This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R1140
Council Regulation (EC) No 1140/2009 of 20 November 2009 amending Regulation (EC) No 1234/2007 establishing a common organisation of agricultural markets and on specific provisions for certain agricultural products (Single CMO Regulation)
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1140/2009 tal- 20 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS)
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1140/2009 tal- 20 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS)
ĠU L 312, 27.11.2009, p. 4–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013R1308
27.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 312/4 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1140/2009
tal-20 ta’ Novembru 2009
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Għall-finijiet tar-ristrutturazzjoni tal-produzzjoni tal-ħalib fil-Komunità, l-Artikolu 75(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (2) jagħti lill-Istati Membri l-possibbiltà li jingħata kumpens lill-produtturi li jintrabtu li jabbandunaw b'mod permanenti il-produzzjoni kollha tal-ħalib jew parti minnha u jpoġġi l-kwoti individwali hekk rilaxxati fir-riżerva nazzjonali. |
(2) |
Sabiex titħeġġeġ iktar ir-ristrutturazzjoni meħtieġa, l-imposta għaż-żejjed li għandha titħallas mill-produtturi tal-ħalib skont l-Artikolu 78(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandha tiġi kkalkulata abbażi tal-kwota nazzjonali mnaqqsa mill-kwoti individwali mixtrija skont l-Artikolu 75(1)(a), soġġetta għall-kundizzjoni li dawk il-kwoti rilaxxati jibqgħu fir-riżerva nazzjoni fis-sena tal-kwoti kkonċernata. |
(3) |
Minħabba l-ħtieġa li jissaħħu l-istrumenti finanzjarji għal iktar ristrutturazzjoni fis-settur, l-Istati Membri għandhom jitħallew jużaw il-flus addizzjonali miġbura abbażi tal-metodu l-ġdid ta' kalkolu għall-istess raġunijiet ta' ristrutturazzjoni. |
(4) |
Dan il-metodu ta' kalkolu għandu japplika temporanjament, għall-perjodi ta' tnax-il xahar li jibdew mill-1 ta' April 2009 u l-1 ta' April 2010 u fir-rigward tal-kunsinni tal-ħalib biss sabiex il-miżura tiġi llimitata sakemm meħtieġ. |
(5) |
L-Artikolu 186 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li l-Kummissjoni tista' tieħu miżuri f'każijiet ta' disturbi fis-suq ta' ċerti prodotti agrikoli, fejn il-prezzijiet tas-suq intern jogħlew u jinżlu b'mod sinifikattiv. Madankollu, il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib mhumiex koperti b'dak l-Artikolu. |
(6) |
Fil-kuntest tad-diffikultajiet serji u l-instabbiltà tal-prezz li qed jogħla fis-suq tal-ħalib, ikun xieraq li jitkabbar l-ambitu tal-Artikolu 186 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, u b'hekk il-Kummissjoni tkun tista' tirreaġixxi għad-disturbi tas-suq b'mod flessibli u malajr. |
(7) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huwa b'dan emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 78 jiġi emendat kif ġej:
|
(2) |
Fl-Artikolu 79, jiżdied il-paragrafu li ġej: “Għall-perjodi ta' tnax-il xahar li jibdew mill-1 ta' April 2009 u mill-1 ta' April 2010 u fir-rigward tal-kunsinni, l-imposta għaż-żejjed għandha tkun kollha kemm hi allokata, f'konformità mal-Artikoli 80 u 83, lill-produtturi li taw kontribut għal qbiż fil-kwoti nazzjonali kif stabbiliti bl-applikazzjoni tal-Artikolu 78(1a).”; |
(3) |
Fl-Artikolu 186, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Novembru 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
E. ERLANDSSON
(1) Opinjoni tat-22 ta' Ottubru 2009 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.