tal-anqas, fuq livell ta’ Klassi B għal lampi direzzjonali b'vultaġġ tal-mejnijiet (billi jitqiesu l-kriterji stipulati hawn taħt fit-Tabella 2 fil-punt 1.1. tal-Anness III). Għandha wkoll tivvaluta jekk ir-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika għal lampi oħra bil-filament jistgħux ikunu konsiderevolment aktar stretti. L-evalwazzjoni għandha tivvaluta wkoll ir-rekwiżiti ta’ funzjonalità fir-rigward tal-indiċi tal-apparenza tal-kulur għal lampi LED.

    (24)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti tal-elettriku ta’ tidwil li ġejjin:

    (a)

    lampi direzzjonali;

    (b)

    lampi b'dajowd li jemetti d-dawl (LED);

    (c)

    tagħmir iddisinjat għall-istallazzjoni bejn il-mejnijiet u l-lampi, inkluż tagħmir ta’ kontroll tal-lampi, l-apparati ta’ kontroll u l-luminarji (minbarra ballasts u luminarji għal lampi fluworexxenti u dawk bi skariku elettriku ta’ intensità għolja);

    inkluż meta jkunu integrati fi prodotti oħrajn.

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-prodott għal prodotti b'użu speċjali.

    Il-moduli LED għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jekk huma kkummerċjalizzati bħala parti minn luminarji mqiegħda fis-suq f'inqas minn 200 unità fis-sena.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Flimkien mad-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/125/KE, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    1.

    "tidwil" tfisser l-applikazzjoni ta’ dawl fuq xena, oġġetti jew l-ispazji madwarhom sabiex ikunu jistgħu jarawhom il-bnedmin;

    2.

    "tidwil ta’ aċċentwazzjoni" tfisser għamla ta’ tidwil ġenerali fejn id-dawl huwa f'direzzjoni li taċċentwa oġġett jew parti minn spazju;

    3.

    “prodott elettriku ta’ tidwil” tfisser prodott iddisinjat għall-użu bl-elettriku u maħsub għall-użu fit-tidwil ġenerali;

    4.

    "prodott b'użu speċjali" tfisser prodott li juża t-teknoloġiji koperti minn dan ir-Regolament iżda mhuwiex maħsub għall-użu fl-applikazzjonijiet speċjali minħabba l-parametri tekniċi tiegħu kif deskritti fid-dokumentazzjoni teknika. Applikazzjonijiet speċjali huma dawk li jesiġu parametri tekniċi mhux meħtieġa għall-finijiet ta’ tidwil ta’ xeni jew oġġetti komuni f'ċirkostanzi normali. Huma tat-tipi li ġejjin:

    (a)

    applikazzjonijiet fejn l-użu ewlieni tad-dawl mhuwiex it-tidwil, bħal:

    (i)

    l-emissjoni ta’ dawl bħala aġent fi proċess kimiku jew bijoloġiku (bħall-polimerizzazzjoni, id-dawl ultravjola użat għal fejqan/tnixxif/twebbis, it-terapija fotodinamika, l-ortikultura, il-kura tal-annimali domestiċi, il-prodotti kontra l-insetti);

    (ii)

    il-qbid tal-immaġni u l-projezzjoni ta’ immaġini (bħal torċijiet, magni ta’ fotokopjar, retroprojetturi);

    (iii)

    it-tisħin (bħal lampi infraħomor);

    (iv)

    is-sinjalar (bħall-kontrol tat-traffiku jew lampi tal-mitjar);

    (b)

    applikazzjoni tat-tidwil fejn:

    (i)

    id-distribuzzjoni spettrali tad-dawl hija maħsuba biex tbiddel id-dehra tax-xena mdawla jew l-oġġett imdawwal, kif ukoll biex tagħmilhom viżibbli (bħal tidwil ta’ wiri tal-ikel jew lampi kkuluriti kif iddefiniti fil-punt 1 tal-Anness I), bl-eċċezzjoni tal-varjazzjonijiet fit-temperatura tal-kulur ikkorrelatata; jew

    (ii)

    id-distribuzzjoni spettrali tad-dawl hija aġġustata għall-ħtiġijiet speċifiċi ta’ tagħmir tekniku partikolari, kif ukoll biex tagħmel ix-xena jew l-oġġett viżibbli għall-bnedmin (bħat-tidwil ta’ studjo, tidwil ta’ effett ta’ spettaklu, tiwdil tat-teatri); jew

    (iii)

    ix-xena mdawla jew l-oġġett imdawwal jesiġu protezzjoni speċjali mill-effetti negattivi tas-sors tad-dawl (bħat-tidwil b'filtri attaposta għal pazjenti fotosensittivi jew eżibizzjonijiet fotosensittivi fil-mużewijiet); jew

    (iv)

    it-tidwil huwa meħtieġ biss għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza (bħal luminarji ta’ tidwil ta’ emerġenza jew tagħmir ta’ kontroll għal tidwil ta’ emerġenza); jew

    (v)

    il-prodotti ta’ tidwil iridu jirreżistu l-kundizzjonijiet fiżiċi estremi (bħal vibrazzjonijiet jew temperaturi taħt – 20 °C jew ogħla minn 50 °C);

    (c)

    prodotti li jinkorporaw prodotti ta’ tidwil, fejn l-użu primarju mhuwiex it-tidwil u l-prodott huwa dipendenti fuq input ta’ enerġija għall-issodisfar tal-użu primarju tiegħu waqt l-użu (bħal friġġijiet, magni tal-ħjata, endoskopji, analizzaturi tad-demm);

    5.

    “sors tad-dawl” tfisser superfiċje ddisinjata jew oġġett iddisinjat biex primarjament jemettu radjazzjoni ottika viżibbli prodotta mit-trasformazzjoni tal-enerġija. It-terminu “viżibbli” jirreferi għal tul tal-mewġa ta’ 380-780 nm;

    6.

    "lampa" (inkluża "bozza") tfisser unità li l-prestazzjoni tagħha tista’ tiġi vvalutata indipendentement u li tikkonsisti minn sors wieħed jew aktar ta’ dawl. Tista’ tinkludi komponenti addizzjonali meħtieġa għall-attivazzjoni, il-provvista tal-elettriku jew il-funzjonament stabbli tal-unità jew għad-distribuzzjoni, il-filtrazzjoni jew it-trasformazzjoni tar-radjazzjoni ottika, f'każijiet fejn dawk il-komponenti ma jistgħux jitneħħew mingħajr ma jagħmlu ħsara permanenti lill-unità;

    7.

    “bażi tal-lampa” tfisser dik il-parti tal-lampa li tipprovdi konnessjoni mal-provvista tal-elettriku permezz ta’ ħowlder tal-lampa jew konnettur tal-lampa u li tista’ sservi wkoll biex iżżomm il-lampa fil-ħowlder tal-lampa;

    8.

    “ħowlder tal-lampa” jew "sokit" tfisser apparat li jżomm il-lampa f’postha, normalment billi jkollu l-bażi mdaħħla fiha, f’liema każ dan jipprovdi wkoll il-mezz biex iqabbad il-lampa mal-provvista tal-elettriku;

    9.

    “lampa direzzjonali” tfisser lampa li, tal-anqas, 80 % tad-dawl li titfa’ jkun f'angolu solidu ta’ π sr (li jikkorrispondi għal kon b'angolu ta’ 120°);

    10.

    “lampa mhux direzzjonali” tfisser lampa li mhijiex lampa direzzjonali;

    11.

    “lampa bil-filament” tfisser lampa li fiha d-dawl jiġi prodott permezz ta’ konduttur li jkun qisu ħajta, li jissaħħan sal-inkandexxenza bil-passaġġ ta’ kurrent elettriku. Il-lampa jista’ jkollha gassijiet li jinfluwenzaw il-proċess tal-inkandexxenza;

    12.

    “lampa inkandexxenti” tfisser lampa bil-filament li fiha l-filament jaħdem f’lampa evakwata jew ikun imdawwar b’gass inerti;

    13.

    “lampa aloġena (tat-tungstenu)” tfisser lampa bil-filament li fiha l-filament huwa magħmul mit-tungstenu u huwa mdawwar b'gass li fih l-aloġeni jew komposti tal-aloġenu; il-provvista tal-elettriku tagħhom tista’ tkun ġejja minn provvista integrata;

    14.

    “lampa bi skariku” tfisser lampa li fiha d-dawl jiġi prodott, b'mod dirett jew indirett, permezz ta’ skariku elettriku minn ġo gass, fwar metalliku jew taħlita ta’ diversi gassijiet u fwar;

    15.

    “lampa fluworexxenti” tfisser lampa bi skariku tat-tip bil-merkurju bi pressjoni baxxa li fiha l-biċċa l-kbira tad-dawl joħroġ minn saff wieħed jew iktar ta’ fosfru mqanqal mir-radjazzjoni ultravjola ġġenerata mill-iskariku. Lampi fluworexxenti jistgħu jiġu fornuti b'ballast integrat;

    16.

    “lampa fluworexxenti mingħajr ballast integrat” tfisser lampa fluworexxenti b’bażi waħda jew doppja mingħajr ballast integrat;

    17.

    “lampa bi skariku ta’ intensità għolja” tfisser lampa bi skariku li fiha l-ark li jipproduċi d-dawl jiġi stabbilizzat bit-temperatura tas-superfiċje tal-bożża u l-ark ikollu qawwa ta’ skariku superfiċjali ogħla minn 3 watts għal kull ċentimetru kwadru;

    18.

    “dajowd li jemetti d-dawl (LED)” tfisser sors tad-dawl li jikkonsisti minn apparat fi stat solidu li jinkorpora punt p-n ta’ materjal inorganiku. Il-punt jemetti radjazzjoni ottika meta mqanqal minn kurrent elettriku;

    19.

    “pakkett LED” tfisser assemblaġġ ta’ LED wieħed jew aktar. L-assemblaġġ jista’ jinkludi element ottiku u interfaċċji termali, mekkaniċi u elettriċi;

    20.

    “modulu LED” tfisser assemblaġġ li ma għandux bażi u li jinkorpora pakkett LED wieħed jew aktar fuq unità ta’ ċirkwit stampat. L-assemblaġġ jista’ jkollu komponenti elettriċi, ottiċi, mekkaniċi u termali, interfaċċji u tagħmir ta’ kontroll;

    21.

    “lampa LED ” tfisser lampa li tinkorpora modulu LED wieħed jew aktar. Il-lampa tista’ tkun mgħammra b'bażi;

    22.

    "tagħmir ta’ kontroll tal-lampa" tfisser apparat li jinsab bejn il-provvista tal-elettriku u lampa waħda jew aktar, li jipprovdi funzjonalità relatata mal-funzjonament tal-lampa/lampi, bħal dik li jittrasforma l-vultaġġ tal-provvista, jillimita l-kurrent tal-lampa/lampi sal-valur meħtieġ, jipprovdi l-vultaġġ ta’ attivazzjoni jew il-kurrent tat-tisħin ta’ qabel, jevita l-attivazzjoni kiesħa, jikkoreġi l-fattur ta’ potenza jew inaqqas l-interferenza tar-radju. L-apparat jista’ jkun iddisinjat biex ikun konness ma’ tagħmir ieħor ta’ kontroll tal-lampa sabiex iwettaq dawn il-funzjonijiet. It-terminu ma jinkludix:

    apparati ta’ kontroll,

    provvisti tal-elettriku skont il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 278/2009 (9);

    23.

    “apparat ta’ kontroll” tfisser apparat mekkaniku jew elettroniku li jikkontrolla jew jimmonitorja l-fluss ta’ luminożità tal-lampa b'mezzi oħra għajr il-konverżjoni tal-enerġija, swiċċijiet bit-tajmer, sensuri ta’ preżenza, sensuri tad-dawl u apparati ta’ kontroll tad-dawl ta’ matul il-jum; Minbarra dan, id-dimmers bi qtugħ tal-fażi għandhom jitqiesu wkoll bħala apparati ta’ kontroll;

    24.

    “tagħmir estern ta’ kontroll tal-lampa” tfisser tagħmir ta’ kontroll tal-lampa mhux integrat, iddisinjat biex jiġi installat barra l-kontenitur tal-lampa jew tal-luminarja, jew biex jitneħħa mill-kontenitur mingħajr ma ssir ħsara permanenti lill-lampa jew lill-luminarja;

    25.

    "ballast" tfisser tagħmir ta’ kontroll tal-lampa mdaħħal bejn il-provvista u lampa waħda jew aktar bi skariku elettriku li, permezz ta’ induttanza, kapaċitanza jew kombinazzjoni ta’ induttanza u kapaċitanza, iservi l-aktar biex jillimita l-kurrent tal-lampa/lampi sal-valur meħtieġ;

    26.

    “tagħmir ta’ kontroll għal lampi aloġeni” tfisser tagħmir ta’ kontroll tal-lampi li jittrasforma l-vultaġġ tal-mejnijiet f’vultaġġ baxx ħafna għal-lampi aloġeni;

    27.

    “lampa fluworexxenti kumpatta” tfisser lampa fluworexxenti li tinkludi l-komponenti kollha meħtieġa biex tinxtegħl il-lampa u biex din taħdem b’mod stabbli;

    28.

    “luminarja” (inkluża "unità ta’ tidwil") tfisser apparat li jiddistribwixxi, jiffiltra jew jittrasforma d-dawl li jgħaddi minn lampa waħda jew aktar li jinkludi l-partijiet kollha meħtieġa biex isostnu, jiffissaw u jipproteġu l-lampi u, fejn meħtieġ, ċirkwiti awżiljarji flimkien mal-mezzi għall-konnessjoni tagħhom mal-provvista tal-elettriku;

    29.

    "utent aħħari" tfisser persuna fiżika li qed tixtri jew mistennija tixtri prodott għal finijiet li mhumiex fl-ambitu tal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha;

    30.

    "sid finali" tfisser il-persuna jew l-entità li tkun is-sid ta’ prodott matul il-fażi tal-użu taċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu, jew kwalunkwe persuna jew entità li taġixxi f'isem tali persuna jew entità.

    Għall-finijiet tal-Annessi III sa V, għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet stipulati fl-Anness II.

    Artikolu 3

    Rekwiżiti tal-ekodisinn

    1.   Il-prodotti elettriċi ta’ tidwil elenkati fl-Artikolu 1 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ekodisinn stipulati fl-Anness III, għajr meta jkunu prodotti b'użu speċjali.

    Kull rekwiżit tal-ekodisinn għandu japplika skont il-fażijiet li ġejjin:

     

    Fażi 1: l-1 ta’ Settembru 2013

     

    Fażi 2: l-1 ta’ Settembru 2014

     

    Fażi 3: l-1 ta’ Settembru 2016.

    Sakemm ma jiġix sostitwit ir-rekwiżit jew ikun speċifikat mod ieħor, kull rekwiżit għandu jkompli japplika flimkien mar-rekwiżiti l-oħrajn li jiġu introdotti fi stadji iktar ’il quddiem.

    2.   Mill-1 ta’ Settembru 2013, prodotti b'użi speċjali għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni stipulati fl-Anness I

    Artikolu 4

    Valutazzjoni tal-konformità

    1.   Il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE għandha tkun il-kontroll intern tad-disinn stipulat fl-Anness IV għal dik id-Direttiva jew is-sistema tal-ġestjoni stipulata fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva.

    2.   Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, il-fajl tad-dokumentazzjoni teknika għandu:

    (a)

    jinkludi kopja tal-informazzjoni dwar il-prodott ipprovduta skont il-parti 3 tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament;

    (b)

    jipprovdi kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa skont l-Annessi I, III u IV li għandha tkun preżenti fil-fajl ta’ dokumentazzjoni teknika;

    (c)

    jispeċifika tal-inqas kombinazzjoni realistika waħda ta’ konfigurazzjonijiet u kundizzjonijiet tal-prodott li bihom il-prodott jikkonforma ma’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 5

    Proċedura ta’ verifika għall-finijiet ta’ sorveljanza tas-suq

    L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika deskritta fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament meta jwettqu l-kontrolli ta’ sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE.

    Artikolu 6

    Parametri ta’ referenza indikattivi

    Il-parametri ta’ referenza indikattivi għall-prodotti u teknoloġiji bl-aqwa prestazzjoni li jkunu disponibbli fis-suq fiż-żmien li jiġi adottat dan ir-Regolament huma stipulati fl-Anness V.

    Artikolu 7

    Reviżjoni

    Il-Kummissjoni għandha tevalwa dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku mhux iktar tard minn tliet snin wara li jidħol fis-seħħ u tippreżenta r-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni lill-Forum Konsultattiv.

    Artikolu 8

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2012.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.

    (2)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.

    (3)  ĠU L 374, 27.12.2006, p. 10.

    (4)  ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.

    (5)  ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38

    (6)  ĠU L 258, 26.9.2012, p. 1.

    (7)  ĠU L 76, 24.3.2009, p. 3.

    (8)  ĠU L L 204, 21.7.1998, p. 37.

    (9)  ĠU L 93, 7.4.2009, p. 3.


    ANNESS I

    Rekwiżiti ta’ informazzjoni għal prodotti b'użu speċjali

    1.

    Jekk il-koordinati tal-kromatiċità ta’ lampa jaqgħu dejjem fil-medda li ġejja:

    x < 0,270 jew x > 0,530

    Formula jew Formula;

    il-koordinati tal-kromatiċità għandhom jiġu ddikjarati fil-fajl ta’ dokumentazzjoni teknika mħejji għall-finijiet ta’ valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, li għandu jindika li, minħabba dawn il-koordinati, il-lampi jitqiesu bħala prodott b'użu speċjali

    2.

    Għall-prodotti kollha b'użu speċjali, l-użu maħsub għandu jitniżżel f’kull għamla ta’ informazzjoni dwar il-prodott, flimkien ma’ twissija li mhumiex maħsuba għall-użu f'applikazzjonijiet oħra.

    Il-fajl tad-dokumentazzjoni teknika mħejji għall-finijiet ta’ valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE għandu jelenka l-parametri tekniċi li, permezz tagħhom, id-disinn tal-prodott ikun speċifiku għall-użu maħsub iddikjarat. Jekk meħtieġ, il-parametri jistgħu jiġu elenkati b'tali mod li jevita l-iżvelar ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva marbuta mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-manifattur.

    Jekk il-prodott jitqiegħed fis-suq f'imballaġġ li jinkludi informazzjoni li għandha tintwera lill-utent aħħari b'mod viżibbli fuq l-imballaġġ qabel l-akkwist u fuq kwalunkwe għamla oħra ta’ informazzjoni dwar il-prodott għandha tiġi indikata b'mod ċar u prominenti l-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    l-użu maħsub; u

    (b)

    li mhuwiex adattat għall-illuminazzjoni ta’ kamra ta’ dar.


    ANNESS II

    Definizzjonijiet applikabbli għall-finijiet tal-Annessi III sa V

    Għall-finijiet tal-Annessi III sa V, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    “fluss ta’ luminożità” (Φ) tfisser il-kwantità derivata mill-fluss radjanti (potenza radjanti) bl-evalwazzjoni tar-radjazzjoni skont is-sensittività spettrali tal-għajn umana; Mingħajr speċifikazzjoni ulterjuri, dan it-terminu jirreferi għall-fluss inizjali ta’ luminożità;

    (b)

    “fluss inizjali ta’ luminożità” tfisser il-fluss ta’ luminożità ta’ lampa wara perjodu qasir ta’ funzjonament;

    (c)

    “fluss utli ta’ luminożità” (Φuse) tfisser il-parti tal-fluss ta’ luminożità ta’ lampa li taqa’ fi ħdan il-kon użat għall-ikkalkular tal-effiċjenza enerġetika tal-lampa fil-punt 1.1. tal-Anness III;

    (d)

    “intensità ta’ luminożità” (candela jew cd) tfisser il-kwozjent tal-fluss ta’ luminożità li jħalli s-sors u jixxerred fl-element ta’ angolu solidu li jinkludi d-direzzjoni mogħtija, mill-element ta’ angolu solidu;

    (e)

    “angolu tar-raġġ” tfisser l-angolu bejn żewġ linji immaġinarji fuq pjan li jaqsam l-assi tar-raġġ ottiku, b'tali mod li dawn il-linji jgħaddu miċ-ċentru tas-superfiċje ta’ quddiem tal-lampa u minn punti li fihom l-intensità tal-luminożità tkun ta’ 50 % tal-intensità tar-raġġ taċ-ċentru, fejn l-intensità tar-raġġ taċ-ċentru tkun il-valur tal-intensità tal-luminożità imkejla fuq l-assi tar-raġġ ottiku;

    (f)

    “kromatiċità” tfisser il-proprjetà ta’ stimolu ta’ kulur iddefinit mill-koordinati tal-kromatiċità tiegħu, jew mit-tul tal-mewġa dominanti jew komplementari u l-purità tiegħu meħuda flimkien;

    (g)

    “temperatura tal-kulur ikkorrelatata” (Tc [K]) tfisser it-temperatura ta’ radjatur Planckjan (korp iswed) li l-kulur ipperċepit tiegħu jixbaħ l-iktar lil dak ta’ stimolu partikolari bl-istess dija u taħt kundizzjonijiet speċifiċi ta’ osservazzjoni;

    (h)

    “apparenza tal-kulur” (Ra) tfisser l-effett ta’ mezz ta’ illuminazzjoni fuq id-dehra tal-kulur ta’ oġġetti b'paragun konxju jew subkonxju mad-dehra tal-kulur tagħhom taħt mezz ta’ illuminazzjoni ta’ referenza;

    (i)

    “konsistenza tal-kulur” tfisser id-devjazzjoni massima tal-koordinati tal-kromatiċità (x u y) ta’ lampa unika minn punt ċentrali tal-kromatiċità (cx u cy), espressa bħala d-daqs (fi stadji) tal-ellissi MacAdam iffurmat madwar il-punt ċentrali tal-kromatiċità (cx u cy).

    (j)

    “fattur ta’ manutenzjoni tal-lumen tal-lampa” (LLMF), tfisser il-proporzjon tal-fluss ta’ luminożità emess mil-lampa f'ħin partikolari fil-ħajja tagħha mal-fluss inizjali ta’ luminożità;

    (k)

    “fattur ta’ sopravivenza tal-lampa” (LSF) tfisser il-frazzjoni ddefinita tal-għadd totali ta’ lampi li jkomplu jaħdmu fi żmien stipulat taħt kundizzjonijiet u frekwenza ta’ kommutazzjoni ddefiniti;

    (l)

    “tul tal-ħajja ta’ lampa” tfisser il-ħin ta’ funzjonament li warajh il-frazzjoni tal-għadd totali ta’ lampi li jkomplu jaħdmu tikkorrispondi għall-fattur ta’ sopravivenza tal-lampa taħt kundizzjonijiet u frekwenza ta’ kommutazzjoni ddefiniti; Għal-lampi LED, it-tul tal-ħajja ta’ lampa tfisser il-ħin ta’ funzjonament bejn il-bidu tal-użu tagħhom u l-mument meta 50 % biss tal-għadd totali tal-lampi jibqħu jiffunzjonaw jew meta l-manutenzjoni medja tal-lumen tal-kampjun taqa’ taħt is-70 %, skont liema sseħħ l-ewwel;

    (m)

    “ħin ta’ attivazzjoni ta’ lampa” tfisser il-ħin meħtieġ, wara li jinxtegħel il-vultaġġ ta’ provvista, biex il-lampa tkun kompletament attivata u tibqa’ mixgħula;

    (n)

    “ħin ta’ tisħin tal-lampa” tfisser il-ħin meħtieġ wara l-attivazzjoni sabiex il-lampa temetti proporzjon definit tal-fluss stabbilizzat ta’ luminożità tagħha;

    (o)

    “fattur ta’ potenza” tfisser il-proporzjon tal-valur assolut tal-potenza attiva mal-valur tal-potenza apparenti taħt kundizzjonijiet perjodiċi,

    (p)

    “kontenut ta’ merkurju tal-lampa” tfisser il-kwantità tal-merkurju li jinsab fil-lampa;

    (q)

    “valur assenjat” huwa l-valur ta’ kwantità użat għall-finijiet ta’ speċifikazzjoni, stabbilit għal sett speċifikat ta’ kundizzjonijiet ta’ funzjonament ta’ prodott. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, ir-rekwiżiti kollha huma stabbiliti f'valuri assenjati;

    (r)

    “valur nominali” huwa l-valur ta’ kwantità użata biex jindika u jidentifika prodott;

    (s)

    “modalità ta’ ebda tagħbija” tfisser il-kundizzjoni ta’ tagħmir ta’ kontroll tal-lampa fejn ikun konness mal-vultaġġ ta’ provvista u fejn il-ħruġ tiegħu huwa skonness f'funzjonament normali mit-tagħbijiet primarji kollha permezz tas-swiċċ maħsub għal dan l-iskop (lampa difettuża jew nieqsa, jew skonnessjoni tat-tagħbija bi swiċċ ta’ sikurezza mhumiex funzjonament normali);

    (t)

    “modalità stennija” tfisser modalità ta’ tagħmir ta’ kontroll tal-lampa fejn il-lampi jiġu mitfija bl-għajnuna ta’ sinjal ta’ kontroll taħt kundizzjonijiet normali ta’ funzjonament. Din tapplika għal tagħmir ta’ kontroll tal-lampi b'funzjoni integrata ta’ attivazzjoni u li huwa mqabbad permanentement mal-vultaġġ tal-provvista waqt użu normali;

    (u)

    “sinjal ta’ kontroll” tfisser sinjal analoġiku jew diġitali trażmess lit-tagħmir ta’ kontroll mingħajr fili jew bil-fili kemm permezz ta’ modulazzjoni tal-vultaġġ f'kejbils separati ta’ kontroll jew permezz ta’ sinjal modulat fil-vultaġġ ta’ provvista;

    (v)

    “potenza fuq modalità stennija” tfisser il-potenza kkunsmata mit-tagħmir ta’ kontroll waqt modalità stennija;

    (w)

    “potenza ta’ ebda tagħbija” tfisser l-elettriku kkunsmat mit-tagħmir ta’ kontroll tal-lampa f'modalità ta’ ebda tagħbija;

    (x)

    “ċiklu ta’ kommutazzjoni” tfisser is-sekwenza biex tinxtegħel jew tintefa lampa f'intervalli stabbiliti;

    (y)

    “qtugħ prematur” tfisser meta l-lampa tasal fi tmiem il-ħajja tagħha wara perjodu ta’ funzjonament li huwa inqas mit-tul tal-ħajja assenjat fid-dokumentazzjoni teknika;

    (z)

    “skrin antirifless” tfisser regolatur reżistenti, mekkaniku jew ottiku, li jirrefletti jew le, iddisinjat biex jimblokka r-radjazzjoni viżibbli diretta emessa mis-sors ta’ dawl ta’ lampa direzzjonali, sabiex tiġi evitata l-għama parzjali (leħħ ta’ diżabbiltà) jekk tiġi osservata direttament minn osservatur. Ma jinkludix kisi tas-superfiċje ta’ sors tad-dawl f'lampa direzzjonali;

    (aa)

    “kompatibbiltà” tfisser li meta prodott huwa maħsub għall-istallazzjoni fi stallazzjoni, għall-inseriment fi prodott ieħor jew għall-konnessjoni miegħu permezz ta’ kuntatt fiżiku jew konnessjoni mingħajr fili,

    (i)

    huwa possibbli li jitwettqu l-istallazzjoni, inseriment jew konnessjoni; u

    (ii)

    ftit wara l-użu tagħhom flimkien, l-utenti aħħarin mhumiex imġiegħla jaħsbu li xi wieħed mill-prodotti għandu difett; u

    (iii)

    ir-riskju għas-sikurezza mill-użu tal-prodotti flimkien mhuwiex ogħla minn meta l-istess prodotti, fuq livell individwali, jintużaw flimkien ma’ prodotti oħra.


    ANNESS III

    Rekwiżiti tal-ekodisinn

    1.   REKWIŻITI TAL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA

    1.1.   Rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika għal lampi direzzjonali

    L-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) huwa kkalkulat kif ġej u aġġustat sa żewġ punt deċimali:

    Formula

    fejn:

    Pcor hija l-potenza assenjata mkejla għall-vultaġġ introdott nominali u kkoreġuta fejn xieraq skont it-Tabella 1. Fejn xieraq, il-fatturi tal-korrezzjoni jkunu kumulattivi.

    Tabella 1

    Fatturi ta’ korrezzjoni

    Skop tal-korrezzjoni

    Potenza kkorreġuta (Pcor)

    Lampi li joperaw fuq tagħmir ta’ kontroll estern għal lampi aloġeni

    Formula

    Lampi li joperaw fuq tagħmir ta’ kontroll estern għal lampi LED

    Formula

    Lampi fluworexxenti b'dijametru ta’ 16 mm (lampi T5) u lampi fluworexxenti b'bażi unika 4-pin li joperaw fuq tagħmir ta’ kontroll estern għal lampi fluworexxenti

    Formula

    Lampi oħra li joperaw fuq tagħmir ta’ kontroll estern għal lampi fluworexxenti

    Formula

    Lampi li joperaw fuq tagħmir ta’ kontroll estern bi skariku elettriku ta’ intensità għolja

    Formula

    Lampi fluworexxenti kumpatti b’indiċi tal-apparenza tal-kulur ≥ 90

    Formula

    Lampi bi skrin antirifless

    Formula

    Pref hija l-potenza ta’ referenza miksuba minn fluss utli ta’ luminożità tal-lampa (Φuse) permezz tal-formula li ġejja:

    Għall-mudelli b'Φuse ≥ 1 300 lumen: Formula

    Għall-mudelli b'Φuse ≥ 1 300 lumen: Formula

    Φuse hija ddefinita kif ġej:

    Lampi direzzjonali, għajr lampi bil-filament, b'angolu tar-raġġ ≥ 90° u li jinkludu twissija fuq l-imballaġġ tagħhom skont il-punt 3.1.2(j) ta’ dan l-Anness: il-fluss utli ta’ luminożità assenjat f'kon ta’ 120° (Φ120°)

    Lampi direzzjonali oħra: fluss ta’ luminożità assenjat f'kon ta’ 90° (Φ90°)

    Lampi direzzjonali ta’ EEI massimu huwa indikat fit-Tabella 2.

    Tabella 2

    Data tal-applikazzjoni

    Indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) massima

    Mains-voltage filament lamps

    Lampi oħra bil-filament

    Lampi bi skariku ta’ intensità għolja

    Lampi oħra

    Fażi 1

    Jekk Φuse ≤ 450 lm: 1,75

    Jekk Φuse ≤ 450 lm: 1,20

    Jekk Φuse ≤ 450 lm: 0,95

    0,50

    0,50

    Fażi 2

    1,75

    0,95

    0,50

    0,50

    Fażi 3

    0,95

    0,95

    0,36

    0,20

    Fażi 3 għal lampi bil-filament b'vultaġġ tal-mejnijiet għandha tapplika biss jekk, mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2015, tkun prodotta evidenza mill-Kumissjoni permezz ta’ valutazzjoni dettaljata tas-suq u li tkun ikkomunikata lill-Forum Konsultattiv li hemm lampi b'vultaġġ tal-mejnijiet fis-suq li huma:

    konformi mar-rekwiżit ta’ EEI massimu fil-fażi 3,

    bi prezz raġonevoli f'termini li ma jinvolvux spejjeż eċċessivi għall-biċċa l-kbira tal-utenti aħħarin,

    ekwivalenti b'mod wiesa', f'termini ta’ parametri ta’ funzjonalità rilevanti għall-konsumatur, għal lampi bil-filament b'vultaġġ tal-mejnijiet disponibbli fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, inkluż f'termini ta’ flussi ta’ luminożità li jkopru l-firxa sħiħa ta’ flussi ta’ luminożità ta’ referenza elenkati fit-Tabella 6,

    kompatibbli ma’ tagħmir iddisinjat għall-istallazzjoni bejn il-mejnijiet u l-bozoz bil-filament disponibbli fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament skont ir-rekwiżiti l-aktar avvanzati għall-kompatibbiltà.

    1.2.   Rekwiżiti ta’ effiċjenza enerġetika għal tagħmir ta’ kontroll tal-lampa

    Sa mill-fażi 2, il-potenza waqt modalità ta’ ebda tagħbija ta’ tagħmir ta’ kontroll tal-lampa maħsub għall-użu bejn il-mejnijiet u l-iswiċċ biex tinxtegħel/tintefa’ l-modalità ta’ tagħbija ma għandhiex tissupera 1,0 W. Sa mill-fażi 3, il-limitu għandu jkun 0,50 W. Għal tagħmir ta’ kontroll tal-lampa b'potenza ta’ ħruġ (P) akbar minn 250 W, il-limiti tal-potenza waqt modalità ta’ ebda tagħbija għandhom jiġu mmultiplikati b’ p/250 W

    Sa mill-fażi 3, il-potenza waqt modalità stennija ta’ tagħmir ta’ kontroll tal-lampa ma għandhiex taqbeż 0,50 W.

    Sa mill-fażi 2, l-effiċjenza ta’ tagħmir ta’ kontroll għal lampi aloġeni għandha tkun mill-inqas 0,91 għal tagħbija ta’ 100 %

    2.   REKWIŻITI TA’ FUNZJONALITÀ

    2.1.   Rekwiżiti ta’ funzjonalità għal lampi direzzjonali għajr lampi LED

    Ir-rekwiżiti ta’ funzjonalità tal-lampi huma stabbiliti fit-Tabella 3 għal lampi fluworexxenti kumpatti direzzjonali u fit-Tabella 4 għal lampi direzzjonali għajr il-lampi fluworexxenti kumpatti, lampi LED u lampi bi skariku ta’ intensità għolja.

    Tabella 3

    Rekwiżiti tal-funzjonalità għal lampi fluworexxenti kumpatti direzzjonali

    Parametru ta’ funzjonalità

    Fażi 1

    except where indicated otherwise

    Fażi 3

    Fattur ta’ sopravivenza tal-lampa għal-6 000 siegħa

    Mill-1 ta’ Marzu 2014: ≥ 0,50

    ≥ 0.70

    Manutenzjoni tal-lumen

    Għal 2 000 siegħa: ≥ 80 %

    Għal 2 000 siegħa: ≥ 83 %

    Għal 6 000 siegħa: ≥ 70 %

    L-għadd ta’ ċikli ta’ kommutazzjoni qabel iseħħ il-qtugħ

    ≥ nofs it-tul tal-ħajja ta’ lampa mfisser f’sigħat

    10 000 jekk il-ħin ta’ attivazzjoni tal-lampa > 0,3 sekonda

    ≥ it-tul tal-ħajja tal-bozza mfisser f’sigħat

    ≥ 30 000 jekk il-ħin ta’ attivazzjoni tal-lampa > 0,3 sekonda

    Ħin ta’ attivazzjoni

    < 2.0 sekondi

    < 1,5 sekondi jekk P < 10W

    < (1,0) sekonda jekk P ≥ 10W

    Il-ħin ta’ tisħin tal-lampa sa 60 % Φ

    < 40 sekonda

    jew < 100 sekonda għal lampi li fihom il-merkurju fl-għamla ta’ amalgama

    < 40 sekonda

    jew < 100 sekonda għal lampi li fihom il-merkurju fl-għamla ta’ amalgama

    Rata ta’ qtugħ prematur

    ≤ 5,0 % għal 500 siegħa

    ≤ 5,0 % għal 1 000 siegħa

    Fattur tal-potenza tal-lampa għal lampi b'tagħmir ta’ kontroll integrat

    ≥ 0,50 jekk P < 25W

    ≥ 0,90 jekk P ≥ 25W

    ≥ 0,55 jekk P < 25W

    ≥ 0,90 jekk P ≥ 25W

    Apparenza tal-kulur (Ra)

    ≥ 80

    ≥ 65 jekk il-lampa tkun maħsuba għal applikazzjonijiet fuq barra jew industrijali skont il-punt 3.1.3(l) ta’ dan l-Anness

    ≥ 80

    ≥ 65 jekk il-lampa tkun maħsuba għal applikazzjonijiet fuq barra jew industrijali skont il-punt 3.1.3(l) ta’ dan l-Anness

    F'każ li l-bażi tal-lampa tkun tat-tip standardizzat użat ukoll b'lampi bil-filament, il-lampa għandha tikkonforma, sa mill-fażi 2, ma’ rekwiżiti mill-aktar avvanzati għal kompatibbiltà ma’ tagħmir iddisinjat għall-istallazzjoni bejn il-mejnijiet u l-lampi bil-filament.

    Tabella 4

    Rekwiżiti tal-funzjonalità għal lampi direzzjonali oħra (għajr lampi LED, lampi fluworexxenti kumpatti u lampi bi skariku ta’ intensità għolja)

    Parametru ta’ funzjonalità

    Fażi 1 u 2

    Fażi 3

    Tul ta’ ħajja assenjat għal sopravivenza tal-lampa ta’ 50 %

    ≥ 1 000 siegħa (≥ 2 000 siegħa fil-fażi 2) ≥ 2 000 siegħa għal bozoz b’ vultaġġ baxx ħafna li ma jikkonformawx mar-rekwiżit tal-fażi 3 ta’ effiċjenza tal-lampa bil-filament fil-punt 1.1 ta’ dan l-Anness

    ≥ 2 000 siegħa

    ≥ 4 000 siegħa għal lampi b'vultaġġ baxx ħafna

    Manutenzjoni tal-lumen

    ≥ 80 % għal 75% tat-tul tal-ħajja medju assenjat

    ≥ 80 % għal 75% tat-tul tal-ħajja medju assenjat

    Għadd taċ-ċikli ta’ kommutazzjoni

    ≥ erba’ darbiet it-tul tal-ħajja assenjat imfisser f’sigħat

    ≥ erba’ darbiet it-tul tal-ħajja assenjat imfisser f’sigħat

    Ħin ta’ attivazzjoni

    < 0,2 sekonda

    < 0,2 sekonda

    Il-ħin ta’ tisħin tal-lampa sa 60 % Φ

    ≤ 1,0 sekonda

    ≤ 1,0 sekonda

    Rata ta’ qtugħ prematur

    ≤ 5,0 % għal 100 siegħa

    ≤ 5,0 % għal 200 siegħa

    Fattur tal-potenza tal-lampa għal lampi b'tagħmir ta’ kontroll integrat

    Potenza > 25W: ≥ 0,9

    Potenza ≤ 25 W: ≥ 0,5

    Potenza > 25W: ≥ 0,9

    Potenza ≤ 25 W: ≥ 0,5

    2.2.   Rekwiżiti ta’ funzjonalità għal lampi LED mhux direzzjonali u dawk direzzjonali

    Ir-rekwiżiti ta’ funzjonalità tal-lampi huma stipulati fit-Tabella 5 kemm għal lampi LED mhux direzzjonali kif ukoll dawk direzzjonali

    Tabella 5

    Rekwiżiti ta’ funzjonalità għal lampi LED mhux direzzjonali u dawk direzzjonali

    Parametru ta’ funzjonalità

    Rekwiżit sa mill-fażi 1, għajr fejn indikat mod ieħor

    Fattur ta’ sopravivenza tal-lampa għal-6 000 siegħa

    Mill-1 ta’ Marzu 2014: ≥ 0,90

    Manutenzjoni tal-lumen għal 6 000 siegħa

    Mill-1 ta’ Marzu 2014: ≥ 0,80

    L-għadd ta’ ċikli ta’ kommutazzjoni qabel iseħħ il-qtugħ

    ≥ 15 000 jekk it-tul tal-ħajja assenjat tal-bozza ≥ 30 000 siegħa inkella.

    ≥ nofs it-tul tal-ħajja assenjat ta’ lampa mfisser f’sigħat

    Ħin ta’ attivazzjoni

    0,5 sekonda

    Il-ħin ta’ tisħin tal-lampa sa 95% Φ

    2 sekondi

    Rata ta’ qtugħ prematur

    ≤ 5,0 % sa 1 000 siegħa

    Apparenza tal-kulur (Ra)

    ≥ 80

    ≥ 65 jekk il-lampa tkun maħsuba għal applikazzjonijiet fuq barra jew industrijali skont il-punt 3.1.3(l) ta’ dan l-Anness

    Konsistenza tal-kulur

    Varjazzjoni tal-koordinati tal-kromatiċità fi ħdan l-ellissi MacAdam ta’ sitt stadji jew anqas

    Fattur tal-potenza (PF) tal-lampa b'tagħmir ta’ kontroll integrat

    P ≤ 2W: l-ebda rekwiżit

    2W < P ≤ 5W: PF > 0,4

    5W < P ≤ 25W: PF > 0,5

    P ≤ 25W: PF > 0,9

    Jekk il-bażi tal-lampa tkun tat-tip standardizzat li jintuża wkoll ma’ lampi bil-filament, il-lampa għandha tikkonforma, sa mill-fażi 2, mar-rekwiżiti l-aktar avvanzati għal kompatibbiltà ma’ tagħmir iddisinjat għall-istallazzjoni bejn il-mejnijiet u l-lampi bil-filament.

    2.3.   Rekwiżit ta’ funzjonalità għal tagħmir iddisinjat għall-istallazzjoni bejn il-mejnijiet u l-lampi

    Sa mill-fażi 2, tagħmir iddisinjat għall-istallazzjoni bejn il-mejnijiet u l-lampi għandu jikkonforma mar-rekwiżiti l-aktar avvanzati għall-kompatibbiltà mal-lampi li l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika tagħhom (ikkalkulat kemm għal-lampi direzzjonali kif ukoll dawk mhux direzzjonali skont il-metodu stabbilit fil-punt 1.1 ta’ dan l-Anness) ma jaqbiżx:

    0,24 għal lampi mhux direzzjonali (jekk jitqies li Φuse = il-fluss ta’ luminożità assenjat totali);

    0,40 għal-lampi direzzjonali.

    Meta apparat ta’ kontroll tal-intensità tad-dawl jiġi mixgħul fuq il-konfigurazzjoni l-aktar baxxa ta’ kontroll tiegħu li biha jikkunsmaw l-elettriku l-lampi mħaddma, il-lampi mħaddma għandhom jemettu mill-inqas 1 % tal-fluss ta’ luminożità tagħhom fuq tagħbija sħiħa.

    Meta titqiegħed luminarja fis-suq bil-ħsieb li tiġi kkummerċjalizzata lill-utenti aħħarin u, mal-luminarja, jiġu inklużi lampi li jistgħu jiġu sostitwiti mill-utenti aħħarin, dawn il-lampi għandhom ikunu ta’ waħda miż-żewġ ogħla klassijiet ta’ enerġija, skont ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012, li għalihom il-luminarja tkun ittikkettata bħala kompatibbli magħhom.

    3.   REKWIŻITI TA’ INFORMAZZJONI DWAR IL-PRODOTT

    3.1.   Rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-prodott għal lampi direzzjonali

    L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta sa mill-fażi 1, għajr fejn stipulat mod ieħor.

    Dawn ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni ma japplikawx għal:

    lampi bil-filament li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ effikaċja tal-Fażi 2;

    moduli LED meta jkunu kkummerċjalizzati bħala parti minn luminarja fejn mhuwiex maħsub li jitneħħew minnha mill-utent aħħari.

    Fil-forom kollha ta’ informazzjoni dwar il-prodott, it-terminu “lampa li tiffranka l-enerġija”, jew kwalunkwe dikjarazzjoni promozzjonali relatata ma’ prodott dwar l-effikaċja tal-lampa, jista’ jintuża biss jekk l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika ta’ lampa (ikkalkulat skont il-metodu stipulat fil-punt 1.1 ta’ dan l-Anness) huwa 0,40 jew inqas.

    3.1.1.   Informazzjoni li għandha tidher fuq il-lampa nnifisha

    Għal lampi għajr dawk bi skariku elettriku ta’ intensità għolja, il-valur u l-unità (“lm”, “K” u “°”) tal-fluss nominali utli ta’ luminożità, tat-temperatura tal-kulur u tal-angolu nominali tar-raġġ għandhom jinterew, b'karattri li jinqraw faċilment, fuq is-superfiċje tal-lampa jekk, wara l-inklużjoni tal-informazzjoni relatata mas-sikurezza bħall-potenza u l-vultaġġ, ikun hemm spazju biżżejjed għaliha fuq il-lampa mingħajr ma tostakola żżejjed id-dawl li ħiereġ mil-lampa.

    Jekk hemm lok għal wieħed biss mit-tliet valuri, għandu jiġi pprovdut il-fluss nominali utli ta’ luminożità. Jekk hemm lok għal żewġ valuri, għandhom jiġu pprovduti l-fluss nominali utli ta’ luminożità u t-temperatura tal-kulur.

    3.1.2.   Informazzjoni li għandha tintwera lill-utenti aħħarin b'mod viżibbli fuq l-imballaġġ u fuq siti tal-internet b’aċċess mingħajr ħlas qabel jinxtara l-prodott.

    L-informazzjoni fil-paragrafi (a) sa (o) hawn taħt għandha tintwera fuq siti tal-internet b’aċċess mingħajr ħlas u fi kwalunkwe għamla meqjusa bħala xierqa mill-manifattur.

    Jekk il-prodott jitqiegħed fis-suq f'imballaġġ li jinkludi informazzjoni li għandha tintwera b'mod viżibbli lill-utenti aħħarin qabel jinxtara l-prodott, l-informazzjoni għandha tiġi indikata wkoll b'mod ċar u prominenti fuq l-imballaġġ.

    L-informazzjoni ma għandiex bżonn tinkludi l-kliem eżatt li jinsab fuq il-lista hawn taħt. Tista’ tintwera fl-għamla ta’ grafika, illustrazzjonijiet jew simboli, minflok fi kliem.

    (a)

    Il-fluss nominali utli ta’ luminożità muri f’karattru li jkun mill-inqas darbtejn akbar minn kwalunkwe indikazzjoni tal-potenza nominali tal-lampa;

    (b)

    It-tul tal-ħajja nominali tal-lampa f'sigħat (mhux itwal mit-tul tal-ħajja assenjat);

    (c)

    It-temperatura tal-kulur, bħala valur fi gradi Kelvin u muri wkoll b'mod grafiku jew fi kliem;

    (d)

    L-għadd ta’ ċikli ta’ kommutazzjoni qabel il-qtugħ prematur;

    (e)

    Il-ħin ta’ tisħin sa 60 % tal-ħruġ sħiħ tad-dawl (jista’ jiġi indikat bħala “dawl sħiħ immedjat” jekk ikun inqas minn sekonda);

    (f)

    Twissija dwar jekk id-dawl tal-lampa jistax jitbaxxa, jew jekk dan jistax jitbaxxa b’dimmers speċifiċi biss; fil-każ ta’ dan tal-aħħar għandha tiġi pprovduta wkoll lista ta’ dimmers kompatibbli fuq il-websajt tal-manifattur;

    (g)

    Jekk iddisinjati għall-aħjar użu f’kundizzjonijiet mhux standard (bħal temperatura ambjentali Ta ≠ 25 °C jew tkun meħtieġa gestjoni termali speċifika), informazzjoni dwar dawk il-kundizzjonijiet;

    (h)

    Id-dimensjonijiet tal-lampa f’millimetri (it-tul u l-akbar dijametru);

    (i)

    Angolu nominali tar-raġġ fi gradi;

    (j)

    Jekk l-angolu tar-raġġ jkun ≥ 90° u l-fluss utli ta’ luminożità tiegħu, kif iddefinit fil-punt 1.1 ta’ dan l-Anness, għandu jitkejjel f'kon ta’ 120°, twissija li l-lampa mhijiex adattata għat-tidwil ta’ aċċentwazzjoni;

    (k)

    Jekk bażi tal-lampa tkun tat-tip standardizzat li tintuża wkoll b'lampi bil-filament, iżda d-dimensjonijiet tal-lampa jkunu differenti mid-dimensjonijiet tal-lampa/lampi bil-filamenent li suppost għandha/għandhom tiġi/jiġu sostitwita/i mil-lampa, illustrazzjoni li tqabbel id-dimensjonijiet tal-lampa mad-dimensjonijiet tal-lampa/lampi bil-filament li qed tissostitwixxi;

    (l)

    Indikazzjoni li l-lampa tkun tat-tip elenkat fl-ewwel kolonna tat-Tabella 6 tista’ tinwera biss jekk il-fluss ta’ luminożità tal-lampa f'kon ta’ 90°(Φ90°) mhuwiex inqas mill-fluss ta’ luminożità ta’ referenza indikat fit-Tabella 6 għall-iżgħar “wattage” fost il-lampi tat-tip ikkonċernat. Il-fluss ta’ luminożità ta’ referenza għandu jiġi mmultiplikat bil-fattur ta’ korrezzjoni fit-Tabella 7. Għal-lampi LED, dan għandu jiġi mmultiplikat ukoll bil-fattur ta’ korrezzjoni fit-Tabella 8;

    (m)

    Dikjarazzjoni ta’ ekwivalenza li tinvolvi l-potenza ta’ lampa sostitwita tista’ tintwera biss jekk it-tip ta’ lampa tkun elenkata fit-Tabella 6 u jekk il-fluss ta’ luminożità tal-lampa f'kon ta’ 90° (Φ90°) mhuwiex inqas mill-fluss ta’ luminożità ta’ referenza korrispondenti fit-Tabella 6. Il-fluss ta’ luminożità ta’ referenza għandu jiġi mmultiplikat bil-fattur ta’ korrezzjoni fit-Tabella 7. Għal-lampi LED, dan għandu jiġi mmultiplikat ukoll bil-fattur ta’ korrezzjoni fit-Tabella 8. Il-valuri intermedji kemm għall-fluss ta’ luminożità kif ukoll għall-potenza ekwivalenti ddikjarata tal-lampa (imqarrba għall-eqreb (1)W) għandhom jiġu kkalkulati b'interpolazzjoni lineari bejn iż-żewġ valuri li jkunu qrib xulxin.

    Tabella 6

    Fluss ta’ luminożità għal dikjarazzjonijiet ta’ ekwivalenza

    Tip ta’ riflettur b'vultaġġ baxx ħafna

    Tip

    Potenza (W)

    Referenza Φ90° (lm)

    MR11 GU4

    20

    160

     

    35

    300

    MR16 GU 5.3

    20

    180

     

    35

    300

     

    50

    540

    AR111

    35

    250

     

    50

    390

     

    75

    640

     

    100

    785

    Tip ta’ riflettur tal-ħġieġ minfuħ b'vultaġġ tal-mejnijiet

    Tip

    Potenza (W)

    Referenza Φ90° (lm)

    R50/NR50

    25

    90

     

    40

    170

    R63/NR63

    40

    180

     

    60

    300

    R80/NR80

    60

    300

     

    75

    350

     

    100

    580

    R95/NR95

    75

    350

     

    100

    540

    R125

    100

    580

     

    150

    1 000

    Tip ta’ riflettur tal-ħġieġ ippressat b'vultaġġ tal-mejnijiet

    Tip

    Potenza (W)

    Referenza Φ90° (lm)

    PAR16

    20

    90

     

    25

    125

     

    35

    200

     

    50

    300

    PAR20

    35

    200

     

    50

    300

     

    75

    500

    PAR25

    50

    350

     

    75

    550

    PAR30S

    50

    350

     

    75

    550

     

    100

    750

    PAR36

    50

    350

     

    75

    550

     

    100

    720

    PAR38

    60

    400

     

    75

    555

     

    80

    600

     

    100

    760

     

    120

    900

    Tabella 7

    Fatturi ta’ multiplikazzjoni għall-manutenzjoni tal-lumen

    Tip ta’ lampa

    Fattur ta’ multiplikazzjoni tal-fluss ta’ luminożità

    Lampi aloġeni

    1

    Lampi fluworexxenti kumpatti

    1,08

    Lampi LED

    Formula

    fejn LLMF huwa l-fattur ta’ manutenzjoni tal-lumen fi tmiem it-tul tal-ħajja nominali

    Tabella 8

    Fatturi ta’ multiplikazzjoni għal lampi LED

    Angolu tar-raġġ ta’ lampa LED

    Fattur ta’ multiplikazzjoni tal-fluss ta’ luminożità

    20° ≤ angolu tar-raġġ

    1

    15° ≤ angolu tar-raġġ < 20°

    0,9

    10° ≤ angolu tar-raġġ < 15°

    0,85

    angolu tar-raġġ < 10°

    0,80

    Jekk il-lampa jkun fiha l-merkurju:

    (n)

    Il-kontenut ta’ merkurju tal-lampa bħala X,X mg;

    (o)

    Indikazzjoni ta’ liema websajt għandu jiġi kkonsultat f’każ li lampa tinkiser b'mod aċċidentali sabiex jinstabu istruzzjonijiet dwar kif għandhom jitnaddfu l-fdalijiet tal-lampa.

    3.1.3.   Informazzjoni li għandha tkun pubblikament disponibbli fuq siti tal-internet aċċessibbli mingħajr ħlas u fi kwalunkwe għamla oħra meqjusa bħala xierqa mill-manifattur

    Bħala minimu, l-informazzjoni li ġejja għanda tintwera, mill-inqas, bħala valuri.

    (a)

    L-informazzjoni speċifikata fil-punt 3.1.2;

    (b)

    Potenza assenjata (preċiżjoni ta’ 0,1 W);

    (c)

    Fluss utli ta’ luminożità assenjat;

    (d)

    Tul ta’ ħajja assenjat tal-lampa;

    (e)

    Fattur ta’ potenza tal-lampa;

    (f)

    Fattur ta’ manutenzjoni tal-lumen fi tmiem it-tul tal-ħajja nominali (għajr għal lampi bil-filament);

    (g)

    Ħin ta’ attivazzjoni (f'X.X sekonda/i);

    (h)

    Colour rendering;

    (i)

    Konsistenza tal-kulur (għal LEDs biss);

    (j)

    Intensità massima assenjata f’candela (cd);

    (k)

    Angolu tar-raġġ assenjat;

    (l)

    Jekk maħsuba għall-użu f'applikazzjonijiet fuq barra jew industrijali, indikazzjoni f'dan is-sens;

    (m)

    Distribuzzjoni tal-potenza spettrali fil-medda ta’ 180-800 nm;

    Jekk il-lampa jkun fiha l-merkurju:

    (n)

    Struzzjonijiet dwar kif għandhom jitnaddfu l-fdalijiet tal-lampa f’każ li tinkiser b'mod aċċidentali;

    (o)

    Rakkomandazzjonijiet dwar kif għanda tintrema lampa, fi tmiem il-ħajja tagħha, għar-riċiklaġġ skont id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)

    3.2.   Rekwiżiti addizzjonali ta’ informazzjoni dwar il-prodott għal lampi LED li jissostitwixxu lampi fluworexxenti mingħajr ballast integrat

    Sa mill-fażi 1, minbarra r-rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-prodott skont il-punt 3.1 ta’ dan l-Anness jew il-punt 3.1 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 244/2009, il-manifatturi ta’ lampi LED li jissostitwixxu lampi fluworexxenti mingħajr ballast integrat għandhom jippubblikaw twissija, fuq siti tal-internet pubblikament aċċessibbli mingħajr ħlas jew fi kwalunkwe għamla oħra meqjusa bħala xierqa, li l-effiċjenza enerġetika kumplessiva u d-distribuzzjoni tad-dawl ta’ kwalunkwe stallazzjoni li tuża dawn il-lampi huma ddeterminati mid-disinn tal-istallazzjoni.

    Dikjarazzjonijiet li lampa LED tissostitwixxi lampa fluworexxenti mingħajr ballast integrat ta’ “wattage” partikolari jistgħu jsiru biss jekk:

    l-intensità tal-luminożità fi kwalunkwe direzzjoni madwar l-assi tat-tubu ma tiddevjax b'aktar minn 25 % tal-intensità medja ta’ luminożità madwar it-tubu, u

    il-fluss ta’ luminożità tal-lampa LED mhuwiex inqas mill-fluss ta’ luminożità tal-lampa fluworexxenti tal-“wattage” iddikjarat. Il-fluss ta’ luminożità tal-lampa fluworexxenti għandu jinkiseb bil-multiplikazzjoni tal-“wattage” iddikjarat bil-valur minimu ta’ effikaċja tal-luminożità korrispondenti għal-lampa fluworexxenti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2009 (2), u

    il-“wattage” tal-lampa LED mhuwiex ogħla mill-“wattage” tal-lampa fluworexxenti ddikjarata li ħa tiġi sostwità minnha.

    Il-fajl tad-dokumentazzjoni teknika għandu jipprovdi d-dejta li tappoġġa tali dikjarazzjonijiet.

    3.3.   Rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-prodott għal tagħmir għajr il-luminarji iddisinjati għall-istallazzjoni bejn il-mejnijiet u l-lampi

    Sa mill-fażi 2, jekk it-tagħmir ma jipprovdi l-ebda kompatibbiltà ma’ ebda lampa li tiffranka l-enerġija skont il-parti 2.3 ta’ dan l-Anness, għandha tiġi ppubblikata twissija li t-tagħmir mhuwiex kompatibbli ma’ lampi li jiffrankaw l-enerġija fuq siti tal-internet pubblikament disponibbli u aċċessibbli mingħajr ħlas u fi kwalunkwe għamla oħra meqjusa bħala xierqa mill-manifattur.

    3.4.   Rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-prodott għal tagħmir ta’ kontroll tal-lampa

    Sa mill-fażi 2, l-informazzjoni li ġejja għandha tiġi ppubblikata fuq websajts disponibbli għall-pubbliku u mingħajr ħlas u fi kwalunkwe għamla oħra li l-manifattur iqis bħala xierqa:

    Indikazzjoni li l-prodott huwa maħsub għall-użu bħala tagħmir ta’ kontroll tal-lampa;

    Jekk applikabbli, l-informazzjoni li l-prodott jista’ jitħaddem f'modalità ta’ ebda tagħbija.


    (1)  ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38.

    (2)  ĠU L 76, 24.3.2009, p. 17.


    ANNESS IV

    Proċedura ta’ verifika għall-finijiet ta’ sorveljanza tas-suq

    Meta jitwettqu l-verifiki ta’ sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċeduri ta’ verifika elenkati f'dan l-Anness. L-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq għandhom jipprovdu l-informazzjoni dwar ir-riżultati tat-testijiet lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

    L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw proċeduri ta’ kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta’ kejl l-aktar avvanzati ġeneralment rikonoxxibbli, inklużi l-metodi stipulati f’dokumenti li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    1.   PROĊEDURA TA’ VERIFIKA GĦAL LAMPI GĦAJR LAMPI LED U GĦAL LAMPI LED LI JKUNU MAĦSUBA LI JIĠU SOSTIWITI FIL-LUMINARJA MILL-UTENT AĦĦARI

    L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw kampjun ta’ għadd minimu ta’ għoxrin lampa tal-istess mudell mill-istess manifattur miksub, fejn possibbli, fi proporzjon ugwali minn erba’ sorsi magħżula b'mod aleatorju, sakemm mhux speċifikat mod ieħor fit-Tabella 9.

    Il-mudell għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament jekk:

    (a)

    il-lampi fil-kampjun ikunu akkumpanjati mill-informazzjoni meħtieġa u korretta dwar il-prodott, u

    (b)

    il-lampi fil-kampjun jinsabu li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ kompatibbiltà tal-punti 2.1 u 2.2 tal-Anness III, bl-applikazzjoni tal-metodi l-aktar avvanzati u l-kriterji għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà, inklużi dawk stipulati f’dokumenti li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u

    (c)

    l-ittestjar tal-parametri tal-lampi fil-kampjun elenkat fit-Tabella 9 ma juri l-ebda nuqqas ta’ konformità għal kwalunkwe wieħed mill-parametri.

    Tabella 9

    Parametru

    Proċedura

    Fattur ta’ sopravivenza tal-lampa wara 6 000 siegħa (għal-lampi LED)

    It-test għandu jintemm

    meta jintlaħaq l-għadd ta’ sigħat meħtieġ, jew

    meta jinqatgħu aktar minn żewġ lampi,

    liema minnhom iseħħ l-ewwel.

    Konformità: għadd massimu ta’ żewġ lampi minn kull 20 fil-kampjun għat-test jistgħu jinqatgħu qabel l-għadd ta’ sigħat meħtieġ.

    Nuqqas ta’ konformità: kwalunkwe każ ieħor.

    L-għadd ta’ ċikli ta’ kommutazzjoni qabel iseħħ il-qtugħ

    It-test għandu jintemm meta jintlaħaq l-għadd meħtieġ ta’ ċikli ta’ kommutazzjoni, jew meta aktar minn lampa waħda minn kull 20 lampa f'kampjun tat-test jilħqu t-tmiem tal-ħajja tagħhom, liema minnhom iseħħ l-ewwel.

    Konformità: mill-inqas 19 minn kull 20 lampa fil-kampjun ma jkollhom l-ebda qtugħ wara li jintlaħaq l-għadd meħtieġ ta’ cikli ta’ kommutazzjoni.

    Nuqqas ta’ konformità: kwalunkwe każ ieħor.

    Ħin ta’ attivazzjoni

    Konformità: il-ħin medju ta’ attivazzjoni tal-lampi fil-kampjun tat-test mhuwiex ogħla mill-ħin ta’ attivazzjoni meħtieġ b'10 % miżjud miegħu, u l-ebda lampa fil-kampjun ma għandha ħin ta’ attivazzjoni itwal mid-doppju tal-ħin ta’ attivazzjoni meħtieġ.

    Nuqqas ta’ konformità: kwalunkwe każ ieħor.

    Il-ħin ta’ tisħin tal-lampa sa 60 % Φ

    Konformità: il-ħin medju ta’ tisħin tal-lampi fil-kampjun tat-test mhuwiex ogħla mill-ħin ta’ tisħin meħtieġ b'10 % miżjud miegħu, u l-ebda lampa fil-kampjun ma għandha ħin ta’ tisħin itwal mill-ħin ta’ tisħin meħtieġ immultiplikat b'1,5.

    Nuqqas ta’ konformità: kwalunkwe każ ieħor.

    Rata ta’ qtugħ prematur

    It-test għandu jintemm

    meta jintlaħaq l-għadd ta’ sigħat meħtieġ, jew

    meta tinqata’ aktar minn lampa waħda, liema minnhom iseħħ l-ewwel.

    Konformità: għadd massimu ta’ lampa minn kull 20 fil-kampjun għat-test li taqta’ qabel l-għadd ta’ sigħat meħtieġ.

    Nuqqas ta’ konformità: kwalunkwe każ ieħor.

    Apparenza tal-kulur (Ra)

    Konformità: l-Ra medja tal-lampi fil-kampjun mhijiex aktar baxxa minn tliet punti taħt il-valur meħtieġ, u l-ebda lampa fil-kampjun ma għandha valur Ra li huwa ogħla minn 3,9 punti taħt il-valur meħtieġ.

    Nuqqas ta’ konformità: kwalunkwe każ ieħor.

    Manutenzjoni tal-lumen fi tmiem il-ħajja u tul tal-ħajja assenjat (għal lampi LED biss)

    Għal dawn il-finijiet, "tmiem il-ħajja" għandu jfisser il-waqt f'perjodu ta’ żmien meta 50 % biss tal-lampi jkunu pproġettati li jibqgħu jaħdmu jew meta il-manutenzjoni medja tal-lumen tal-kampjun hija pproġettata li taqa’ taħt 70 %, liema minnhom ikun proġettat li jseħħ l-ewwel.

    Konformità: il-manutenzjoni tal-lumen fi tmiem il-ħajja u l-valuri tul il-ħajja miksuba bl-estrapolazzjoni mill-fattur ta’ sopravivenza tal-lampa u mill-manutenzjoni medja tal-lumen tal-lampi fil-kampjun għal 6 000 siegħa mhumiex aktar baxxi, rispettivament, mill-manutenzjoni tal-lumen u l-valuri tat-tul tal-ħajja assenjati ddikjarati fl-informazzjoni dwar il-prodott b'10 % imnaqqsa minnhom.

    Nuqqas ta’ konformità: kwalunkwe każ ieħor.

    Dikjarazzjonijiet ta’ ekwivalenza għal lampi mmodifikati (retrofit) skont il-punti 3.1.2(l) u (m) tal-Anness III

    Jekk għall-fini tal-konformità tkun vverifikata biss id-dikjarazzjoni ta’ ekwivalenza, jeħtieġ biss li jiġu ttestjati 10 lampi, possibbilment miksuba b'mod approssimattiv minn hemm sorsi magħżula b'mod aleatorju.

    Konformità: ir-riżultati medji tal-lampi fil-kampjun ma jvarjawx mil-limitu, parametru jew valuri ddikjarati b'iktar minn 10 %.

    Nuqqas ta’ konformità: kwalunkwe każ ieħor.

    Angolu tar-raġġ

    Konformità: ir-riżultati medji tal-lampi fil-kampjun ma jvarjawx mill-angolu tar-raġġ iddikjarat b'aktar minn 25 % u l-valur tal-angolu tar-raġġ ta’ kull lampa individwali fil-kampjun ma jiddevjax b'aktar minn 25 % tal-valur assenjat.

    Nuqqas ta’ konformità: kwalunkwe każ ieħor.

    Intensità massima

    Konformità: l-intensità massima ta’ kull lampa individwali fil-kampjun mhijiex inqas minn 75 % tal-intensità assenjata tal-mudell.

    Nuqqas ta’ konformità: kwalunkwe każ ieħor.

    Parametri oħra (inkluż l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika)

    Konformità: ir-riżultati medji tal-lampi fil-kampjun ma jvarjawx mil-limitu, parametru jew valuri ddikjarati b'iktar minn 10 %.

    Nuqqas ta’ konformità: kwalunkwe każ ieħor.

    Fi kwalunkwe każ ieħor, il-mudell għandu jitqies li ma jikkonformax.

    2.   PROĊEDURA TA’ VERIFIKA GĦAL MODULI LED MHUX MAĦSUBA GĦAT-TNEĦĦIJA MIL-LUMINARJA MILL-UTENTI AĦĦARI

    Għall-finijiet tat-testijiet deskritti hawn taħt l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jiksbu unitajiet ta’ test tal-istess mudell mill-istess manifattur (ta’ moduli LED jew luminarji, kif applikabbli), fejn possibbli, fi proporzjoni ugwali minn sorsi magħżula b'mod aleatorju. Għall-punti (1), (3) u (5) hawn taħt, l-għadd ta’ sorsi għandu jkun mill-inqas erbgħa fejn possibbli. Għall-punt (2), l-għadd ta’ sorsi għandu jkun mill-inqas erbgħa fejn possibbli, sakemm l-għadd ta’ luminarji meħtieġ biex tinkiseb estrazzjoni ta’ 20 modulu LED tal-istess mudell huwa inqas minn erbgħa, li f'dak il-każ l-għadd ta’ sorsi huwa ugwali għall-għadd ta’ luminarji meħtieġ. Għall-punt (4), jekk it-test fuq l-ewwel żewġ luminarji jfalli, it-tlieta li jmiss li għandhom jiġu ttestjati għandhom jiġu mit-tliet sorsi l-oħra fejn possibbli.

    L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura li ġejja fl-ordni mogħtija hawn taħt, sakemm tintlaħaq konklużjoni dwar il-konformità tal-mudell(i) tal-modulu/i LED, jew jikkonkludu li ma jistax jitwettaq dak l-ittestjar. "Luminarja" tfisser il-luminarja li tinkludi moduli LED, u "test" jirreferi għall-proċedura deskritta fil-parti 1 ta’ dan l-Anness, għajr fil-punt (4). Jekk fil-fajl tad-dokumentazzjoni teknika huwa permess l-ittestjar skont kemm il-punt (1) kif ukoll il-punt (2), l-awtoritajiet jistgħu jagħżlu l-aktar metodu xieraq.

    (1)

    Jekk fil-fajl ta’ dokumentazzjoni teknika tal-luminarja jkun previst ittestjar tal-luminarja sħiħa bħala lampa, l-awtoritajiet għandhom jittestjaw 20 luminarja bħala lampi. Jekk il-mudell tal-luminarja jitqies bħala konformi, il-mudell(i) tal-modulu/i LED għandhom jitqiesu bħala konformi mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament. Jekk il-mudell tal-luminarja jitqies bħala mhux konformi, il-mudell(i) tal-modulu/i LED għandhom jitqiesu wkoll bħala mhux konformi.

    (2)

    F'każ ieħor, jekk il-fajl tad-dokumentazzjoni teknika tal-luminarja jippermetti t-tneħħija tal-modulu/i LED għall-ittestjar, l-awtoritajiet għandhom jiksbu biżżejjed luminarji biex jiksbu 20 kopja ta’ kull mudell ta’ modulu LED inkorporat. Dawn għandhom isegwu l-istruzzjonijiet tal-fajl ta’ dokumentazzjoni teknika biex jiġu żmantellati l-luminarji u jiġi ttestjat separatament kull mudell ta’ modulu LED. Il-konklużjoni dwar il-konformità tal-mudell(i) tal-modulu/i LED għandhom isegwu mit-test(ijiet).

    (3)

    F'każ ieħor, jekk skont il-fajl ta’ dokumentazzjoni teknika tal-luminarja, il-manifattur tal-luminarja kiseb il-modulu/i LED inkorporat(i) bħala prodott(i) individwali bil-marka CE mis-suq tal-Unjoni, l-awtoritajiet għandhom jiksbu 20 kopja ta’ kull mudell ta’ modulu LED mis-suq tal-Unjoni għall-ittestjar u jittestjaw kull mudell ta’ modulu LED separatament. Il-konklużjoni dwar il-konformità tal-mudell(i) tal-modulu/i LED għandhom isegwu mit-test(ijiet). Jekk il-mudell(i) ma għadux/għadhomx disponibbli fis-suq tal-Unjoni, ma tistax titwettaq is-sorveljanza tas-suq.

    (4)

    F'każ ieħor, jekk il-manifattur tal-luminarja ma kisibx il-modulu/i LED inkorporat(i) bħala prodott(i) individwali bil-marka CE mis-suq tal-Unjoni, l-awtoritajiet għandhom jitolbu lill-manifattur tal-luminarja biex jipprovdi kopja tad-dejta oriġinali tat-test tal-modulu/i LED li turi li l-modulu/i LED jikkonforma(w) mar-rekwiżiti applikabbli kif ġej:

    għall-moduli LED kollha ir-rekwiżiti skont it-Tabella 5 ta’ dan ir-Regolament,

    għall-moduli LED direzzjonali, ir-rekwiżiti skont it-Tabelli 1 u 2 ta’ dan ir-Regolament,

    għall-moduli LED mhux direzzjonali, ir-rekwiżiti skont it-Tabelli 1, 2 u 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009.

    Jekk skont id-dejta tat-test, kwalunkwe mudell(i) ta’ modulu LED fil-luminarja ma jikkonforma(w)x mar-rekwiżiti, il-mudell(i) tal-modulu/i LED għandu/għandhom jitqiesu bħala mhux konformi.

    F'każ ieħor, l-awtoritajiet għandhom jiżmantellaw luminarja unika biex jivverifikaw li l-modulu/i LED fil-luminarja huwa/huma tal-istess tip kif deskritt fid-dejta tat-test. Jekk xi wieħed minnhom huwa differenti jew ma jistax jiġi identifikat, il-mudell(i) tal-modulu/i LED għandhom jitqiesu bħala mhux konformi.

    F'każ ieħor, ir-rekwiżiti għaċ-ċikli ta’ kommutazzjoni, il-qtugħ prematur, il-ħin ta’ attivazzjoni u l-ħin ta’ tisħin tat-Tabella 5 għandhom jiġu ttestjati fuq luminarja oħra mħaddma bil-klassifikazzjoni tagħha. Waqt il-funzjonament tal-luminarja bil-valuri assenjati tagħha, għandha tiġi ttestjata wkoll it-temperatura tal-modulu/i LED fil-konfront mal-limiti ddefiniti. Jekk ir-riżultati tat-testijiet (għajr dawk fuq qtugħ prematur) ivarjaw mill-valuri ta’ limitu b'aktar minn 10 %, jew il-luminarja kellha qtugħ prematur, għandhom jiġu ttestjati tliet luminarji oħra. Jekk il-medji tar-riżultati tat-tliet testijiet sussegwenti (għajr dawk relatati mal-qtugħ prematur u t-temperatura ta’ funzjonament) ma jvarjawx mill-valuri ta’ limitu b'aktar minn 10 %, l-ebda luminarja ma kellha qtugħ prematur, u t-temperatura ta’ funzjonament (fi °C) ma tissuperax l-10 % tal-limiti ddefiniti fit-tlieta li huma, il-mudell(i) tal-modulu/i LED għandu/għandhom jitqiesu bħala konformi mar-rekwiżiti. F'każ ieħor, dawn għandhom jitqiesu bħala mhux konformi.

    (5)

    Jekk l-ittestjar skont il-punti (1) sa (4) mhuwiex possibbli għaliex l-ebda modulu LED li jista’ jiġi ttestjat separatament huwa identifikabbli fil-luminarja, l-awtoritajiet għandhom jittestjaw ir-rekwiżiti taċ-ċikli ta’ kommutazzjoni, il-qtugħ prematur, il-ħin ta’ attivazzjoni u l-ħin ta’ tisħin tat-Tabella 5 fuq luminarja unika. Jekk ir-riżultati tat-testijiet ivarjaw mill-valuri ta’ limitu b'aktar minn 10 %, jew il-luminarja kellha qtugħ prematur, għandhom jiġu ttestjati tliet luminarji oħra. Jekk il-medji tar-riżultati tat-tliet testijiet sussegwenti (għajr dawk relatati mal-qtugħ prematur) ma jvarjawx mill-valuri ta’ limitu b'aktar minn 10 %, u l-ebda luminarja ma jkollha qtugħ prematur, il-mudell(i) tal-modulu/i LED inkorporati fil-luminarja għandhom jitqiesu bħala konformi mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament. F'każ ieħor, dawn għandhom jitqiesu bħala mhux konformi.

    3.   PROĊEDURA TA’ VERIFIKA GĦAL TAGĦMIR IDDISINJAT GĦALL-ISTALLAZZJONI BEJN IL-MEJNIJIET U L-LAMPI

    L-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jittestjaw biss unità waħda.

    It-tagħmir għandu jitqies li jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament jekk jinstab li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ kompatibbiltà tal-punt 2.3 tal-Anness III, bl-applikazzjoni tal-metodi u l-kriterji l-aktar avvanzati għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà, inklużi dawk stipulati f’dokumenti li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Jekk jiġi konkluż li hemm nuqqas ta’ kompatibbiltà, il-mudell għandu xorta waħda jitiqies li jikkonforma jekk jissodisfa r-rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-prodott fil-punt 3.3 tal-Anness III jew fl-Artikolu 3.2 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 874/2012.

    Minbarra r-rekwiżiti ta’ kompatibbiltà, tagħmir ta’ kontroll tal-lampa għandu jiġi ttestjat ukoll għar-rekwiżiti ta’ effiċjenza fil-punt 1.2 tal-Anness III. It-test għandu jitwettaq fuq parti waħda tat-tagħmir ta’ kontroll tal-lampa, mhux fuq kombinazzjoni ta’ bosta partijiet tat-tagħmir ta’ kontroll tal-bozza, anke jekk il-lampa hija ddisinjata biex tiddependi fuq partijiet oħra ta’ tagħmir ta’ kontroll tal-bozza sabiex tħaddem il-lampa/i fi stallazzjoni partikolari Il-mudell għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti jekk ir-riżultati ma jvarjawx mill-valuri ta’ limitu b’aktar minn 2,5 %. Jekk ir-riżultati jvarjaw mill-valuri ta’ limitu b’aktar minn 2,5 %, għandhom jiġu ttestjati tliet unitajiet oħra. Il-mudell għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti jekk il-medja tar-riżultati tat-tliet testijiet sussegwenti ma tvarjax mill-valuri ta’ limitu b’aktar minn 2,5 %.

    Minbarra r-rekwiżiti ta’ kompatibbiltà, il-luminarji maħsuba biex jiġu kkummerċjalizzati lill-utenti aħħarin għandhom jiġu wkoll ikkontrollati għall-preżenza ta’ lampi fl-imballaġġ tagħhom. Il-mudell għandu jitqies li jikkonforma jekk ma tkunu preżenti l-ebda lampa jew jekk il-lampi li jkunu preżenti huma tal-klassijiet ta’ enerġija meħtieġa fil-punt 2.3 tal-Anness III.

    Minbarra r-rekwiżiti ta’ kompatibbiltà, apparati ta’ kontroll tal-intensità tad-dawl għandhom jiġu ttestjati b'lampi bil-filament meta l-apparat ta’ kontroll qiegħed fil-pożizzjoni minima ta’ intensità tad-dawl. Il-mudell għandu jitqiesu konformi jekk, meta installati skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, il-lamp jipprovdu mill-inqas 1 % tal-fluss ta’ luminożità tagħhom fuq tagħbija sħiħa.

    Jekk il-mudell ma jissodisfax il-kriterji ta’ konformità applikabbli imsemmija hawn fuq, għandu jitqies bħala mhux konformi.


    ANNESS V

    Parametri ta’ referenza indikattivi msemmija fl-Artikolu 6

    Hawn taħt hija indikata l-aqwa teknoloġija disponibbli fis-suq, fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, għall-aspetti ambjentali li tqiesu bħala sinifikanti u li jkunu kwantifikabbli. Karatteristiċi meħtieġa f'ċerti applikazzjonijiet (bħal apparenza għolja tal-kulur) jistgħu jevitaw milli prodotti li joffru dawk il-karatteristiċi jilħqu dawn il-parametri.

    1.   EFFIĊJENZA TA’ LAMPA DIREZZJONALI

    Il-lampa l-aktar effiċjenti kellha indiċi ta’ effiċenzja enerġetika ta’ 0,16.

    2.   KONTENUT TA’ MERKURJU TAL-LAMPA

    Hemm lampi li ma fihomx merkurju u huma fost l-aktar effiċjenti fl-enerġija.

    3.   EFFIĊJENZA TAT-TAGĦMIR TA’ KONTROLL GĦAL LAMPI ALOĠENI

    It-tagħmir ta’ kontroll għal lampi aloġeni li kien l-aktar effiċjenti kellu effiċjenza ta’ 0,93.


    Top