This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003L0004
Directive 2003/4/EC of the European Parliament and of the Council of 28 January 2003 on public access to environmental information and repealing Council Directive 90/313/EEC
Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE
Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE
ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26–32
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 041 , 14/02/2003 P. 0026 - 0032
Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [3], Filwaqt li aġixxew skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [4], fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat tal-Konċiljazzjoni fit-8 ta' Novembru 2002, Billi: (1) L-aċċess pubbliku miżjud għat-tagħrif ambjentali u t-tixrid ta' dan it-tagħrif jikkontribwixxu għal konoxxenza ikbar dwar il-materji ambjentali, skambju ħieles tal-veduti, parteċipazzjoni iktar effettiva mill-pubbliku fit-tiswir tad-deċiżjonijie u, eventwalment, ambjent aħjar. (2) Id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE tas-7 ta' Ġunju 1990 dwar il-libertà ta' l-aċċess għat-tagħrif dwar l-ambjent [5] fetħet proċess ta' bidla fil-manjiera li fiha l-awtoritajiet pubbliċi javviċinaw il-għemil bil-miftuħ u t-trasparenza, billi jistabbilixxu miżuri għalbiex il-pubbliku jeżerċita d-dritt għat-tagħrif dwar l-ambjent li għandu jiġi żviluppat u ssoktat. Din id-Direttiva twesss' l-aċċess eżistenti mogħti bid-Direttiva 90/313/KEE. (3) L-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva jeħtieġ illi l-Istati Membri jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar l-esperjenza miksuba, li fid-dawl tagħha l-Kummissjoni hija meħtieġa li tagħmel rapport lill-Parelament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma' kull proposta għar-reviżjoni tad-Direttiva li tikkunsidra approprjata. (4) Ir-rapport prodott skond l-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva jidentifika l-problemi konkreti li jintlaqgħu magħhom fl-applikazzjoni prattika tad-Direttiva. (5) Fil-25 ta' Ġunju 1998 il-Komunità Ewropea ffirmat il-Konvenzjoni tan-NU/ECE dwar l-Aċċess għat-Tagħrif, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Tiswir tad-Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja f'Materji Ambjentali ("il-Konvenzjoni ta' Aarhus"). Id-disposizzjonijiet tal-liġijiet Komunitarji jridu jkunu konsistenti ma' din il-Konvenzjoni bil-ħsieb tal-konklużjoni tagħha mill-Komunità Ewropea. (6) Huwa approprjat illi fl-interess ta' trasparenza miżjuda tinbidel id-Direttiva 90/313/KEE iktar milli tiġi emendata, hekk li tipprovdi lill-partijiet interessati b'test leġislattiv waħdieni, ċar u koerenti. (7) Id-disparitajiet bejn il-liġijiet fis-seħħ fl-Istati Membri li jirrigwardaw l-aċċess għat-tagħrif dwar l-ambjent għand l-awtoritajiet pubbliċi jista' joħloq in-nuqqas ta' l-egwaljanza ġewwa l-Komunità rigward l-aċċess ta' dan it-tagħrif jew rigward il-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni. (8) Huwa meħtieġ li jiġi żgurat illi kull persuna naturali jew legali jkollha dritt għall-aċċess tat-tagħrif dwar l-ambjent għand l-awtoritajiet pubbliċi jew miżmum għalihom mingħajr ma jkollhom għalfejn jiddikjaraw interess. (9) Huwa meħtieġ ukoll illi l-awtoritajiet pubbliċi jagħmlu disponibbli u jxerrdu t-tagħrif dwar l-ambjent fost il-pubbliku ġenerali kemm jista' jkun fil-wisa', b'mod partikolari bl-użu tat-teknoloġiji tat-tagħrif u tal-komunikazzjoni. Għandu jitqies l-iżvilupp ġejjieni ta' dawn it-teknoloġiji fir-rappurtaġġ dwar din id-Direttiva jew fir-rivista tagħha. (10) Id-definizzjoni tat-tagħrif dwar l-ambjent għandha tiġi ċċarata, hekk li tkopri t-tagħrif f'kull għamla dwar l-istat ta' l-ambjent, dwar il-fatturi, il-miżuri jew l-attivitjiet li jaffettwaw, jew x'aktarx li jaffettwaw, l-ambjent jew iddisinjati għalbiex jipproteġuh, dwar l-effettività skond il-profil ta' ġestjoni u ta' spejjeż u l-analiżijiet ekonomiċi wżati ġewwa l-qafas ta' dawn il-miżuri jew attivitajiet kif ukoll it-tagħrif dwar l-istat tas-saħħa u tas-sigurtà tal-bniedem, inklużi t-tniġġiż tal-katina ta' l-ikel, il-kondizzjonijiet tal-ħajja tal-bniedem, is-siti kulturali u l-istrutturi mibnija daqskemm huma, jew jistgħu jkunu, affettwati b'kull waħda minn dawn il-materji. (11) Sabiex jitqies il-prinċipju fl-Artikolu 6 tat-Trattat, illi l-ħtiġiet tal-protezzjoni ta' l-ambjent għandhom jiġu integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet Komunitarji, id-definizzjoni ta' l-awtoritajiet pubbliċi għandha tiġi mwessgħa sabiex tkopri l-amministrazzjoni governattiva jew amministrazzjonijiet oħra pubbliċi fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali sewwa jekk ikollhom responsabbiltajiet speċifiċi rigward l-ambjent u sewwa jekk le. Bl-istess mod id-definizzjoni għandha tiġi mwessgħa sabiex tinkludi persuni jew korpi oħra li jwettqu l-funzjonijiet ta' amministrazzjonijiet pubbliċi fejn għandu x'jaqsam l-ambjent skond il-liġijiet nazzjonali, kif ukoll persuni jew korpi oħra li jaġixxu taħt il-kontroll tagħhom u li jkollhom responsabbilitajiet jew funzjonijiet pubbliċi fejn jidħol l-ambjent. (12) It-tagħrif dwar l-ambjent li huwa fiżikament għand korpi oħra f'isem l-awtoritajiet pubbliċi għandu wkoll jidħol fl-iskop ta' din id-Direttiva. (13) It-tagħrif dwar l-ambjent għandu jintgħamel disponibbli għall-applikanti malajr kemm jista' jkun u fi żmien raġjonevoli u għandu jqis kull skala taż-żmien speċifikata mill-applikant. (14) L-awtoritajiet pubbliċi għandhom jagħmlu t-tagħrif dwar l-ambjent disponibbli fil-għamla jew il-format mitluba mill-applikant għajr jekk ikun diġà disponibbli pubblikament jew f'għamla oħra jew f'format ieħor jew ikun raġjonevoli li jintgħamel f'għamla oħra jew f'format ieħor. B'żieda ma' dan, l-awtoritajiet pubbliċi għandhom ikunu meħtieġa li jagħmlu kull sforz raġjonevoli sabiex jissoktaw iżommu it-tagħrif dwar l-ambjent li jkun għandhom jew miżmum għalihom fil-għamliet jew il-formati li jistgħu jiġu riprodotti fil-pront u aċċessibbli permezz ta' l-elettronika. (15) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti prattiċi li taħthom dan it-tagħrif ikun magħmul disponibbli b'mod effettiv. Dawn l-arranġamenti għandhom jiggarantixxu illi t-tagħrif ikun aċċessibbli b'mod effettiv u bla xkiel u jsir disponibbli b'mod progressiv għall-pubbliku permezz tan-networks pubbliċi tat-telekomunikazzjoni, inklużi l-listi aċċessibbli pubblikament ta' l-awtoritajiert u r-reġistri jew il-listi tat-tagħrif dwar l-ambjent għand l-awtoritajiet pubbliċi jew miżmum għalihom. (15) Id-dritt għat-tagħrif ifisser illi l-iżvelar tat-tagħrif għandu jkun ir-regola ġenerali u li l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jitħallew li jirrifjutaw talba għat-tagħrif dwar l-ambjent f'każijiet speċifiċi u ddefiniti biċ-ċar. Ir-raġunijiet għal rifjut għandhom jiġu interpretati b'mod restrittiv, li bih, l-interess pubbliku moqdi bl-iżvelar għandu jiġi ppeżat kontra l-interess moqdi bir-rifjut Ir-raġunijiet għal rifjut għandhom jiġu pprovvduti lill-applikant fil-limitu taż-żmien stabbilit f'din id-Direttiva. (17) L-awtoritajiet pubbliċi għandhom jagħmlu t-tagħrif dwar l-ambjent disponibbli b'mod parzjali meta jkun possibbli li jiġi mifrud kull tagħrif li jidħol fl-iskop ta' l-eċċezzjonijiet mill-bqija tat-tagħrif mitlub. (18) L-awtroritajiet pubbliċi għandhom ikunu jistgħu jagħmlu imposta għall-forniment tat-tagħrif dwar l-ambjent imma din l-imposta għandha tkun raġjonevoli. Dan jimplika illi, bħala regola ġenerali, l-imposti ma jistgħux jaqbżu l-ispejjeż attwali tal-produzzjoni tal-materjal fil-kwistjoni. Għandhom ikunu limitati l-okkażjonijiet meta jkun meħtieġ il-ħlas bil-quddiem. F'każijiet partikolari, meta l-awtoritajiet pubbliċi jagħmlu disponibbli t-tagħrif dwar l-ambjent fuq bażi kummerċjali, u meta dan ikun meħieġ sabiex tiġi ggarantita l-kontinwazzjoni tal-ġbir u l-pubblikzzjoni ta' dan it-tagħrif, imposta msejsa fuq is-suq hija kkunsidrata raġjonevoli; jista' jinħtieġ ħlas bil-quddiem. Għandha tiġi ppubblikta skeda ta' l-imposti u tiġi magħmula disponibbli lill-applikanti flimkien mat-tagħrif dwar iċ-ċirkostanzi li fihom tista' tiġi imposta jew imwarrba. (19) L-applikanti għandhom ikunu jistgħu jfittxu r-rivista amministrattiva jew ġudizzjarja ta' l-attijiet jew l-omissjonijiet ta' awtorità pubblika fejn tidħol din it-talba. (20) L-awtoritajiet pubbliċi għandhom ifittxu li jiggarantixxu illi meta jiġi kkumpilat it-tagħrif minnhom jew f'isimhom, it-tagħrif ikun jinftiehem, eżatt u jista' jiġi pparagunat. Billi dan huwa fattur importanti fl-istima tal-kwalità tat-tagħrif fornit, il-metodu wżat fil-kumpilazzjoni tat-tagħrif għandu jiġi żvelat ukoll fuq talba. (21) Sabiex tiżdied il-konoxxenza pubblika f'materji dwar l-ambjent u sabiex tittejjeb il-protezzjoni ta' l-ambjent, l-awtoritajiet pubbliċi għandhom, kif approprjat, jagħmlu disponibbli u jxerrdu t-tagħrif dwar l-ambjent li jkun rilevanti għall-funzjonijiet tagħhom, b'mod partikolari permezz tat-telekomunikazzjoni bil-kompjuter u/jew bit-teknoloġiji elettroniċi, meta disponibbli. (22) Din id-Direttiva għandha tiġi vvalutata kull erba' snin, wara d-dħul tagħha fis-seħħ, fid-dawl ta' l-esperjenza u wara s-sottomissjoni tar-rapporti rilevanti mill-Istati Membri u għandha tkun bla ħsara għar-reviżjoni fuq dan il-bażi. Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport ta' valutazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. (23) Ġaladarba l-miri tad-Direttiva proposta ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif iddikjarat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif iddikjarat f'dan l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hemm minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawn il-miri. (24) Id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva ma għandhomx jaffettwaw id-dritt ta' Stat Membru milli jżomm jew idaħħal miżuri li jipprovdu aċċess usa' għat-tagħrif minn dak meħtieġ b'din id-Direttiva, ADDOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Il-miri Il-miri ta' din id-Direttiva huma: (a) li jiġi ggarantit id-dritt għall-aċċess tat-tagħrif dwar l-ambjent li jkun għand l-awtoritajiet pubbliċi jew miżmum għalihom, u li jiġu ddikjarati t-termini u l-kondizzjonijiert bażiċi ta' l-eżerċizzju tiegħu u l-arranġamenti prattiċi għalih; u (b) li jiġi żgurat illi, bħala ħaġa naturali, it-tagħrif dwar l-ambjent jiġi magħmul disponibbli u jixxerred b'mod progressiv fost il-pubbliku sabiex jinkisbu id-disponibbiltà u t-tixrid l-iktar wiesa' possibbli tat-tagħrif dwar l-ambjent fost il-pubbliku. Għal dan il-fini, għandhom jiġu promossi b'mod partikolari l-użu tat-telekomunikazzjoni bil-kompjuter u/jew tat-teknoloġija eletronika, meta disponibbli. Artikolu 2 Id-definizzjonijiet Għall-finijiet ta' din id-Direttiva: 1. "Tagħrif dwar l-ambjent" għandu jfisser kull tagħrif fil-għamla miktuba, li jidher, li jinsama', bl-elettronika jew ta' kull materjal ieħor dwar: (a) l-istat ta' l-elementi ta' l-ambjent, bħalma huma l-arja u l-atmosfera, l-ilma, il-ħamrija, il-pajżaġġ u s-siti naturli inklużi l-artijiet mistagħdra, iż-żoni kostali u marini, id-diversità bijoloġika u l-komponenti tagħha, inklużi l-organiżmi mmodifikati ġenetikament, u l-interazzjoni fost dawn l-elementi; (b) il-fatturi, bħalma juma s-sustanzi, l-enerġija, il-ħsejjes, ir-radjazzjoni jew l-iskart, inklużi l-iskart radjoattiv, l-emissjonijiet, l-iskarigi u ħruġ ieħor fl-ambjent, li jaffettwaw jew x'aktarx jaffettwaw l-elementi ta' l-ambjent riferiti fil-(a); (ċ) il-miżuri (inklużi l-miżuri amministrattivi), bħalma huma l-politiki, il-leġislazzjoni, il-pjani, il-programmi, il-ftehimijiet ambjentali, u l-attivitajiet li jaffettwaw jew x'aktarx li jaffettwaw l-elementi u l-fatturi riferiti fil-(a) u fil-(b) kif ukoll il-miżuri jew l-attivitajiet iddisinjati għalbiex jipproteġu dawn l-elementi; (d) ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni ta' leġislazzjoni dwar l-ambjent; (e) il-benefiċċju taħt il-profil ta' ġestjoni u spejjeż u l-analiżijiet u l-ipotesijiet l-oħra ekonomiċi wżati ġewwa l-qafas tal-miżuri u l-attivitajiet riferiti fiċ-(ċ); u (f) l-istat tas-saħħa u tas-sigurtà pubblika, inklużi t-tniġġiż tal-katina ta' l-ikel, meta rilevanti, il-kondizzjonijiet tal-ħajja umana, is-siti kulturali u l-istrutturi mibnija daqskemm jistgħu jaffettwaw jew jiġu affettwati mill-istat ta' l-elementi ta' l-ambjent riferiti fil-(a) jew, permezz ta' dawn l-elementi, minn kull materja riferita fil-(b) u ċ-(ċ). 2. "Awtorita pubblika" għandha tfisser: (a) l-amministrazzjoni governattiva jew amministrazzjoni oħra pubblika, inklużi l-korpi pubbliċi konsultattivi fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali; (b) kull persuna naturali jew legali li jwettqu funzjonijiet amministrattivi pubbliċi skond il-liġijiet nazzjonali, inklużi d-dmiritjiet, l-attivitajiet jew is-servizzi speċifiċi fejn jidħol l-ambjent; u (ċ) kull persuna naturali jew legali li jkollhom responsabbiltajiet jew funzjonijiet pubbliċi, jew li jipprovdu servizzi pubbliċi, li jkollhom x'jaqsmu ma' l-ambjent taħt il-kontroll ta' korp jew persuna li jidħlu fil-(a) jew fil-(b). L-Istati Membri jistgħu jipprovdu illi din id-definizzjoni ma għandhiex tinkludi korpi jew istituzzjonijiet meta jaġixxu f'kapaċità ġudizzjali jew leġislattiva. Jekk id-disposizzjonijiet kostituzzjonali tagħhom fid-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Direttiva ma jagħmlu l-ebda disposizzjoni għall-proċedura tar-rivista fit-tifsira ta' l-Artikolu 6, l-Istati Membri jistgħu jeskludu dawn il-korpi jew istituzzjonijiet minn din id-definizzjoni. 3. "Tagħrif li jkun għand awtorità pubblika" għandu jfisser it-tagħrif dwar l-ambjent li jkun ġie prodott jew irċevut minn din l-awtorità. 4. "Tagħrif miżmum għal awtorità pubblika" għandu jfisser it-tagħrif dwar l-ambjent li jkun miżmum fiżikament minn persuna naturali jew legali f'isem awtorità pubblika. 5. "Applikant" għandu jfisser kull persuna naturali jew legali li titlob tagħrif dwar l-ambjent. 6. "Pubbliku" għandu jfisser persuna jew iktar naturali jew legali, u, skond il-leġislazzjoni jew il-prattika nazzjonali, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom. Artikolu 3 L-aċċess għat-tagħrif dwar l-ambjent fuq talba 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, skond id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva, l-awtoritajiet pubbliċi huma meħtieġa li jagħmlu disponibbli t-tagħrif dwar l-ambjent li jkun għandhom jew miżmum għalihom lil kull applikant fuq it-talba tiegħu u mingħajr ma jkollu għalfejn jiddikjara l-interess tiegħu. 2. Bla ħsara għall-Artikolu 4 u filwaqt li titqies kull skala tal-ħin speċifikata mill-applikant, it-tagħrif dwar l-ambjent għandu jkun disponibbli għal applikant: (a) malajr kemm jista' jkun jew, l-iktar tard, fi żmien xahar minn meta l-awtorità pubblika riferita fil-paragrafu 1 tkun irċeviet it-talba ta' l-applikant; jew (b) fi żmien xahrejn minn meta l-awtorità pubblika tkun irċeviet it-talba jekk il-volum u l-komplessità tat-tagħrif ikun hekk illi ma jkunx jista' jitħares il-perjodu taż-żmien ta' xahar riferit fil-(a). F'dawn il-każijiet, l-applikant għandu jiġi mgħarraf malajr kemm jista' jkun, u f'kull każ qabel it-tmiem tal-perjodu taż-żmien ta' xahar, dwar kull estensjoni u bir-raġuni għaliha. 3. Jekk talba tiġi fformolata f'manjiera ġenerali ħafna, l-awtorità pubblika għandha, malajr kemm jista' jkun u l-iktar tard fil-kwadru taż-żmien stabbilit fil-paragrafu 2(a), titlob lill-aplikant sabiex jispeċifika t-talba u għandha tgħin lill-applikant għalbiex jagħmel dan, p.e. billi tipprovdi tagħrif dwar l-użu tar-reġistri pubbliċi riferiti fil-paragrafu 5(ċ). Meta jidhrilhom approprjat, l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jirrifjutaw it-talba taħt l-Artikolu 4(1)(ċ). 4. Meta applikant jitlob lil awtorità pubblika li tagħmel it-tagħrif dwar l-ambjent disponibbli f'għamla jew f'format speċifiku (inkluża fil-għamla ta' kopji), l-awtorità pubblika għandha tagħmel dan hekk disponibbli għajr jekk: (a) ikun diġà disponibbli f'għamla oħra jew f'format ieħor, b'mod partikolari taħt l-Artikolu 7, li jkunu aċċessibbli b'mod faċli mill-applikanti; jew (b) ikun raġjonevoli għall-awtorità pubblika li tagħmlu disponibbli f'għamla oħra jew f'format ieħor, f'liema każ għandhom jingħataw ir-raġunijiet għaliex jintgħamel disponibbli f'din il-għamla jew format. Għall-għanijiet ta' dan il-paragrafu, l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jagħmlu kull sforz raġjonevoli sabiex jissoktaw iżommu t-tagħrif dwar l-ambjent għandhom jew miżmum għalihom fil-għamliet jew fil-formati li jistgħu jiġu riprodotti fil-pront u aċċessibbli b'mezzi oħra elettroniċi. Ir-raġunijiet għar-rifjut li t-tagħrif jintgħamel disponibbli, fl-intier tiegħu jew f'parti minnu, fil-għamla jew fil-format mitluba, għandhom jiġu pprovvduti lill-applikant fil-limitu taż-żmien riferit fil-paragrafu 2(a). 5. Għall-għanijiet ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi: (a) l-uffiċjali jkunu meħtieġa li jgħinu lill-pubbliku li jkun qiegħed ifittex l-aċċess għat-tagħrif; (b) il-listi ta' l-awtoritajiet pubbliċi jkunu aċċessibbli pubblikament; u (ċ) l-arranġamenti prattiċi jiġu ddefiniti għalbiex jiżguraw illi d-dritt għall-aċċess tat-tagħrif dwar l-ambjent ikun eżerċitat b'mod effettiv, bħalma huma: - in-nomina ta' l-uffiċjali tat-tagħrif; - kif jiġu stabbiliti u miżmuma l-faċilitjiet għall-eżaminazzjoni tat-tagħrif meħtieġ, - ir-reġistri jew il-listi tat-tagħrif dwar l-ambjent għand l-awtoritajiet pubbliċi jew il-punti tat-tagħrif, b'indikazzjonijiet ċari dwar fejn jista' jinstab dan it-tagħrif. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-awtoritajiet pubbliċi jgħarrfu lill-pubbliku b'mod adegwat dwar id-drittijiet li jgawdi b'riżultat ta' din id-Direttiva u safejn u sakemm approprjat jipprovdu tagħrif, gwida u pariri għal dan il-fini. Artikolu 4 Eċċezzjonijiet 1. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li tiġi rrifjutata talba għal tagħrif dwar l-ambjent jekk: (a) it-tagħrif mitlub ma jkunx għand l-awtorità pubblika li lilha tkun indirizata t-talba jew miżmum għaliha. F'dan il-każ, meta din l-awtorità pubblika tkun konxja illi t-tagħrif ikun għand awtorità pubblika oħra jew miżmum għaliha, għandha, malajr kemm jista' jkun, tittrasferixxi t-talba lil din l-awtorità l-oħra u tgħarraf lill-applikant kif xieraq jew tgħarraf lill-applikant bl-awtrorità pubblika li hija jkollha fidi li huwa possibbli li tapplika lilha rigward it-tagħrif mitlub; (b) it-talba tkun irraġjonevoli biċ-ċar; (ċ) it-talba tiġi fformolata f'manjiera ġenerali wisq, filwaqt li jitqies l-Artikolu 3(3); (d) it-talba tirrigwarda materjal li jkun għadu qiegħed jiġi kkumpilat jew dokumenti jew informazzjoni mhux ikkompletati; (e) it-talba tirrigwarda komunikazzjonijiet interni, filwaqt li jitqies l-interess pubbliku moqdi bl-iżvelar. Meta tiġi rrifjutata talba fuq il-bażi li tirrigwarda materjal fil-korsa tat-tkomplija, l-awtorità pubblika għandha tiddikjara l-isem ta' l-awtorità li tħejji l-materjal u ż-żmien stmat li jkun meħtieġ għat-tkomplija. 2. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li tiġi rrifjutata talba għal tagħrif dwar l-ambjent jekk l-iżvelar tat-tagħrif jaffettwa b'mod negattiv: (a) il-kunfidenzjalità tal-proċedimenti ta' l-awtoritajiet pubbliċi, meta din il-kunfidenzjalità tkun ipprovvduta bil-liġi; (b) ir-relazzjonijiet internazzjonali, is-sigurtà pubblika jew id-difiża nazzjonali; (ċ) il-kors tal-ġusizzja, l-abbiltà ta' kull persuna li tirċievi proċess ġudizzjarju ġust jew l-abbiltà ta' awtorità pubblika li tmexxi investigazzjoni ta' natura kriminali jew dixxiplinarja; (d) il-kunfidenzjalità tat-tagħrif kummerċjali jew industrijali meta din il-kunfidenzjalità tkun ipprovvduta fil-liġijiet nazzjonali jew Komunitarji sabiex tipproteġi intress ekonomiku leġittimu, inkluż l-interes pubbliku fiż-żamma tal-kunfidenzjalità u s-segretezza dwar it-taxxi; (e) id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, (f) il-kunfidenzjalità ta' l-informazzjoni personali u/jew l-inkartamenti li għandhom x'jaqsmu ma' persuna naturali meta din il-persuna ma tkunx tat il-kunsens sabiex jiġi żvelat it-tagħrif lill-pubbliku, meta din il-kunfidenzjalità hija pprovvduta bil-liġijiet nazzjonali jew Komunitarji; (g) l-interessi jew il-protezzjoni ta' kull persuna li tkun forniet it-tagħrif mitlub fuq bażi volontarju mingħajr ma tiġi mqiegħda, jew kapaċi li tiġi mqiegħda, taħt obbligu legali li tagħmel dan, għajr jekk il-persuna tkun tat il-kunsens tagħha għar-rilaxx tat-tagħrif interessat; (h) il-protezzjoni ta' l-ambjent li miegħu jkollu x'jaqsam dan it-tagħrif, bħalma hija l-lokazzjoni ta' speċji rari. Ir-raġunijiet għar-rifjut imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu interpretati f'manjiera restrittiva, filwaqt li jitqies għall-każ partikolari l-interess pubbliku moqdi b'dan l-iżvelar. F'kull każ partikolari, l-interess pubbliku moqdi bl-iżvelar għandu jiġi miżun kontra l-interess moqdi bir-rifjut. Bis-saħħa tal-paragrafu 2(a), (d), (f), (g) u (h), l-Istati Membri ma jistgħux jipprovdu li tiġi rrifjutata talba meta t-talba jkollha x'taqsam ma' tagħrif dwar l-emissjonijiet fl-ambjent. F'dan il-kwadru, u bil-għan li jiġi applikat is-subparagrafu (f), l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi jiġu mħarsa l-ħtiġiet tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottibru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-individwi rigward il-proċessar ta' l-informazzjoni personali u dwar il-moviment ħieles ta' din l-informazzjoni [6] sakemm jiġu mħarsa. 3. Meta Stat Membru jipprovdi għall-eċċezzjonijiet, jista' jfassal lista aċċessibbli mill-pubbliku tal-kriterji li fuq il-bażi tagħhom l-awtorità interessata tista' tiddeċiedi dwar kif tiġġestjona t-talbiet. 4. It-tagħrif dwar l-ambjent li jkun għand l-awtoritajiet pubbliċi jew miżmum għalihom li jkun ġie mitlub minn applikant għandu jintgħamel disponibbli b'mod parzjali meta jkun possibbli li jiġi mifrud tagħrif li jidħol fl-iskop tal-paragrafi 1(d) u (e) jew 2 mill-bqija tat-tagħrif mitlub. 5. Rifjut li jintgħamel disponibbli t-tagħrif mitlub fl-intier tiegħu jew f'parti minnu għandu jiġi nnotifikat lill-applikant bil-miktub jew b'mod elettroniku, jekk it-taba tkun saret bil-miktub jew jekk l-applikant jitlob dan, fil-limiti taż-żmien riferiti fl-Artikolu 3(2)(a) jew, skond kif ikun il-każ, il-(b). In-notifika għandha tiddikjara r-raġunijiet għar-rifjut u tinkludi tagħrif dwar il-proċedura tar-rivista pprovvduta skond l-Artikolu 6. Artikolu 5 L-imposti 1. L-aċċess għar-reġistri jew għall-listi pubbliċi stabbiliti u miżmuma kif imsemmi fl-Artikolu 3(5) u l-eżaminazzjoni in situtat-tagħrif mitlub għandhom ikunu bla ħlas. 2. L-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jagħmlu imposta talli jfornu kull tagħrif dwar l-ambjent imma din l-imposta ma għandhiex taqbeż ammont raġjonevoli. 3. Meta jsiru imposti, l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jippubblikaw u jagħmlu disponibbli lill-applikanti skeda ta' dawn l-imposti kif ukoll tagħrif dwar iċ-ċirkostanzi li fihom jista' jiġi impost jew imwarrab l-impost. Artikolu 6 L-aċċess għall-ġustizzja 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi kull applikant li jikkunsidra illi t-talba tiegħu għat-tagħrif ġiet injorata, irrifjutata b'mod ħażin (sewwa jekk fl-intier tagħha jew f'parti minnha), jew ma tiġix imwieġba b'mod adegwat, jew inkella mhux ittrattata skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 3, 4 jew 5, ikollu aċċess għal proċedura li fiha l-atti jew l-omissjonijiet ta' l-awtorità pubblika interessata tista' tiġi kkunsidrata mill-ġdid minn din l-awtorità pubblika jew minn awtorità pubblika oħra jew rivista amministrattivament minn korp indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi. Kull proċedura minn din għandha tkun imħaffa u jew bla ħlas jew ma tiswiex wisq flus. 2. B'żieda ma' dan, sabiea tiġi rivista l-proċedura riferita fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-applikant ikollu aċċess għal proċedura ta' rivista quddiem qorti tal-ġustizzja jew korp ieħor indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi, li fihom jistgħu jiġu rivisti l-atti jew l-omissjonijiet ta' l-awtorità pubblika interessata u li d-deċiżjoni taghom tkun finali. Iktar minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu illi partijiet terzi inkriminati bl-iżvelar tat-tagħrif jistgħu wkoll ikollhom aċċess għal rikors legali. 3. Id-deċiżjonijiet finali skond il-paragrafu 2 għandhom jorbtu lill-awtorità pubblika li jkollha t-tagħrif. Ir-raġunijiet għandhom jingħataw bil-miktub, għall-inqas meta l-aċċess għat-tagħrif jiġi rrifjutat skond dan l-Artikolu. Artikolu 7 It-tixrid tat-tagħrif dwar l-ambjent 1. L-Istati Membri għanmdhom jieħdu l-miżuri meħtieġa għalbiex jiżguraw illi l-awtoritajiet pubbliċi jorganizzaw it-tagħrif dwar l-ambjent li jkun rilevanti għall-funzjonijiet tagħhom u li jkun għandhom jew miżmum għalihom. Bil-ħsieb tat-tixrid attiv u sisematiku lill-pubbliku, b'mod partikolari permezz tat-telekomunikazzjoni bil-kompjuter u/jew bit-teknoloġija elettronika, meta disponibbli. It-tagħrif magħmul disponibbli permezz tat-telekomunikazzjoni bil-kompjuter u/jew bit-teknoloġija elettronika ma għandux għalfejn jinkludi t-tagħrif miġbur minn qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva għajr jekk ikun diġà disponibbli fil-għamla eletronika. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi t-tagħrif isir disponibbli b'mod progressiv f'databases elettroniċi li jkunu aċċessibbli b'mod faċli lill-pubbliku permezz tan-networks pubbliċi tat-telekomunikazzjoni. 2. It-tagħrif li jrid jintgħamel disponibbli u jiġi mxerred għandu jiġi aġġornat kif approprjat u għandu mill-inqas jinkludi: (a) it-testi tat-trattati, tal-kovenzjonijiet jew tal-ftehimijiet internazzjonali, u l-leġislazzjonijiet Komunitarji, nazzjonali, reġjonali jew lokali, dwar l-ambjenmt jew li għandhom x'jaqsmu miegħu; (b) il-politiki, il-pjani u l-programmi li għandhom x'jaqsmu ma' l-ambjent; (ċ) ir-rapporti tal-progress dwar l-implimentazzjoni ta' l-intestaturi riferiti fil-(a) u fil-(b) meta mħejjija jew miżmuma mill-awtoritajiet pubbliċi fil-għamla elettronika; (d) ir-rapporti dwar l-istat ta' l-ambjent riferiti fil-paragrafu 3; (e) l-informazzjoni jew is-sommarji ta' l-informazzjoni dderivata mill-monitoraġġ ta' l-attivitajiet li jaffettwaw, jew x'aktarx li jaffettwaw, lill-ambjent; (f) l-awtorizzazzjonijiet b'impatt sinifikanti fuq l-ambjet u l-ftehimijiet ambjentali jew referenza għall-post fejn jista' jintalab jew jinkiseb dan it-tagħrif fil-kwadru ta' l-Artikolu 3; (g) l-istudji dwar l-impatt fuq l-ambjent u l-istima tar-riskji li jirrigwardaw l-elementi ambjentali riferiti fl-Artikolu 2(1)(a) jew referenza għall-post fejn jista' jintalab jew jinstab dan it-tagħrif fil-kwadru ta' l-Artikolu 3. 3. Mingħajr preġudizzju għal kull obbligu speċifiku tar-rappurtaġġ stabbilit bil-leġislazzjoni Komunitarja, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw illi r-rapporti nazzjonali u, meta approrpjati, dawk reġjonali jew lokali dwar l-istat ta' l-ambjent jiġu ppubblikati f'intervalli regolari taż-żmien li ma jaqbżux l-erba' snin; dawn ir-rapporti għandhom jinkludu tagħrif dwar il-kwalità ta' l-ambjient u l-pressjonijiet fuqu. 4. Mingħajr preġudizzju għal kull obbligu speċifiku stabbilit bil-leġislazzjoni Komunitarja, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw illi, fl-eventwalità ta' tehdida imminenti għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, jiġi ddisseminat immedjatament u mingħajr dewmien kull tagħrif għand l-awtoritajiet pubbliċi jew miżmum għalihom, li jista' jgħin lill-pubbliku li x'aktarx jiġi affettwat mit-teħid tal-miżuri li jipprevjienu jew itaffu l-ħsara mit-tehdida. 5. L-eċċezzjonijiet għall-Artikolu 4(1) u (2) jistgħu japplikaw fejn idħlu d-dmirijiet imposti minn dan l-Artikolu. 6. L-Istati Membri jistgħu jissodisfaw il-ħtiġiet ta' dan l-Artikolu billi joħolqu rabtiet mas-siti ta' l-Internet fejn jista' jinstab it-tagħrif. Artikolu 8 Il-kwalità tat-tagħrif dwar l-ambjent 1. Safejn u sakemm ikun fil-poter tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi kull tagħrif li jiġi kkumpilat minnhon jew f'isimhom ikun aġġornat, eżatt u paragunabbli. 2. Fuq talba, l-awtoritajiet pubbliċi għandhom iwieġbu t-talbiet għat-tagħrif skond l-Artikolu 2(1)b, filwaqt li jirrappurtaw lill-applikant il-post fejn jista' jinstab it-tagħrif, jekk disponibbli, dwar il-proċeduri tal-kejl, inklużi l-metodi ta' l-analiżijiet, it-teħid tal-kampjuni, jew it-trattament minn qabel tal-kampjuni, użati għalbiex jikkumpilaw it-tagħrif, jew li jirreferu għal proċedura standardizzata. Artikolu 9 Il-proċedura tar-rivista 1. Mhux iktar tard mill-14 ta' Frar 2009, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw ir-rapport lill-Kummissjoni mhux iktar tard mill-14 ta' Awissu 2009. Mhux iktar tard mill-14 ta' Frar 2004, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Istati Membri dokument ta' gwida li jiffissa b'mod ċar il-manjiera li fiha tixtieq li l-Istati Membri jirrappurtaw. 2. Fid-dawl ta' l-esperjenza jew filwaqt li tqis l-iżviluppi fit-telekomunikazzjoni bil-kompjuter u/jew it-teknoloġija elettronika, il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma' kull proposta għal reviżjoni, li tikkunsidra approprjata. Artikolu 10 L-implimentazzjoni L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrativi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa l-14 ta' Frar 2005. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan minnufih. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. Artikolu 11 It-tħassir Id-Direttiva 90/313/KEE hija hawnhekk imħassra b'effett mill-14 ta' Frar 2005. Ir-referenzi għad-Direttuva mħassra għandhom jiġu mifhuma bħala li jirreferu għal din id-Direttiva u għandhom jiġu moqrija skond il-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness. Artikolu 12 Id-dħul fis-seħħ Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal ta' l-Unjoni Ewropea. Artikolu 13 Id-destinatarji Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Jannar 2003. Għall-Parlament Ewropew Il-President P. Cox Għall-Kunsill Il-President G. Papandreou [1] ĠU C 337 E, tat-28.11.2000, p. 156 u ĠU C 240 E, tat-28.8.2001, p. 289. [2] ĠU C 116, tal-20.4.2001, p. 43. [3] ĠU C 148, tat-18.5.2001, p. 9. [4] Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Marzu 2001 (ĠU C 343, tal-5.12.2001, p. 165), Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 (ĠU C 113, ta' l-14.5.2002, p. 1) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Mejju 2002 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2002. [5] ĠU L 158, tat-23.6.1990, p. 56. [6] ĠU L 281, tat-23.11.1995, p. 31. -------------------------------------------------- ANNESS IT-TABELLA TAL-KORRELAZZJONI Id-Direttiva 90/313/KEE | Din id-Direttiva | L-Artikolu 1 – | L-Artikolu 1(a) | L-Artikolu 1(b) | L-Artikolu 2(a) | L-Artikolu 2(1) | L-Artikolu 2(b) | L-Artikolu 2(2) | – | L-Artikolu 2(3) | – | L-Artikolu 2(4) | – | L-Artikolu 2(5) | – | L-Artikolu 2(6) | L-Artikolu 3(1) | L-Artikolu 3(1) u L-Artikolu 3(5) | L-Artikolu 3(2) | L-Artikolu 4(2) u L-Artikolu 4(4) | L-Artikolu 3(3) | L-Artikolu 4(1)(b), (ċ), (d), u (e) | L-Artikolu 3(4) | L-Artikolu 4(2) u L-Artikolu 3(5) | – | L-Artikolu 4(1)(a) | – | L-Artikolu 3(3) | – | L-Artikolu 3(4) | L-Artikolu 4 | L-Artikolu 6(1) u L-Artikolu 6(2) | – | L-Artikolu 6(3) | L-Artikolu 5 | L-Artikolu 5(1) | – | L-Artikolu 5(2) | – | L-Artikolu 5(3) | L-Artikolu 6 | L-Artikolu 2(2)(ċ), l-Artikolu 3(1) | L-Artikolu 7 | L-Artikolu 7(1), (2) u (3) | – | L-Artikolu 7(4) | – | L-Artikolu 7(5) | – | L-Artikolu 7(6) | – | L-Artikolu 8 | L-Artikolu 8 | L-Artikolu 9 | L-Artikolu 9 | L-Artikolu 10 | L-Artikolu 10 | L-Artikolu 13 | – | L-Artikolu 11 | – | L-Artikolu 12 | --------------------------------------------------