EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0864

2009/864/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2007/777/KE fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ biltong fil-Komunità minn ċerti partijiet tal-Afrika t’Isfel u mill-Urugwaj (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9362) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 314, 1.12.2009, p. 97–99 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/864/oj

1.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/97


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Novembru 2009

li temenda d-Deċiżjoni 2007/777/KE fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ biltong fil-Komunità minn ċerti partijiet tal-Afrika t’Isfel u mill-Urugwaj

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9362)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/864/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi ta’ introduzzjoni tal-Artikolu 8, l-ewwel paragrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8, il-punt 4 tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(2)(b) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta’ Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi (2) tistipula r-regoli dwar l-importazzjoni fil-Komunità ta’ konsenji ta’ ċerti prodotti tal-laħam għall-konsum mill-bniedem. Din id-Deċiżjoni tistipula wkoll il-listi ta’ pajjiżi terzi u partijiet minnhom, minn fejn għandhom jiġu awtorizzati dawn l-importazzjonijiet kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa pubblika u tas-saħħa tal-annimali u r-regoli dwar l-oriġini u t-trattamenti meħtieġa għal dawn il-prodotti.

(2)

Il-Parti 3 tal-Anness II għal dik id-Deċiżjoni tinkludi lista ta’ pajjiżi terzi u partijiet minnhom minn fejn l-importazzjonijiet ta’ biltong/jerky (laħam maqtugħ strixxi u mnixxef fix-xemx) u prodotti tal-laħam pastorizzat huma awtorizzati.

(3)

Skont id-Deċiżjoni 2007/777/KE, l-importazzjonijiet ta’ biltong meħud mil-laħam ta’ annimali domestiċi bovini, ovini u kaprini u bhejjem tal-kaċċa tad-dwiefer mifruqa mrobbijin (minbarra l-qżieqeż) li ġie ttrattat b’mod speċifiku, huma awtorizzati li jidħlu fil-Komunità minn reġjun tal-Afrika t’Isfel fejn mhemmx il-marda tal-ilsien u d-dwiefer.

(4)

L-Afrika t’Isfel talbet lill-Kummissjoni biex tawtorizza l-importazzjoni fil-Komunità ta’ biltong meħud minn bhejjem salvaġġi tal-kaċċa bid-dwiefer mifruqa, maqbudin mill-istess reġjun tal-Afrika t’Isfel fejn diġà hemm l-awtorizzazzjoni dwar il-bhejjem imrobbija tal-istess speċji.

(5)

Numru ta’ spezzjonijiet Komunitarji li ġew imwettqa fl-Afrika t’Isfel wrew li l-awtorità veterinarja kompetenti ta’ dak il-pajjiż terz jipprovdi l-garanziji xierqa fir-rigward tal-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità, skont l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/99/KE.

(6)

Għaldaqstant huwa xieraq li l-importazzjoni fil-Komunità ta’ biltong meħud minn bhejjem salvaġġi tal-kaċċa bid-dwiefer mifruqa (minbarra l-qżieqeż) tkun awtorizzata mir-reġjun tal-Afrika t’Isfel li diġà huwa awtorizzat li jesporta dawn il-prodotti meħudin mill-annimali domestiċi, bil-kundizzjoni li l-biltong ikun ġie ttrattat bil-mod speċifiku “E” stipulat fil-Parti 4 tal-Anness II għad-Deċiżjoni 2007/777/KE.

(7)

Barra minn hekk, l-Urugwaj huwa elenkat fil-Parti 2 tal-Anness II għad-Deċiżjoni 2007/777/KE. Għaldaqstant, l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-laħam meħud minn annimali domestiċi bovini li ġie ttrattat b’mod speċifiku huma awtorizzati li jidħlu fil-Komunità minn dak il-pajjiż terz.

(8)

L-Urugwaj talab lill-Kummissjoni biex tawtorizza wkoll l-importazzjoni fil-Komunità ta’ biltong meħud mil-laħam ta’ annimali bovini domestiċi li jkun ġie ttrattat bil-mod xieraq speċifiku minn dak il-pajjiż terz.

(9)

B’kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fl-Urugwaj, huwa xieraq li tkun awtorizzata l-importazzjoni fil-Komunità minn dak il-pajjiż terz ta’ biltong meħud mil-laħam ta’ annimali bovini domestiċi li jkun ġie ttrattat bil-mod speċifiku “E” stipulat fil-Parti 4 tal-Anness II għad-Deċiżjoni 2007/777/KE.

(10)

Id-Deċiżjoni 2007/777/KE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan.

(11)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE hu emendat kif ġej:

1.

L-entrata “Urugwaj” fil-Parti 2 tiġi mibdula b’dan li ġej: “Urugwaj (1)”;

2.

Il-Parti 3 tinbidel bit-test li hemm fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49.


ANNESS

PARTI 3

Il-pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li mhumiex awtorizzati għal ċerti speċji taħt ir-reġim ta’ trattament mhux speċifiku (A) iżda minn fejn hija awtorizzata l-importazzjoni fil-Komunità tal-biltong/jerky u tal-prodotti tal-laħam pasturizzat

KoDiċi ISO

Pajjiż l-oriġini jew parti minnu

1.

Annimal bovin domestiku

2.

Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq imrobbija (ħlief il-qżieqeż)

Annimali domestiċi ovini/kaprini

1.

Annimal porċin domestiku

2.

Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq imrobbija (qżieqeż)

Annimali domestiċi bid-difer sħiħ

1.

Tjur

2.

Tjur tal-kaċċa mrobbija

Għasafar li ma jtirux

Fniek domestiċi u liebri mrobbija

Annimali tal-kaċċa salvaġġi tad-dwiefer mifruqa

(minbarra l-qżieqeż)

Ħnieżer salvaġġi

Annimali salvaġġi tad-dwiefer sħaħ

Leporidae salvaġġi

(fniek u liebri)

Għasafar tal-kaċċa salvaġġi

Mammali tal-art salvaġġi tal-kaċċa

(minbarra l-mammali bid-difer mgħawweġ, dawk bid-difer sħiħ u l-leporidae)

AR

L-Arġentina - AR

F

F

XXX

XXX

XXX

XXX

A

XXX

XXX

XXX

A

XXX

XXX

NA

In-Namibja

XXX

XXX

XXX

XXX

E

E

A

XXX

XXX

A

A

E

XXX

In-Namibja NA-1

E

E

XXX

XXX

E

E

A

XXX

XXX

A

A

E

UY

L-Urugwaj

E

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

ZA

L-Afrika t’Isfel

XXX

XXX

XXX

XXX

E

E

A

XXX

XXX

A

A

E

XXX

L-Afrika t’Isfel ZA-1

E

E

XXX

XXX

E

E

A

E

XXX

A

A

E

 

ZW

Iż-Żimbabwe

XXX

XXX

XXX

XXX

E

E

A

XXX

XXX

E

A

E

XXX

XXX

Mhemm l-ebda ċertifikat stipulat u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ biltong/jerky u prodotti tal-laħam pastorizzat mhijiex awtorizzata sakemm il-pajjiż ma jkunx awtorizzat fil-Parti 2 għat-trattament ‘A’ fuq l-ispeċji relevanti.”


Top