Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0247

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2008 tas- 17 ta’ Marzu 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS waħdanija)

    ĠU L 76, 19.3.2008, p. 1–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013R1308

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/247/oj

    19.3.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 76/1


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 247/2008

    tas-17 ta’ Marzu 2008

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS waħdanija)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

    Billi:

    (1)

    L-għajnuna għall-ipproċessar għall-fibra qasira tal-kittien u l-fibra tal-qanneb li ma jkunx fihom aktar minn 7,5 % ta’ impuritajiet u skald tapplika sa tmiem is-sena tas-suq 2007/2008. Madankollu, fid-dawl tax-xejriet favorevoli tas-suq għal dan it-tip ta’ fibra taħt l-iskema kurrenti ta’ l-għajnuna, u bil-għan li jingħata kontribut għall-konsolidament ta’ prodotti innovattivi u s-swieq tagħhom, l-applikazzjoni ta’ din l-għajnuna għandha tiġi estiża sa tmiem is-sena tas-suq 2008/2009.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1673/2000 tas-27 ta’ Lulju 2000 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-kittien u tal-qanneb imkabbra għall-ħjut [fibri] (1) ipprovda għal żieda fil-livell ta’ għajnuna għall-ipproċessar ta’ fibri twal tal-kittien mis-sena tas-suq 2008/2009 ’il quddiem. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1673/2000 ġie sostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 mis-sena tas-suq 2008/2009. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 tfasslu fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1673/2000 peress li kienu se jiġu applikati minn dik is-sena tas-suq, u b’hekk stabilixxew l-għajnuna fil-livell previst. Peress li l-għajnuna għall-ipproċessar għall-fibri qosra tinżamm sa tmiem is-sena tas-suq 2008/2009, l-għajnuna għall-ipproċessar ta’ fibri twal tal-kittien għal dik is-sena tas-suq addizjonali għandha tinżamm fil-livell li sa issa kien previst fir-Regolament (KE) Nru 1673/2000 sa tmiem is-sena tas-suq 2007/2008.

    (3)

    Bil-għan li tiġi promossa l-produzzjoni ta’ fibra qasira ta’ kwalità għolja tal-kittien u tal-qanneb, l-għajnuna qed tingħata lil fibra li fiha massimu ta’ 7,5 % ta’ impuritajiet u skald. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw minn dan il-limitu u jagħtu għajnuna għall-ipproċessar tal-fibra qasira tal-kittien li jkun fiha perċentwal ta’ impuritajiet u skald bejn 7,5 % u 15 %, u għall-fibra tal-qanneb li jkun fiha perċentwal ta’ impuritajiet u skald bejn 7,5 % u 25 %. Ġaladarba din il-possibbiltà hija miftuħa biss sa tmiem is-sena tas-suq 2007/2008, jeħtieġ li l-Istati Membri jingħataw il-possibbiltà li jidderogaw minn dak il-limitu għal sena oħra tas-suq.

    (4)

    Hekk kif żviluppaw bejjiegħa ġodda fis-suq huwa meħtieġ li jiġi garantit livell minimu ta’ provvista tal-materja prima. Għalhekk, sabiex il-livelli raġonevoli ta’ produzzjoni jkomplu jiġu żgurati fl-Istati Membri, jeħtieġ li jiġi estiż il-perjodu li fih japplikaw il-kwantitajiet nazzjonali garantiti.

    (5)

    Għajnuna addizzjonali ilha għal xi żmien tappoġġa l-issuktar tal-produzzjoni tradizzjonali tal-kittien f’ċerti reġjuni ta’ l-Olanda, il-Belġju u Franza. Sabiex l-istrutturi ta’ l-istabbilimenti agrikoli jitkomplew jitħallew jadattaw irwieħhom gradwalment għall-kundizzjonijiet il-ġodda tas-suq, jeħtieġ li din l-għajnuna tranżizzjonali tiġi estiża sa tmiem is-sena tas-suq 2008/2009.

    (6)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 hu b’dan emendat kif ġej:

    (1)

    It-titolu tas-Subsezzjoni II tas-Sezzjoni I tal-Kapitolu IV tat-Titolu I tal-Parti II għandha tinbidel b’dan li ġej:

    “Subsezzjoni II

    Kittien u qanneb imkabbra għall-fibra”

    (2)

    L-Artikolu 91 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 hu mibdul mis-subparagrafi li ġejjin:

    “1.   L-għajnuna għall-ipproċessar tat-tiben tal-kittien twil imkabbar għall-fibra għandha tingħata lil proċessuri primarji awtorizzati fuq il-bażi tal-kwantità ta’ fibra li fil-fatt tinkiseb mit-tiben li għaliha jkun ġie konkluż kuntratt ta’ bejgħ mal-bidwi.

    Matul is-sena tas-suq 2008/2009 għandha tingħata wkoll għajnuna taħt l-istess kundizzjonijiet għall-ipproċessar tat-tiben tal-kittien qasir u tal-qanneb imkabbra għall-fibra.”

    (b)

    Il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “2.   Għall-iskopijiet ta’ din is-Subsezzjoni ‘proċessur primarju awtorizzat’ tfisser persuna naturali jew ġuridika jew grupp ta’ persuni naturali jew ġuridiċi, irrispettivament mill-istatus ġuridiku tagħhom skond il-liġijiet nazzjonali, jew dak tal-membri tiegħu, li jkunu ġew awtorizzati mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Memru li fit-territorju tiegħu jkunu jinsabu l-faċilitajiet tagħhom biex jipproduċu l-fibri tal-kittien jew tal-qanneb.”

    (3)

    L-Artikolu 92(1) għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “1.   L-ammont ta’ għajnuna għall-ipproċessar ipprovdut fl-Artikolu 91 għandu jkun stabbilit:

    (a)

    għall-ħjut twal tal-kittien:

    160 EUR it-tunnellata mis-sena tas-suq 2008/2009;

    200 EUR it-tunnellata mis-sena tas-suq 2009/2010 ’l quddiem;

    (b)

    matul is-sena tas-suq 2008/2009, għall-fibra qasira tal-kittien u l-fibra tal-qanneb li ma jkunx fihom aktar minn 7,5 % ta’ impuritajiet u skald, b’90 EUR kull tunnellata.

    Madankollu, l-Istat Membru jista’, b’referenza għan-negozjanti tradizzjonali, jiddeċiedi wkoll li jagħti l-għajnuna:

    (a)

    għall-ħjut il-qosra tal-kittien li jkun fihom perċentwali ta’ impuritajiet u ta’ skald, bejn is-7,5 % u l-15 %;

    (b)

    għall-ħjut tal-qanneb li jkun fihom perċentwali ta’ impuritajiet u ta’ twarrib ta’ bejn is-7,5 % u l-25 %.

    Fil-każijiet li dwarhom jipprovdi t-tieni subparagrafu, l-Istat Membru għandu jagħti l-għajnuna fir-rigward ta’ kwantità li ma taqbiżx dik prodotta, fuq il-bażi ta’ 7,5 % ta’ impuritajiet u skald.”

    (4)

    L-Artikolu 94 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    Il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “1.   Għandha tiġi stabbilita kwantità massima garantita ta’ 80 878 tunnellata metrika għal kull sena tas-suq għall-ħjut qosra tal-kittien li għaliha tista’ tingħata l-għajnuna. Dik il-kwantità għandha titqassam fost ċerti Stati Membri bħala kwantitajiet nazzjonali garantiti skond il-punt A.I. ta’ l-Anness XI.”

    (b)

    Il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal wara l-paragrafu 1:

    “1a.   Għandha tiġi stabbilita kwantità massima garantita ta’ 147 265 tunnellata għas-sena tas-suq 2008/2009 għall-ħjut qosra tal-kittien u l-ħjut tal-qanneb li għalihom tista’ tingħata l-għajnuna. Dik il-kwantità għandha titqassam fost ċerti Stati Membri bħala kwantitajiet nazzjonali garantiti skond il-punt A.II. ta’ l-Anness XI.”

    (ċ)

    Għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “3.   Kull Stat Membru jista’ jittrasferixxi parti mill-kwantità nazzjonali ggarantita tiegħu kif imsemmija fil-paragrafu 1 lill-kwantità nazzjonali ggarantita tiegħu kif imsemmija fil-paragrafu 1a u viċe versa.

    It-trasferimenti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom isiru fuq il-bażi ta’ l-ekwivalenza ta’ tunnellata ta’ fibri twal tal-kittien għal 2,2 tunnellati metriċi ta’ fibri qosra tal-kittien u tal-qanneb.

    L-għajnuna għall-ipproċessar għandha tingħata biss rigward il-kwantitajiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 1a, rispettivament, aġġustati skond l-ewwel żewġ subparagrafi ta’ dan il-paragrafu.”

    (5)

    L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 94:

    “Artikolu 94a

    Għajnuna addizzjonali

    Matul is-sena tas-suq 2008/2009, għandha tingħata għajnuna addizzjonali lill-proċessur primarju awtorizzat rigward iż-żoni mogħtija għall-kittien fiż-żoni I u II kif deskritt fl-Anness A.III. ta’ l-Anness XI u l-produzzjoni tat-tiben li kienet soġġetta għal:

    (a)

    kuntratt tal-bejgħ/xiri jew impenn kif imsemmi fl-Artikolu 91(1) u

    (b)

    għajnuna għall-ipproċessar tal-fibri twal.

    L-ammont ta’ l-għajnuna addizzjonali għandu jkun ta’ 120 EUR għal kull ettaru fiż-żona I u 50 EUR għal kull ettaru fiż-żona II.”

    (6)

    L-Anness XI għandu jiġi emendat skond l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2008.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Marzu 2008.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    I. JARC


    (1)  ĠU L 193, 29.7.2000, p. 16. Ir-Regolament kif mħassar bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).


    ANNESS

    Il-Punt A ta’ l-Anness XI għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

    “A.I.

    Tqassim tal-kwantità massima garantita għall-fibra twila tal-kittien fost l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 94(1):

    Il-Belġju

    13 800

    Il-Bulgarija

    13

    Ir-Repubblika Ċeka

    1 923

    Il-Ġermanja

    300

    L-Estonja

    30

    Spanja

    50

    Franza

    55 800

    Il-Latvja

    360

    Il-Litwanja

    2 263

    L-Olanda

    4 800

    L-Awstrija

    150

    Il-Polonja

    924

    Il-Portugall

    50

    Ir-Rumanija

    42

    Is-Slovakkja

    73

    Il-Finlandja

    200

    L-Iżvezja

    50

    Ir-Renju Unit

    50

    A.II.

    Tqassim tal-kwantità massima garantita għas-sena tas-suq 2008/2009 għall-fibra qasira tal-kitten u tal-qanneb fost l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 94(1a):

    Il-kwantità msemmija fl-Artikolu 94(1a) għandha titqassam fil-forma ta’:

    (a)

    kwantitajiet nazzjonali garantiti għall-Istati Membri li ġejjin:

    Il-Belġju

    10 500

    Il-Bulgarija

    48

    Ir-Repubblika Ċeka

    2 866

    Il-Ġermanja

    12 800

    L-Estonja

    42

    Spanja

    20 000

    Franza

    61 350

    Il-Latvja

    1 313

    Il-Litwanja

    3 463

    L-Ungerija (*)

    2 061

    L-Olanda

    5 550

    L-Awstrija

    2 500

    Il-Polonja

    462

    Il-Portugall

    1 750

    Ir-Rumanija

    921

    Is-Slovakkja

    189

    Il-Finlandja

    2 250

    L-Iżvezja

    2 250

    Ir-Renju Unit

    12 100

    (b)

    5 000 tunnellata li għandhom jiġu mqassma fi kwantitajiet nazzjonali ggarantiti għas-sena tas-suq 2008/2009 bejn id-Danimarka, l-Irlanda, il-Greċja, l-Italja u l-Lussemburgu. Dan it-tqassim għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi taż-żoni li kienu s-suġġett ta’ wieħed mill-kuntratti jew impenji msemmija fl-Artikolu 91(1).

    A.IIII.

    Żoni eliġibbli għall-għajnuna msemmija fl-Artikolu 94a

    Żona I

    1.

    It-territorju ta’ l-Olanda,

    2.

    Il-communes Belġjani li ġejjin: Assenede, Beveren-Waas, Blankenberge, Bredene, Brugge, Damme, De Haan, De Panne, Diksmuide (għajr Vladslo u Woumen), Gistel, Jabbeke, Knokke-Heist, Koksijde, Lo-Reninge, Middelkerke, Nieuwport, Oostende, Oudenburg, Sint-Gillis-Waas (Meerdonk biss), Sint-Laureins, Veurne u Zuienkerke.

    Żona II

    1.

    Żoni tal-Belġju għajr dawk inklużi fiż-Żona I.

    2.

    Iż-żoni ta’ Franza li ġejjin:

    id-dipartiment tat-Tramuntana,

    id-distretti ta’ Béthune, Lens, Calais, Saint-Omer u l-canton ta’ Marquise fid-dipartiment ta’ Pas-de-Calais,

    id-distretti ta’ Saint-Quentin u Vervins fid-dipartiment ta’ l-Aisne,

    id-distrett ta’ Charleville-Mézières fid-dipartiment ta’ l-Ardennes.”


    (*)  Madankollu, il-kwantità nazzjonali garantita stabbilita għall-Ungerija tikkonċerna l-fibri tal-qanneb biss.


    Top