EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0479

2012/479/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 14 ta’ Awwissu 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2007/777/KE fir-rigward tal-annotazzjonijiet għall-Iżrael fil-listi tal-pajjiżi terzi, li minnhom jistgħu jiġu introdotti ċerti prodotti tal-laħam fl-Unjoni (notifikata bid-dokument numru C(2012) 5703) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 219, 17.8.2012, p. 23–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2012/479/oj

17.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 219/23


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Awwissu 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2007/777/KE fir-rigward tal-annotazzjonijiet għall-Iżrael fil-listi tal-pajjiżi terzi, li minnhom jistgħu jiġu introdotti ċerti prodotti tal-laħam fl-Unjoni

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 5703)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/479/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8 u l-punt 4 tal-Artikolu 8 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta’ Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam u ta’ stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (2), tistabbilixxi regoli għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni u t-tranżitu u l-ħażna fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ kunsinni ta’ stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren trattati, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (3).

(2)

Il-Parti 2 tal-Anness II mad-Deċiżjoni 2007/777/KE tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom, minn fejn hija awtorizzata l-introduzzjoni ta’ prodotti tal-laħam u stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren trattati, sakemm dawn il-komoditajiet ikunu f'konformità mat-trattament msemmi f'dik il-lista. Fejn il-pajjiżi terzi jiġu reġjonalizzati biex jiġu inklużi f'dik il-lista, it-territorji reġjonalizzati tagħhom jiġu inklużi fil-Parti 1 ta’ dak l-Anness.

(3)

Il-Parti 4 tal-Anness II mad-Deċiżjoni 2007/777/KE tistabbilixxi t-trattamenti msemmija fil-Parti 2 ta’ dak l-Anness, filwaqt li tassenja kodiċi lil kull wieħed minn dawk it-trattamenti. Dik il-Parti tistabbilixxi trattament mhux speċifiku “A” u trattamenti speċifiċi “B” sa “F”, imniżżlin mill-aktar wieħed sever għall-inqas wieħed.

(4)

Wara t-tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti partijiet tal-Iżrael, id-Deċiżjoni 2007/777/KE, kif ġiet emendata bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 532/2012 (4), tistipula li l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ prodotti tal-laħam u stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren trattati ta’ tjur, tjur tal-kaċċa bir-rix imrobbija fl-irziezet, ratiti mrobbija fl-irziezet u tjur tal-kaċċa selvaġġi, huma awtorizzati miż-żoni ta’ dak il-pajjiż terz milqutin mit-tifqigħa biss jekk dawn ikun sarilhom it-trattament speċifiku “D”, skont il-Parti 4 tal-Anness II mad-Deċiżjoni 2007/777/KE. Iż-żona fl-Iżrael milquta mit-tifqigħa, li għaliha tapplika r-reġjonalizzazzjoni għal raġunijiet ta’ saħħa tal-annimali, hija elenkata fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II ma’ dik id-Deċiżjoni.

(5)

Skont l-informazzjoni ppreżentata dwar is-sitwazzjoni favorevoli tal-marda fir-rigward ta’ dik il-marda, l-Iżrael rnexxielu jikkontrolla t-tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja. Barra minn hekk, il-monitoraġġ imwettaq mill-awtorità kompetenti fl-Iżrael tul il-perjodu li għadda minn meta inqerdu t-tjur fl-azjendi tat-tjur infettati u t-tindif u d-diżinfettar ta’ dawk l-istabbilimenti, wera li l-marda ma komplietx tixtered.

(6)

Huwa għalhekk xieraq li jiġu emendati l-annotazzjonijiet għall-Iżrael fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness II mad-Deċiżjoni 2007/777/KE, sabiex jiġu awtorizzati l-importazzjonijiet mit-territorju kollu tal-Iżrael fl-Unjoni, ta’ prodotti tal-laħam u stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren trattati ta’ tjur, tjur tal-kaċċa bir-rix imrobbijin fl-irziezet, ratiti mrobbijin fl-irziezet u tjur tal-kaċċa selvaġġi li jkun sarilhom it-trattament mhux speċifiku “A”, skont il-Parti 4 tal-Anness II mad-Deċiżjoni 2007/777/KE.

(7)

Id-Deċiżjoni 2007/777/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II mad-Deċiżjoni 2007/777/KE huwa emendat skont l-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Awwissu 2012.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49.

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(4)  ĠU L 163, 22.6.2012, p. 1.


ANNESS

L-Anness II mad-Deċiżjoni 2007/777/KE hu emendat kif ġej:

(1)

Fil-Parti 1, l-annotazzjoni kollha għall-Iżrael titħassar.

(2)

Fil-Parti 2, l-annotazzjoni għall-Iżrael tinbidel b'dan li ġej:

“IL

l-Iżrael

B

B

B

B

A

A

A

B

B

XXX

A

A

XXX”


Top